Upload
claudio-laferla
View
436
Download
1
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Din hi l-introduzzjoni ta' sensiela ta' katekezi fuq il-Fidi. Il-Knisja Kattolika nidiet is-Sena tal-Fidi fil-11 ta' Ottubru 2012 sal-24 ta' Novemberu 2013. Ghalhekk, fil-Knisja tal-Erwieh, Tarxien, qed naghtu bidu ta' sensiela ta' katekezi fuq il-Fidi biex nimxu flimkien mal-Knisja u nirriflettu dak li suppost qed nemmnu u nghixu.
Citation preview
“Il-bżonn li nerġgħu niskopru il-vjaġġ
tal-fidi, ħalli nitfgħu dejjem aktar dawl
ċar fuq il-ferħ u l-entużjażmu ġdid dwar
il-laqa’ tagħna ma Kristu.” (P. Benedittu XVI, Ittra Appostolika 'Porta fidei’, 2012)
Riflessjoni:
Il-Fidi hi vjaġġ…
Ikollna dawl ċar…
Il-laqa’ tagħna ma Kristu.
“Għal dan il-għan, huwa sejjaħ is-Sena
tal-Fidi, li taħbat ukoll ma żewġ
anniversarji: il-50 anniversarju tal-bidu
tal-Konċilju Vatikan II, u l-20 anniversarju
tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja
Kattolika.”(Arcisqof Fisichella )
Riflessjoni:
Alla li għadu jitkellem fil-ħajja
tal-bniedem li Hu ħalaq;
Alla li ma jitlaqx il-bniedem għal rieħu;
Alla li juża l-modi ordinarji biex
jitkellem…kemm lill-Knisja u lil xulxin.
Għan:
Biex ikun hemm sapport tal-fidi ta’
dawk li jemmnu, li, fit-tiġrib ta’
kuljum, qatt ma jieqfu jafdaw
ħajjithom lill-Mulej Ġesu’, bil-kuraġġ
u l-konvinzjoni.
Riflessjoni:
Fil-ħajja t-tiġrib se jkun hemm zgur.
Għalhekk, għandna bżonn l-għajnuna
ta’ xulxin biex ngħamlu esperjenza ta’
Alla imqanqla mill-Fidi li hi don ta’ Alla.
“Fis-Sena tal-Fidi, kull min jemmen għandu jiskopri mill-ġdid dik il-fidi li:
Jistqarr,
Jiċċelebra,
Qiegħed jgħix, u
Biha jitlob.”
Riflessjoni:
In-Nisrani għandu jistaqsi lilu nnifsu: F’Min jemmen
u Kif jemmen…;
X’qed jiċċelebra u Għaliex…;
X’ effett qed iħalli dan it-twemmin fil-ħajja tiegħhu…;
X’relazzjoni għandu ma Ġesu`…
“Is-Sena tal-Fidi, għandha kuntest aktar
wiesgħa li huwa kkaratterizzat b’mod ġenerali
minn kriżi li tmiss ukoll il-fidi.
Il-kriżi tal-fidi hi espressjoni drammatika ta’
kriżi antropoloġika li fiha naraw kif il-bniedem
abbanduna ruhu għall-affarijiet maħluqa.”
(Arcisqof Fisichella )
Riflessjoni:
Qed ngħixu f’dinja li l-materjal u dak kollu li hu
mmedjat qed ikollu effett dirett negattiv fuqna. In-
Nisrani wkoll qed jiġi affetwat b’dawn l-affarijiet ta’
madwaru. Kull persuna għandha fiha l-aspett
traxxendentali u għalhekk in-Nisrani ukoll irid jerġa’
jiskopri mill-ġdid din il-verita`.
Diversi Attivitajiet…
Ottubru 201211: Ftuħ Uffiċjali fi Pjazza S. Pietru (50 anniversarju mill-Konċilju Vatikan II).
21: Il-Kanonizzazzjoni ta 7 martri.
Jannar 2013 25: Ċelebrazzjoni Ekumenika fil-Bażilika ta’ Ruma.
April28: P. Benedittu jamministra s-Sagrament tal-Griżma lil xi żgħażagħ.
Mejju5: Dedikazzjoni għal diversi espressjonijiet ta’ fidi popolari.
18: Velja ta’ Pentekoste, Movimenti Kattoliċi jinġabru fi Pjazza S. Pietru.
Ġunju2: Corpus Christi: fid-Dinja kollha u
fl-istess ħin se jkun hemm adorazjoni.
16: Dedikazzjoni lill-Vanġelu tal-Ħajja.
Lulju 7: Seminaristi u novizzi minn madwar id-Dinja kollha se jiltaqghu fi Pjazza S. Pietru.
Settembru 29: Dedikat lill-katekisti fl-20 anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.
Ottubru 201313: Jiffoka fuq il-preżenza ta’ Marija fil-Knisja.
Novembru 201324: Jinkludi numbru ta’ avvenimenti kulturali.
Titlifx din l-opportunita`!
Ejja u isma’…Irrifletti…
Iddjaloga…Emmen u Għix.
L-iktar importanti hi l-aħħar mistoqsija…
Inti għandu jkollok tweġiba!