17
Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju Żbalji Komuni fl-evalwazzjoni tar-riskju

Żbalji Komuni fl- e valwazzjoni tar- r iskju

  • Upload
    erv

  • View
    102

  • Download
    0

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Żbalji Komuni fl- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. Preve nzjoni – il-Liġi. Bil-liġi, min iħaddem fl-UE irid jimpedixxi li l-ħaddiema tiegħu ssirilhom ħsara fuq il-post tax-xogħol . Id-Direttiva Qafas ta’ l-UE 89/391: - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Kampanja Ewropea

dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

Żbalji Komuni fl-evalwazzjoni tar-riskju

Page 2: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Prevenzjoni – il-Liġi

• Bil-liġi, min iħaddem fl-UE irid jimpedixxi li l-ħaddiema tiegħu ssirilhom ħsara fuq il-post tax-xogħol.

• Id-Direttiva Qafas ta’ l-UE 89/391:►Tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom jiġu

segwiti minn kull persuna li tħaddem ►Hija implimentata fil-liġi ta’ kull Stat Membri ta’ l-UE  

• Xi Stati Membri jmorru lil hinn mid-Direttiva Qafas ta’ l-UE, b’dispożizzjonijiet aktar stretti (inti għandek titlob kjarifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik).

Page 3: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

L-Evalwazzjoni tar-Riskju

• Billi tieħu azzjoni xierqa, il-ħaddiema jistgħu jinżammu siguri. L-għan għal dan huwa:

L-Evalwazzjoni tar-Riskju (RA)

• Min iħaddem huwa legalment obbligat li jwettaq RAs regolari fuq il-post tax-xogħol.

Page 4: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

X’inhi evalwazzjoni tar-riskju?

• RA huwa l-proċess ta’ evalwazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Huwa eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li jikkunsidra: ►Dak li jista’ jikkawża periklu jew ħsara

►Jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le,

►X’miżuri preventivi jew protettivi għandhom ikunu fis-seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati

• RA huwa l-bażi għall-maniġment ta’ suċċess tas-saħħa u s-sigurtà u l-għan huwa li jitnaqqsu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol.

Page 5: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Approċċ magħmul pass wara pass

Għall-maġġoranza ta’ l-organizzazzjonijiet, approċċ sempliċi għall-RA magħmul minn ħames passi huwa dak kollu li jkollhom bżonn:

1. Jiġu identifikati l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju

2. Ir-riskji jiġu evalwati u prijoritizzati

3. Jittieħdu deċiżjonijiet fuq l-azzjonijiet preventivi

4. Tittieħed azzjoni

5. Is-sitwazzjoni tiġi mmontorjata u riveduta

Tfakkira:►Periklu jista’ jkun kollox – kemm materjali tax-xogħol, apparat,

metodi jew prattiċi tax-xogħol – li għandu l-potenzjal li jikkawża ħsara.

►Riskju huwa possibbiltà, kbira jew żgħira, li xi ħadd iweġġa’ minħabba l-periklu.

Page 6: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

L-iżbalji l-aktar komuni

• Meta ssir RA, l-iżbalji komuni jsiru mit-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

• Uħud mill-iżbalji l-aktar komuni li jsiru waqt il-proċess ta’ l-RA qegħdin jiġu ppreżentati hawn, fl-ordni li fihom dawn iseħħu ġeneralment.

Page 7: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

L-ippjannar ta’ evalwazzjoni tar-riskju

Żbalji komuni jinkludu: • Ma jinħatrux persuni kompetenti sabiex iwettqu l-RA. • Ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja, it-taħriġ, ir-

riżorsi, il-ħin u l-appoġġ lill-assessuri li jiġu impjegati mill-organizzazzjoni.

• Ma tiġix assigurata koodinazzjoni adegwata bejn l-assessuri minn intrapriżi differenti li jaħdmu fl-istess post tax-xogħol.

• Ma jiġix involut tim ta’ persuni fl-RA, u ma jiġux inklużi impjegati b’għarfien prattiku tal-proċess/attività għall-evalwazzjoni.

Page 8: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (1)

Żbalji komuni jinkludu: • Ċerti kategoriji ta’ riskju ma jiġux ikkunsidrati, eż. fatturi

ta’ riskju psikosoċjali kif ukoll fatturi organizzattivi (ħinijiet tax-xogħol, piż tax-xogħol eċċ.).

• Ma ssirx kunsiderazzjoni dwar periklu fit-tul għas-saħħa eż. riskji kkawżati minn espożizzjoni għal żmien twil għal sustanzi periklużi jew livelli għoljin ta’ storbju.

• Jiġi kkonsultat il-manwal tal-ħaddiema, iżda mhux il-ħaddiema nfushom: il-prattika proprja fuq il-post tax-xogħol tista’ tvarja u l-ħaddiema jafu bil-problemi

• Il-lista ta’ kontroll tiġi segwita b’mod strett wisq. ►Isir rendikont biss tal-perikli varji msemmija fil-lista ta’

kontroll.►Ma jiġix ikkunsdirat kif il-ħaddiema jinteraġixxu mal-perikli

waqt il-ħidma tagħhom.

