5
SAN LAWRENZ U L-ARMI ERALDICI. Id-devozzjoni lejn il-padrun tgħana San Lawrenz hi waħda li tmur lura bosta sekli u nxterdet mal-Ewropa u kull fejn marru l- Ewropej. Tant kienet kbira din id devozzjoni li ssemmew bliet għal dan il-qaddis martri u l-efeġija jew is-simbolu tiegħu, il-gradilja, spiccaw fuq l-armi eraldiċi taċ hafna pajjiżi. Naħseb li l-eqdem arma ta` l-belt ta` Vjenna f’l-Awstrija hi lajkla rjali li kienet ila sa mill-1239, pero` f’l-erbatax il-Seklu bdiet tintuża dik li ġġib is-salib lewn il-fidda fuq tarka ħamra, li tidher jew waħidha jew f-nofs ajkla b-żewġt irjus. Kien fis-26 ta` Settembru 1461 li Emperatur Friedrich IV ta lil-belt l-arma b’l-ajkla ta` żewġt irjus, b- kuruna mperjali li baqat tintuża sa l-1925. Il-belt ta` Vjenna, jew Wien kif inhi magħrufa b’l-Awstrijak, hi maqsuma f-23 distrett jew "Bezirke" li huma aktar reiferuti għalihom b-numri Rumani u jibdew minn Wien I sa Wien XXIII. Kull tant jintuża l- isem uffiċjali tad-distrett u għallhekk issib bħall "VIII Josefstadt", għax Josefstadt hu t- tmien distrett tal-belt. Il-biċċa l-kbira tad- distretti ħadu isimhom mill villaġġi jew parroċċi ta` qabel, ajr dawk ta` Wien I u XXIII li huma komposti. L-arma ta’ Vjenna 1. Wien XIV, Penzing iġġib l-arma konġunta ta’ Breitensee, Hütteldorf, Unter- Baumgarten u tal-parroċċa ta’ Penzing. Din il- parroċċa qadima tifforma parti minn dan l-erbatax id-Distrett u li l-arma taħħa hi San Lawrenz liebes ta` Djaknu. 2. L-arma tal-ħhames distrett jew Wien V, Margareten, jagħqqad tgħaqqad l-armi ta’ sitt komunitajiet Wien-Margareten, Wien- Nikolsdorf, Wien-Matzleinsdorf, Wien- Hundsturm, Wien-Reinprechtsdorf u Wien- Laurenzigrund. L-isem ta’ dan id-distrett ġej mil-għaqda fl-1533 bejn l-abbazija ta’ Santa Madalena u oħra ta’ San Lawrenz. 3. It-tmintax id-distrett jew Wien XVIII, Währing hu ffurmat mill-villaggi antiki ta` Währing, Pőtzleinsdorf, Gersthof u Weinhsus. Din larma turi tlett qaddisin u

ARMI TA' SAN LAWRENZ by Denis A. Darmanin

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ARMI TA' SAN LAWRENZ by Denis A. Darmanin

SAN LAWRENZ U L-ARMI ERALDICI. Id-devozzjoni lejn il-padrun   tgħana   San  Lawrenz  hi  waħda  li   tmur  lura  bosta  sekli  u  nxterdet mal-Ewropa u kull fejn marru l-Ewropej. Tant kienet kbira din id devozzjoni li  ssemmew  bliet  għal  dan  il-qaddis martri u l-efeġija jew is-simbolu   tiegħu,   il-gradilja, spiccaw fuq l-armi  eraldiċi  taċ  hafna  pajjiżi. Naħseb  li  l-eqdem arma ta` l-belt ta` Vjenna f’l-Awstrija hi lajkla rjali li kienet ila sa mill-1239,   pero`   f’l-erbatax il-Seklu bdiet tintuża dik   li   ġġib is-salib lewn il-fidda fuq tarka  ħamra, li tidher jew waħidha  jew  f-nofs ajkla b-żewġt irjus. Kien fis-26 ta` Settembru 1461 li Emperatur Friedrich IV ta

lil-belt l-arma   b’l-ajkla   ta`   żewġt   irjus, b-kuruna  mperjali  li  baqat  tintuża sa l-1925. Il-belt ta` Vjenna, jew Wien kif inhi magħrufa   b’l-Awstrijak, hi maqsuma f-23 distrett jew "Bezirke" li huma aktar reiferuti għalihom b-numri Rumani u jibdew minn Wien I sa  Wien  XXIII.    Kull   tant   jintuża l-isem uffiċjali   tad-distrett   u   għallhekk issib bħall "VIII Josefstadt",  għax Josefstadt hu t-tmien distrett tal-belt. Il-biċċa l-kbira tad-distretti ħadu   isimhom   mill   villaġġi   jew  parroċċi ta` qabel, għajr dawk ta` Wien I u XXIII li huma komposti.

L-arma  ta’  Vjenna

1. Wien  XIV,  Penzing  iġġib  l-arma  konġunta  ta’   Breitensee, Hütteldorf, Unter-Baumgarten u tal-parroċċa   ta’   Penzing.  Din  il- parroċċa  qadima   tifforma  parti  minn  dan  l-erbatax id-Distrett u li l-arma  taħħa  hi  San  Lawrenz liebes ta` Djaknu. 2. L-arma tal-ħhames  distrett   jew  Wien  V,  Margareten,   jagħqqad   tgħaqqad   l-armi   ta’  sitt komunitajiet Wien-Margareten, Wien-

Nikolsdorf, Wien-Matzleinsdorf, Wien-Hundsturm, Wien-Reinprechtsdorf u Wien-Laurenzigrund. L-isem  ta’  dan  id-distrett  ġej  mil-għaqda  fl-1533 bejn l-abbazija  ta’  Santa  Madalena  u  oħra  ta’  San  Lawrenz. 3. It-tmintax id-distrett jew Wien XVIII, Währing hu ffurmat mill-villaggi antiki ta` Währing,   Pőtzleinsdorf,   Gersthof   u  Weinhsus. Din l‘arma turi tlett qaddisin u

Page 2: ARMI TA' SAN LAWRENZ by Denis A. Darmanin

f’tan-nofs, dik ta` Wien-Währing hemm San Lawrenz fuq tarka ta` sfond ċelest skur u abjad imdardar. 4. L-arma   ta’   Sankt   Lorenz   (distrett   ta’  Vöcklabruck - stat   t’Oberösterreich) turi d-dragun   li   għalieħ   imsemmija   l-muntanja Drachenwand fil-viċin,   u li   f’idejħ   qed  iżomm   il-gradilja. L-arma   ġiet   mogħtija   fl-20  ta’  Frar  1984. 5. L-arma   ta’  Sankt  Lorenzen  am  Wechsel  (distrett  ta’  Hartberg  - stat  ta’  Steirmark) ġiet  mogħtija   fl-1   ta’   Lulju   1991   u   s-simbolu prinċipali  hijja  l-gradilja 6. Arm’   oħra   hi   dik   ta’   Sankt   Lorenzen  Beiknittelfeld (distrett   ta’  Knittelfeld Ukol - stat  ta’ Steirermark) u l-gradilja hi s-simbolu tal-qaddis padrun u l-arma   ingħatat   lil-muniċipalita’  fit-3  ta’  Mejju  1965.

7.    Gradilja  oħra   insibuha   fl-arma   ta’  Sankt  Lorenzen Beiscefling (distrett  ta’  Murau  stat – Steiermark), u li tfakkar fil-martiju tal-qaddis   żgħażugħ   Lorenzu.     L-arma   ġiet  mgħotija  fl-20  ta’  Ġunju  1988.

8. Jidher li San Lawrenz igawdi prominenza tant  li  muniċipalita’ oħra,  Sankt  Lorenzen  im  Mürztal (distrett  ta’  Bruck an der Mur - stat ta’  Steirermark). L-arma   li  ngħatat fil-5   ta’  Marzu 1984 hemm il-gradilja jew Rost bħala  s-simbolu   taħħa.     Instab   dokumentat   li   l-knisja parokkjali ddedikata lil-San Lawrenz tmur lura sas-sena 925.

9. Il-muniċipalita’   Waisenegg   (distrett   ta’  Weiz - stat   ta’   Steirnark) kienet   ġiet  mogħtija   arma   ġdida   fl-20   ta’   Settembru 1982   u   li   hi   bbażata   fuq   il-gradilja   ta’   San  Lawrenz.

10. Immorru sa Stans (distrett  ta’  Schwaz  – stat Tirol), u nsibu li l-arma  ta’  mogħtija  lila  fis-7   ta’   Lulju   1960. Fuq ix-xellug l-arma għanda  l-gradilja u fuq il-lemin  iż-żbul.

11. Il-belt   ta’  Tösens   (distrett   ta’  Landeck   - stat Tirol), ġiet   mogħtija   arma fit-23   ta’  Lulju 1974, li l-gradilja tifforma parti minna u l-mazezz imsalbin, simbolu tal-minjieri.

12. L-arma ta` Wien X, Favoriten tinkorpora lil-Oberlaa, Rothneusiedl, Inzersdorf-Stadt u Unterlaa.     Għall   kemm   mhix   konnessa   ma  San Lawrenz, din l-arma   iġġib   Salib   ta`  Malta   aħmar   fuq   sfond   isfar   billi   fit-13 il-Seklu, l-Ordni   ta`   San   Ġwann   kien   xtara  meddha art li fuqa bena knisja u sptar. 13. Immorru issa fid-Danimarka fejn insibu li l-belt   t’Esbønderup-Nødebo (Frederiksborg) li fl-1970   kienet   ġiet  inkorporata f-Græsted-Gilleleje, Hillerød. L-arma   kienet   ingħatat   fl-1930 u s-siġar  jirrapreżentaw   il-foresti, l-ikħal   lil-għadira  Esrum u gradilja lil-martri San Lawrenz, padrun  t’Esbønderup 14.   Naqsmu   għall-Olanda, fejn fil-muniċipalita’ ta’   Beerta   (provinċja   ta’  Groningen) isibu arma li tmur lura sa l-4 ta’ Ġunju  1870  u  turi  figura  taċ  San  Lawrenz  li  għalieħ   kienu ddedikati xi monasteri fl-inħawi.   15.     Ninżlu   fil-Portugall fejn San Lawrenz hu   wisq   meqjum   u   eżatt f-Alvelos (muniċipalita’ ta’Barcelos - distrett   ta’  Braga), insibu li l-arma   mogħtija   fit-2   ta’ Frar 2004 tinkorpora l-imtieħen   ta’   l-ilma fix-xmara Ameias u l-gradija tal-padrun t’Alvelos. 16. U kemm hi xierqa l-arma  li  nagħtat  fit-22   t’Ottubru   lil-Miragaia (muniċipalita’   ta’  Lourinhã - distrett  ta’  Lisboa), turi l-palma u l-gradilja   msalbin,   sewġ simboli tal-martri San Lawrenz, fil-waq   li   taħthom   hemm għanqud   għeneb   billi   fir-reġjun   jikbru   tant  dwieli. 17. Fl-arma  mogħotija   fil-21   taċ  Frar  1997  lil São Lorenço (muniċipalita’  ta’  Portalegre  – distrett São Lorenço), hemm il-gradilja prominenti fin-nofs u werqa tal-aġġru   u  rukkell  ħajt  aktar  il-fuq. 18. Nibqgħu   l-Portugall,   eżatt   fil-belt   ta’  São Lorenço de Sande (muniċipalita’   ta’  Guimarã - distrett ta’ Braga. L-arma   ġiet  mgħotija  fit-23  t’Ottubru  2001  u  turi  is-swar tal-belt, it-tamburin u l-gradilja   ta’   San  Lawrenz.

Page 4: ARMI TA' SAN LAWRENZ by Denis A. Darmanin

19. Immorru l-Ġermanja fil-villaġġ ta’  Laurensberg (distrett   ta’   Aachen   - stat   ta’  Nordrhein-Westfalen), fejn fost l-erba kwadranti tal-arma   maħruġa   fl-14   t’Awissu  1928 hemm il-figura   ta’   San   Lawrenz,   il-qaddis padrun tal-belt. 20. Rotenberg hu   villaġġ   tas-17 il-seklu (distrett   ta’   Stuttgat   - stat   ta’   Baden-Württemberg). Il-gradilja  tissiboliżża  lil  San  Lawrenz li hu l-qaddis padrun tal-villaġġ. 21. L-istess qaddis hu l-padrun tal-villaġġ  ta’  Beulich (distrett ta Rhein-Hunsrück Kreis - stat ta’  Rheinland-Pfalz). Fl-imkien mas-simbolu tal-foresti, s-swar u parti mil-arma tal-familja Boos zu Waldeck, hemm ukol il-gradilja tal-martirju  ta’  San  Lawrenz. 22.     Għall   kemm   li   l-arma tal-villaġġ   ta’  Trebur (distrett   ta’   Gross-Gerau - stat   ta’  Hassen) ma turix il-gradilja, is-siġilli uffiċjali   juru lil-San Lawrenz u l-eqdem wieħed  għandu  d-data  ta’  1511. 23.    Villaġġ  Ġgermaniż  ieħor  li  jinkorpora  l-gradilja tal-padrun lokali hi Gimmeldingen (distrett   rurali   ta’   Neustadt an der Weinstrasse - stat Rheinland-Pfalz). L-arma tmur lura sal-15   ta’   Mejju   1845,   pero’   l-gradilja hila tidher fis-siġill  uffiċjali   sa  mil-1753. 24. L-arma tal-villaġġ   ta’   Biesendorf  (distrett Kostanz – stat   ta’   Baden-Württemberg) tmur lura sal-1806 u turi gradilja lewn il-fidda, simbolu   ta’   San  Lawrenz. 25. L-arma tal-belt   ta’   Lunden (distrett ta’  Kreis - Dithmarschen - stat ta’  Schleswig-Holstein), tmur lura sal-1529 u fejn San Lawrenz hu l-padrun tal-belt. L-arma kif inhi  issa  ġiet  mogħtija  fiz-19  t’April  1988. 26. L-arma ta’   Zwenkau   (stat   Leipzik   – distrett  ta’  Sachsen),  ġiet  mogħtija  fl-1992 u turi   lill   San   Lawrenz   iżomm   il-gradilja li kien  ġia  jidher  sa  mis-seklu 15. 27. Il-belt ta’  Auenheim  (distrett  Kreis  – stat Baden-Württemberg) ila turi lil San Lawrenz iżomm il-gradilja   u   ħatba   fuq   l-arma   taħha  sa mil-1561,   pero’   inbidlet fir-Riformazzjoni. Fl-1901   reġet  ġiet   introdotta  wara talba mil-arkivju statali.

28. Għall  kemm  li   l-arma bil-qaddis martri inagħatat   lil   Zell   am   Main   (distrett  Würzburg – stat Bayern) fl-1950, San Lawrenz ilu jidher fuq l-arma tal-lokalita’  sa  mil-1757, u xaktarx li bidlet  oħhra  eqdem. 29. Flok lil San Lawrenz  iżomm  il-gradilja, l-arma   ta’   Elberfeld   (distrett   Wuppertal   – stat Nordrhein-Westfalen)   għanda   ljun tal- Konti  ta’  Berg. 30. Anka l-arma tad-distrett   ta’  Wuppertal  iġġib   arma   simili   ħafna   bħall dik ta’  Eleberfeld,  ħlief  li   l-iljum jinsab wieqaf fuq ħjut  li  l-industrija tal-lokal  tipproduċi. 31.     Għall   kemm   li   l-arma   ta’   Enkhausen  (distrett Hochsauerlandkreis – stat   ta’  Nordrhein-Westfalen)   inagħatat   fiz-19 t’Awissu   1965,   il-gradilja   ta’   San   Lawrenz  kienet tidher fuq l-armi  ta’  l-istat  ta’ Köln sa minn  żminijiet  medjovali. 32. L-aħħar   arma   Ġermaniża   u   li   turi   l-gradilja,   hi   ta’   Wörrstadt   (district   Kreis   – Stat Rheinland-Pfalz). Fl-1575, l-arma orriginali kienet turi lil-San  Lawrenz  iżomm  il-gradilja,   pero’   fl-1956 inbidlet biex tinkorpora  żewġ  iljuni  mil-arma tal-Konti  ta’  Rhein. 33. It-territorju   ta’   Lorentzweiler fil-Lussenburgu   hi   konnessa  ma   żewġ   abbaziji  pero’ l-padrun lokali San   Lawrenz   ħalla ismu lit-territorju u l-gradilja fuq l-arma offiċjali  mogħtija  fil-5  t’Ottubru  1978.   34. Is-siġill   tal-belt   ta’   Hamont   (provinċja  ta’  Limburg)    fil-Belġju  juri  lil-San Lawrenz iżomm il gradilja u li sa l-1920 kien ukol fl-arma tal-lokal. 35. l-aħħar  arma  Ewropeja  hi  tal-villaġġ  ta’  Zommange   (dipartiment   ta’   Moselle)   fi  Franza. L-arma turi l-kuluri   ta’   l-ereditajiet storiċi  ta’  Dieuze  u  l-gradilja tal-padrun San Lawrenz. 36. Immorru fil-Puerto Rico, gżira   tal-Karibew u l-belt   ta’   San   Lorenzo,   li   qabel  kien jisimha San Miguel de Hato Grande. Għall   hekk   intażlet   il-gradilja   bħala  simboli tad-djaknu u martri San Lawrenz li  għalieħ  issemiet  il-belt.

Page 5: ARMI TA' SAN LAWRENZ by Denis A. Darmanin

21 22 23 24

25 26 27 28

29 30 31 32

33 34 35 36

Biex nikkonkludi, insemmi belt fil-Portugall li jisimha São Lorenço de Mamporcão, li għall  kemm  imsemmija  għall  qaddis,   l-arma tal-lokal ma turi l-ebda   konnesjoini   miegħu.   Listess   sitwazzjoni   ghadha   l-belt   ġo  Quebec fil-Kanada, Saint Lin-Laurentides.     Interessanti   ħafna   li   fil-Kanada ukol kien hemm bastiment tal-gwerra msemmi HMCS St. Laurent (DDH 205), Helicopter Destroyer li  ġie varat  f’l-1955 u spiċċa s-servizzi  tiegħu  f’l-1974.    Għall  kemm  imsemmi  bil-Franċiż  u  għall  xmara  fil-Kanada,  din  kienet  issemmiet  għall  kbir  qaddis  martri  San  Lawrenz u fin-nofs  ta‘  l-arma tal-bastiment, hemm ukol il-gradilja.

Denis A. Darmanin