Page 9: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (2)

L-iżbalji komuni jinkudu wkoll: • Ma jiġix ikkunsidrat periklu sinjifikanti, minħabba li

jiġi kkunsidrat bħala mhux importanti. • Xogħlijiet sekondarji ma jiġux ikkunsidrati, bħal

xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tindif, li jitwettqu fuq il-post tax-xogħol.

• Ma tiġix ikkunsidrata l-preżenza possibbli ta’ impjegati minn negozji oħrajn, jew persuni oħrajn (sottokuntratturi, viżitaturi eċċ) fuq il-post tax-xogħol.

• Ma tiġix assigurata l-koordinazzjoni bejn l-impjegati u s-sottokuntratturi, eż. ma jinfurmawx lil xulxin bi kwalunkwe perikli jew riskji.

Page 10: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (3)

Żbalji komuni jinkludu wkoll: • Gruppi ta’ persuni li jistgħu jkunu f’riskju partikolari

ma jiġux ikkunsidrati, eż nisa li jkunu qegħdin jistennew tarbija, ħaddiema żgħar, persuni b’diżabbiltà eċċ.

• L-apparat li jintuża xi kultant ma jiġix ikkunsidrat. • Ir-rekords fuq l-aċċidenti jew il-mard ma jiġux

ikkunsidrati.

Page 11: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 2: Evalwa u qiegħed ir-riskji f’ordni ta’ prijorità

L-iżbalji komuni jinkludu: • Xi konsegwenzi tar-riskji ma jiġux ikkunsidrati, eż.

ma jiġux ikkunsidrati l-effetti fit-tul tar-riskji. • Jinħoloq sens falz ta’ sigurtà: meta jiġi identifikat

riskju, ma jfissirx li dan jiġi eliminat minn fuq il-post tax-xogħol jew li jkun ġie kkontrollat.

• Ir-riskji ma jiġux prijorizzati, waqt li tkun qegħda ssir l-evalwazzjoni. Ix-xogħol sabiex ir-riskji ma jseħħewx u jiġu protetti l-ħaddiema għandu jingħata prijorità.

Page 12: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva

Żbalji komuni jinkludu: • Ma jitqisux il-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni:

►L-ewwel meta wieħed jikkunsidra jekk ir-riskji jistgħux jiġu impeduti jew evitati, u jekk dan ma jkunx jista’ jsir

►Wieħed jikkunsidra jekk inaqqasx jew jikkontrollax ir-riskju, jaddotta miżuri bħal: jiġġieled ir-riskji hekk kif dawn jinqalgħu, jissostitwixxi dak li huwa perikluż ma’ dak li mhuwiex perikluż jew ma’ dak li huwa inqas perikluż ...

• Ir-riskji jiġu ttrasferiti, eż. riskju wieħed jiġi kkontrollat u fl-istess ħin jinħolqu oħrajn f’post ieħor

• Il-ħaddiema ma jiġux ikkonsultati/involuti fid-deċiżjonijiet dwar l-azzjoni preventiva.

Page 13: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 4: Ħu azzjoni

Żbalji komuni jinkludu: • L-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi ma tingħatax

prijorità.• Ma jiġix implimentat pjan ta’ azzjoni li jispeċifika, fost

affarijiet oħra: ►Il-miżuri li għandhom jiġu implimentati

►Min jagħmel x’hiex u meta

►Meta dan għandu jitlesta

• Ma tiġix sorveljata sew l-implimentazzjoni tal-miżuri. • Il-ħaddiema ma jiġux ikkonsulati/involuti.

Page 14: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Pass nru 5: Agħmel monitoraġġ u reviżjoni

Żbalji komuni jinkludu: • L-arranġamenti li għandhom isiru għall-kunsiderazzjoni

mill-ġdid u r-reviżjoni ta’ l-RA ma jiġux stabbiliti. • Ma jiġix assigurat li l-miżuri preventivi u protettivi jqisu

r-riżultati ta’ l-RA. • Il-miżuri meħuda ma jiġux immonitorjati sabiex jiġi

assigurat li tinżamm l-effettività tagħhom. • Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jiġux

infurmati bir-riżultati ta’ l-RA u bil-miżuri introdotti. • L-RA jitqies bħala obbligu ta’ darba u ma jiġix rivedut

b’mod regolari sabiex jiġi assigurat li dan jibqa’ jiġi aġġornat.

Page 15: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru

Żbalji komuni jinkludu: • L-RA ma jiġix dokumentat.• Ma tingħatax ħarsa ġenerali lejn il-periklu u r-riskji, ta’

dawk li qegħdin f’riskju, tal-miżuri preventivi li ddaħħlu fis-seħħ, tad-dettalji għall-introduzzjoni tal-miżuri eċċ.

• Ma tintużax dokumentazzjoni sabiex il-persuni konċernati jiġu infurmati (ħaddiema, maniġers) jew sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi u protettivi.

Page 16: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Fejn tmur għall-għajnuna

Fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli sabiex jgħinuk:

►Taqsima tal-Web ta’ l-RA tinkludi informazzjoni dwar l-RA, eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-Ewropa u għodda u listi għall-iċċekkjar:

http://osha.europa.eu/topics/riskassessment

►Informazzjoni dwar il-kampanja ta’ l-RA: http://hw.osha.europa.eu

Page 17: Żbalji Komuni  fl- e valwazzjoni tar- r iskju

http://hw.osha.europa.eu

Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija

Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju