26
1 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

WIRJA 2013

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Mensa Apostolorum, Parrocca Burmarrad, A.D. 2011

Citation preview

Page 1: WIRJA 2013

1 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 2: WIRJA 2013

2 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 3: WIRJA 2013

3 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 4: WIRJA 2013

4 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 5: WIRJA 2013

5 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Mensa Apostolorum

Parroċċa Burmarrad

A.D. 2011

Parroċċa Qalb Bla Tebgħa Ta’ Marija

Triq Burmarrad,

Burmarrad SPB 9065, Malta

Tel: 21573045

email: [email protected]

Facebook page:

www.facebook.com/mensaapostolorum

Faċċata tal-ktieb

Ritratt tal-wirja fl-2012

Wara tal-ktieb

Dettal tal-arma l-ġdida Mensa Apostolorum

Ritratti:

Alexander Ellul, Michael Grech,

Eman Farruiga

Ġbir tar-reklami:

Alexander Ellul, Michael Grech

L-artikli li jidhru f’dan il-ktieb mhux bilfors

jirriflettu l-opinjoni tal-Grupp Mensa

Apostolorum. Dan il-ktieb hu

pubblikazzjoni ta’ ‘Mensa Apostolorum,

Parroċċa Burmarrad, A.D. 2011’ © 2013

Għeżież,

Ninsabu fi żmien tant sabiħ tal-Ġimgħa Mqaddsa u għall- ewwel darba Mensa Apostolorum qegħda toħroġ dan il-ktieb biex iżomm aġġornat dak li qed iwettaq. Din is-sena waqqafna facebook page bl-isem ta’ Mensa Apostolorum, Parroċċa Burmarrad, A.D. 2011 li tkun aġġornata kull tant żmien skont ix-xogħol li jkun qed isir mill-membri ta’ dan il-grupp. Għamilna mezz ukoll sabiex dan il-ktieb jista’ jkun misjub fuq l-internet għad-dispożżizjoni ta’ kulħadd.

F’dan il-ktieb ser issibu diversi artikli marbuta mal-

Ġimgħa Mqaddsa, attivitajiet organizzati mill-grupp

tagħna, kif ukoll messaġġi minn diversi persuni li taw

kontribut u wrew appoġġ lill dan il-grupp.

Nixtieq nirringrazzja lill-artikolisti li jieħdu ħsieb jagħmlu

riċerka sabiex iwasslulna dawn l-artikli tassew

interresanti. Grazzi wkoll tmur lil dawk il-ħwienet jew

kumpaniji li għoġobhom jirreklamaw f’dan il-ktieb.

Min hu mħajjar sabiex jikteb xi artiklu li jkun jista jiġi

inkluż ġo dan il-ktieb jew jixtieq jirreklama fuq dan il ktieb

għas-sena’ d-dieħla jikkuntatjana fuq l-email,

[email protected].

Alexander Ellul

Editur

Editorjal

Page 6: WIRJA 2013

6 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 7: WIRJA 2013

7 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Għeżież,

Din hija t-tielet sena konsekuttiva li fil-Parroċċa tagħna ddedikata lil Qalb Bla

Tebgħa Ta’ Marija, tiġi armata b’mod sempliċi, imma sinifikattiva l-Mejda

tal-Appostli.

Din is sena flimkien ma’ Alexander Ellul u Michael

Grech, ingħaqdu Sandro u Charlene Grech, li bil-

paċenzja kbira ħadmu sabiex din is-sena ukoll tarġa

tkun ta suċċess. F’din il-mejda ta’ din is-sena qed jiġu

esebiti it-Tnax l-Appostlu maħdumin bis-smid, u

diversi sinboli oħra li għandhom x’jaqsmu mal-

Passjoni ta’ Kristu, maħdumin kemm bl-ismid, kf ukoll

bir-ross ikkulurit.

Nixtieq ghalhekk f’isem il Parroċċa kollha nirringrazzja lil dawn l-erba’

żgħażagħ li b’entużjażmu u b’impenn ħadmu fuq li ħadmu sabiex din is-sena

wkoll jtellgħu din il-wirja bl-isem ta’ MENSA APOSTOLORUM.

P. Joseph Mamo OFM Conv.

Kapillan

Messaġġ minn

P. Joseph Mamo OFM Conv. - Kapillan

Il-membri tal-Grupp Mensa Apostolorum Burmarrad jirringrazzja l-appoġġ kbir li

sab mill-membri tal-Kleru, il-Kapillan Patri Joe Mamo, Patri Guido Muscat kif ukoll

lil Patri Gorg Buttigieg

Page 8: WIRJA 2013

8 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 9: WIRJA 2013

9 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Għeżież,

Ir-Randan huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-akbar festa tas-sena li tfakkarna fil-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din is-sena, l-grupp li jġib l-isem ta’ Mensa Apostolorum, għoġbu li jtella’ wirja li tfakkar l-Għid il-Kbir b’aktar entużjażmu minn tas-snin preċedenti. Il-grupp ħa ħsieb li fl-okkażjoni tat-tberik u l-ftuħ tal-wirja jiġi mtella’ kunċert fuq tema tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-aħħar ċena kienet imwaqqfa biex tkun infakkra l-Passjoni, il-mewt u l-qawmien ta Ġesù Kristu. L-Ewkaristija hija t-tifkira tal-istess mejda. Din tiġi riflessa fl-arma l-ġdida illi ġiet imżanżna din is-sena. Flimkien ma’ Alexander Ellul u Michael Grech din is sena ssieħbu b’impenn mal-Grupp Mensa Apostolorum Charlene u Sandro Grech. Inħossni kburi illi dan il-grupp huwa ffurmat u qed jiġi imsawwar minn żgħażagħ illi għandom interess u impenn qawwi f’din il wirja. Proġetti B’sagrifiċju kbir ilna naħdmu sena sħiħa sabiex ikollna wirja b’success bhalma kelna s-sena l-oħra. Issa wasal iż- żmien sabiex nesebixxu frott il-Grupp Mensa Apostolorum illi tant iddedika ħin volontarjament sabiex titella’ din il-wirja. Fost ħafna affarijiet din is sena ser inżanżnu tlettax inkwatri ġodda bl-ismid li ser ikunu jesebixxu it–tnax l-appostlu u Ġesù. Dawn ser ikunu esebiti fil-wirja flimkien mas-simboli tal-appostli li kienu esebiti għall-ewwel darba is-sena l-oħra. Din is sena għall-ewwel darba saru wkoll forom godda tar-ross u simboli li huma marbuta mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-kunċert tal-ftuħ tal-wirja Mensa Apostolorum qed jiġi mtella’ għall-ewwel darba din is-sena wkoll. . Ftaħna wkoll Facebook Page li tiġi aġġornata ta’ spiss bix-xogħol li nkunu qegħdin nagħmlu matul is-sena.

Messaġġ mill-Grupp Mensa Apostolorum

Alexander Ellul

Page 10: WIRJA 2013

10 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Appell

Hawnhekk nixtieq nagħmel appell sinċier lil dawk il ħafna persuni, speċjalment żgħażagħ, li għandhom talent x’joffru sabiex jersqu lejn il-grupp tagħna u jagħtu sehemhom għall-ġid ta’ ħaddieħor.

Ringrazzjamenti

Nixtieq qabel nagħlaq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex din il-wirja tkun suċċess. B’mod speċjali nixtieq nirringrazzja lil kapillan P. Joe Mamo u l-kumplament tal-membri tal-kleru illi huma kienu li tawna l-appoġġ kollu biex inkomplu din is-sena. Nirringrazzja wkoll lill-Kunsill Lokali illi appoġġjana bl-għajnuna li tagħna. Nirringrazzja wkoll lil min għoġbu jirreklama f’dan il-ktieb. Nirringrazzja b’mod speċjali lil Michael, Sandro u Charlene Grech illi ħadmu bla waqfien f’din il-wirja u esebixxew t-talent tagħhom. Fl-aħħar u mhux l-inqas ngħid grazzi lilkom li tiġu żżuru din il-wirja u tal-appoġġ tagħkom. Aħna napprezzaw ħafna l-kummenti tagħkom u s-suġerimenti li jkunu ta’ għajnuna kbira lejn din il-wirja.

Awguri

Nagħlaq dan id-diskors billi nawgura l-Għid it-tajjeb lil-parruċċani kollha. J’Alla Sidna Ġesù Kristu jżomm idejH fuqna.

Alexander Ellul

Organizzatur Mensa Apostolorum

Page 11: WIRJA 2013

11 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Għeżież,

Nieħu l-okkażjoni biex nifraħ liż-żgħażagħ tal-inizjattivi u l-enerġija li juru fir-raħal zgħir imma gustuż ta’ Burmarrad. Dawn iż-żgħażagħ għarfu jesprimu l-valuri tal-ħajja f’talenti li jmorru maż-żminijiet kontemporanji. Taħt il-gwida tal-kappillan Joe Mamo, iż-żgħażagħ f’Burmarrad għadhom juru valuri u prinċipji sodi għax iħossuhom jappartjenu fil-kommunità . Din il- “ community feeling “ tinhass sewwa u l-kunsill lokali huwa obligat li jikkontribwixxi lejn tisħiħ ta’ din il-kommunità , u għalhekk jibqa’ jgħin b’ diversi modi lil din il-kommunità li hija mudell għal komunitajiet oħra mferrxa fuq gżiritna.

Fi żminijiet sbieħ tal-Ġimġħa Mqaddsa il-Grupp Mensa Appostolorum ta’ Burmarrad qed itella’ wirja ta’ arti permezz ta’ xogħol magħmul mis-smid u mir-ross. Dan ix-xogħol imtella’ minn grupp ta’ żgħażagħ jitlob ħafna xogħol u dedikazzjoni.

Din il-wirja hi xhieda ta’ kemm għad hawn żgħażagħ iddedikati u voluntarjament jidħlu bla pretenzjonijiet għal xogħol artistiku bħal dan. Dan ix-xogħol artistiku, magħmul minn ingredjenti li nsibu fil-kċina, huwa maħdum b’rappreżentazzjnijiet ta’ mkwatri bit-tema tal-Ġimgħa Mqaddsa.

F’ismi u f’isem il-kunsilliera u l-istaff kollu nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lil Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-familja tiegħu, lil kappillan Joe Mamo u lil komunità ta’ Burmarrad u ta’ San Pawl il-Baħar. Nixtieq li nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ lil dan il-Grupp Mensa Appostolorum ikompli fil-ħidma siewja tiegħu u nħeġġeġ żgħażagħ jieħdu eżempju minnhom u ma jaqtgħux qalbhom għax l-appoġġ tagħna dejjem isibuh.

Tislijiet

Mario Salerno

Messaġġ minn

Mario Salerno - Sindku

Page 12: WIRJA 2013

12 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Għal din is-sena il-grupp ‘Mensa Apostolorum’ tal-parroċċa tagħna

ħaseb biex joħloq disinni ġodda għall-platti bix-xogħol tar-ross ikkulurit. Dan

ix-xogħol sar minni u minn Alexander Ellul fix-xhur sħan tas-Sajf. Xtaqna li

dawn is-simboli jkunu qed jirrafiguraw id-diversi waqtiet ta’ Sidna Ġesu’

Kristu fil-passjoni.

L-ewwel simbolu maħdum bir-ross juri kartellun bil-kliem “Hosanna

Filio David” u fuq kull naħa tal-kartellun naraw palma kif ukoll fergħa

żebbuġ. Dawn huma simboli li juru u jissimbolazzaw id-daħla solenni li

ingħata Ġesu’ Kristu f’Ġeruslemm ftit jiem qabel ma kellu jbati.

Fil-platt ta’ wara l-ewwel simbolu, fuq din il-mejda insibu is-simbolu

tal-aħħar ċena fejn naraw mejda tonda b’kalċi b’lewn dehebi fejn fuq naħa

minnhom tiegħu nsibu l-għeneb filwaqt li fuq in-naħa l-oħra naraw l-iżbula

tal-qamħ.

“Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn

tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?" U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-

tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se

nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.' "Id-dixxipli għamlu

kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.”[Mt:26:18 -20]

Bħalma jaf kulħadd fl-aħħar ikla il-Mulej Ġesu’ waqqaf żewġ

sagramenti; dak tal-Ewkaristija li hija l-qofol taċ-ċelebrazzjoni liturġika u s-

sagrament tas-saċerdozju. Is-Sagrament tal-Ewkaristija Kristu waqqfu waqt

il-qsim tal-ħobż filwaqt li s-saċerdozju twaqqaf wara li Ġesu’ niżel jaħsel

saqajn l-appostli.

“Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom,

hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin.” [Ġw:13:15]

X’jirraffiguraw is-simboli maħduma bir-ross?

Michael Grech

Page 13: WIRJA 2013

13 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

It-tieni simbolu li nsibu f’din il-mejda tal-Appostli jirrafigura salib,

filwaqt li fuq naħa insibu simbolu ta’ kalċi, fuq in-naħa l-oħra insibu is-

simbolu tal-borża tal-flus ta’ Ġuda. Dan il-platt juri dak li seħħ fl-ort tal-

Ġetsemani. Il-kalċi jirrappreżenta il-kalċi tal-imrar li kellu jgħaddi minnu

Ġesu’ fil-passjoni tiegħu. Il-borża tal-flus kellha tkun dik li permezz tagħha

Kristu jinbiegħ għal tletin biċċa tal-fidda minn Ġuda l-Iskarjota.

“Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet fl-art, u talab li, jekk jista'

jkun titwarrab minnu dik is-siegħa. U qal: "Abbà, Missier, kollox jista' jkun

għalik; biegħed minni dan il-kalċi! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int."

[Mk:14:36-37]

Simbolu ieħor maħdum bir-ross li sar għal wirja ta’ din is-sena hu dak

li jirrapreżenta il- kolonna tal-flaġellazzjoni b’ kuruna tax-xewk impoġġija

fuqha. Hawnhekk immorru fil-palazz ta’ Pilatu li kien gvernatur Ruman tal-

Lhudija. Kristu li kien ikkundannat mill-poplu Lhudi kien imressaq quddiem

dan il-Gvernatur tal-Lhudija.

Wara dan is-simbolu insibu simbolu ieħor li jirrappreċenta bandalora

ħamranija bil-kliem S.P.Q.R (Senātus PopulusQue Rōmānus jiġifieri is-Senat

u l-Poplu ta’ Ruma). Magħha fuq naħa waħda insibu simbolu tal-bjugil u t-

tamburlin fuq in-naħa l-oħra li huma is-simboli tad-daqq li bihom ir-Rumani

kienu jħabbru li għaddej mgħobbi l-ikkundannat tal-mewt mat-toroq ta’

Ġerusalemm u li wara kien jkun mislub ‘il barra mill-istess belt.

Skont it-tradizzjoni insibu li waqt li Kristu kien mgħobbi bis-salib

waqt li kien sejjer lejn il-Golgota biex jkun mislub, insibu li fit-triq kien

hemm mara twajba li meta rat minn liema tbatija kien għaddej minnha

Ġesu’ Kristu, marret u mesħitlu wiċċu. Din il-mara insejħula l-Veronika li

mill-Grieg tfisser “Vera icona”. It-tradizzjoni tgħidilna li xħin din il-mara

mesħet wiċċ Kristu mid-dmija tħalliet immarkata ix-xbieha divina tiegħu fuq

il-maktur li bih messħitlu wiċċu. Dan ir-rakkont ma’ jinsabx fl-erba’ Evanġelji.

Page 14: WIRJA 2013

14 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Is-simbolu li jmiss wara dan il-platt huwa dak li jissimbolizza

kartellun bl-ittri I.N.R.I. (Iesus Nazarenus Rex Iudaeorum jiġifieri Ġesu’

Nazarenu Sultan tal-Lhud) bi tliet imsiemer taħt il-kartellun tal-I.N.R.I b’

lanza u sponza fuq kull naħa. Il-lanza hija dik li iċ-ċenturjun nifed il-kustat ta’

Kristu biex is-suldati jkunu ċerti li Kristu miet.

“Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux

riġlejh. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih

ħareġ demm u ilma. Dan qiegħed jixhdu min ra b'għajnejh, u x-xhieda

tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll

temmnu.” [Ġw:19:34- 35]

L-isponza kienet dik li biha Ġesu’ Kien misqi bi ftit ħall meta kien

mislub fuq is- salib. Il-ħall jissimbolizza il-morr tal-ħajja.

“U mar wieħed jiġri jxappap sponża bl-inbid qares, waħħalha f'tarf

ta' qasba u tah jixrob filwaqt li qal: "Stennew, ħa naraw jiġix Elija jniżżlu!"

[Mk:15:37]

L-aħħar platt li nsibu fuq din il-mejda juri is-simbolu tas-salib vojt

mingħajr il-mislub b’ liżar bajdani imdendel mas- salib. Dan is-simbolu juri x-

xena ta’ wara l-inżul tal-mislub minn fuq is- salib u t-tama fil-Qawmien għall-

ħajja.

Dawn is-simboli maħduma minn ross ikkulurit huma

rappreżentazzjoni ta’ dak kollu li għadda minnu il-Messija Ġesu’ Kristu, li ġie

f’din id- dinja biex jeħlisna mill-jasar tad-dnub permezz tal-mewt u il-

Qawmien tiegħu mill-imwiet.

Michael Grech

Membru Mensa Apostolorum

Page 15: WIRJA 2013

15 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 16: WIRJA 2013

16 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Ir-Randan huwa żmien ta’ sagrifiċċju u jilħaq il-milja tiegħu fl-aħħar ġimgħa,

meta fl-għeluq tagħha niċċelebraw l-Għid il-Kbir, il-qawmien mill-mewt ta’

Sidna Ġesú Kristu. L-Għid il-Kbir huwa meqjus bħala l-iktar festa importanti

għal Knisja Kattolika. Aħna l-Maltin norbtu ħafna mit-tradizzjonijiet tagħna

ma’ dan iż-żmien.

Meta ngħatu ħarsa lejn it-tradizzjonijiet marbutin maż-żmien l-Għid nsibu

ħafna xi ngħidu, tant li wieħed jista’ jitkellem minn ħafna aspetti differenti,

fosthom insemmu; l-ikel, l-arti, demostrazzjonijiet, ċelebrazzjonijiet, id-

drawwiet tal-knisja u ħafna aktar. Din id-darba ser ngħatu ħarsa fuq id-

drawwiet kollha tal-Ġimgħa Mqaddsa u kif inhuma marbutin mal-Knisja.

L- aktar ġimgħa matul is-sena li fiha jinħass sens ta’ ġabra hija , bla dubju ta’

xejn, il-Ġimgha Mqaddsa. Matul din il-ġimgħa partikolari bħal donnu jirrenja

aktar il-kwiet u l-ħajja tiehu xejra oħra, differenti mill-ħajja mgħaġġla li aħna

mdorrijin ngħixu ta kuljum. In-nisrani jinġabar fih innifsu u jirrifletti kif

għamel Ġesú fl-erbgħin jum fid-deżert, in-nisrani jagħmel dan permezz ta’

tliet għodod differenti li jissemmew ħafna f’ dan iż-żmien. Dawn huma s-

Sagrifiċċju, l-Karità u t-Talb.

Iż-żmien tal-Ġimgha Mqaddsa jġib miegħu għadd ta’ drawwiet sbieħ tagħna

l-Maltin. Il-knejjes ikunu mimlijin bin-nies li jiġu bi ħġarhom sabiex jattendu

għall-funzjonijiet li jsiru fil-Parroċċi differenti. Ftit qabel din il-ġimgħa, fil-

Ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm niċċelebraw jum id-Duluri, bosta ħwienet

kienu jagħlqu, lit-tfal kienu jwissuhom biex ma jidħqux u ma jagħmlux

storbju żejjed. Kien isir is-sawm, inkluża is-sawm “tas-seba’ bukkuni” fejn

wieħed jiekol biss dak li jittallab f’ jum id-Duluri. Filgħaxija jsiru l-

purċissjonijiet devoti ħafna bl-istatwa mal-gżejjer kollha. Wara l-

pellegrinaġġi f’ Malta kollha, bl-istatwa tad-Duluri, tasal il-ġimgħa tant

X’hemm marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa? Ngħatu ħarsa lejn it-tradizzjonijiet Maltin tal-Ġimgħa Mqaddsa...

Karl Andrew Schembri

Page 17: WIRJA 2013

17 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

mistennija. Dan iż-żmien huwa konċentrazzjoni ta’ attività mill-aktar

intensa, mhux biss għal-liturġija u ċ-ċerimonji fil-knejjes, imma wisq aktar

għall-parteċipazzjoni esterna tal-fidili. Minn ħafna snin qabel ma ġiet l-Ordni

f’ Malta, kien hawn komunità ta’ Lhud stabbilita fl-Imdina, tista’ tgħid kollha

negozjanti tal-affari tagħhom. Imma meta l-Maltin kienu jidħlu fl-ispirtu tal-

Ġimgħa Mqaddsa kienu japprofittaw ruħhom u jibdew jinsultawhom u

jippersegwitawhom għax kienu tradizzjonalment involuti fil-passjoni ta’

Kristu. Bħala eżempju tissemma komunikazzjoni fl-1486 mill-viċi re ta’

Sqallija biex il-Lhud ma jidhrux fil-pubbliku f’ dak iż-żmien.

ĦADD IL-PALM – F’ kull parroċċa jsir it-tberik taż-żebbuġ f’ kappella,

oratorju jew post ieħor, bin-nies jakkumpanjaw bil-friegħi f’ idhom.kien

hemm postijiet fejn il-bdiewa kienu jixħtu ftit ħamrija fuq iż-żebbuġ

imbierek biex ikollhom ħsad tajjeb ta’ żebbuġ. Weraq tal-palm u ż-żebbuġ

imberkin fil-katidral, kienu jwaħħluhom fuq is-salib tal-kolonna li hemm f’

Howard Garden barra l-Imdina.

L-ERBGĦA TAT-TNIEBRI / IL-BARABBA / IT-TERREMOT – Qabel

il-Konċilju Ekumeniku II kienu jixgħelu ħmistax-il xemgħa fuq il-presbiterju.

Dan l-isem m’ għandu x’ jaqsam xejn ma Barrabba ta’ Pilatu. Dan l-isem ġej

mit-Taljan barabasso minn Barabasco li huwa wieħed mill-ismijiet ta’ pjanta

bl-isem botaniku ta’ Verbascum thapsus speċi ta’ xatbet l-andar. Li għandha

ħafna friegħi jitilgħu mill-ġnub ta’ zokk wieqaf, u tixbah kandelabru. Wara

kull salm kien joħroġ abbati jitfi waħda. Wara l-lawdi kien jitfi l-aħħar

waħda. Kulħadd dik kien jistenna, u t-tfal imorru apposta dak il-ħin, biex

jibdew iċaqalqu s-siġġijiet tal-knisja, isabbtu l-bibien u jagħmlu storbju sħiħ

biex joħolqu ‘l hekk imsejjaħ terremot, tifkira ta’ meta miet Kristu.

ĦAMIS IX-XIRKA – Il-liturġija f’ dan il-jum kienet tkun filgħodu bil-

quddies solenni, wara li tindaqq il-“Glorja” bil-qniepen jisktu sa ma jasal is-

Sibt fil-“Glorja”, u fejn ikun meħtieġ idoqqu ċ-ċoqlajta. F’ dan il-jum issir iċ-

ċeremonja tal-ħasil tas-saqajn tal-appostli, li kienet ukoll issir fi żmien il-

kavalieri fil-knisja tagħhom ta’ San Ġwann.

(i) Mejda tal-Appostli – Fl-aħħar snin tas-seklu għoxrin rajna żieda

kbira fl-armar tal-imwejjed tal-appostli; fl-imgħoddi konna ngħodduhom fuq

is-swaba, imma issa aktar tista’ tgħodd fejn ma jsirux milli fejn isiru. Nistgħu

nikklassifikawhom f’ erba’ kategoriji (a) dawk li qabdu s-sistema skond ir-

ritwal Lhudi, li milli jidher bdietha Ħal-Lija fl-1971; (b) dawk li żammew l-istil

artistiku, karatterizzati b’ dik tal-oratorju tad-Dumnikani tal-Belt, li ilha ssir

mill-1784, bi platti dekorati mill-isbaħ bir-ross, smid jew melħ, statwetti,

Page 18: WIRJA 2013

18 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

simboli u bosta oġġetti oħrajn li ma tixbax tarahom; (ċ) dawk bil-figuri daqs

naturali tal-appostli bħalma bdew Ħaż-Żebbuġ fl-1990 u komplew oħrajn; u

(d) dawk li ħolqu ċenaklu ħaj, fejn tfal jew żgħażagħ jilbsu ta’ appostli mal-

mejda.

(ii) L-Altar tar-Repożizzjoni / Sepulkru – Wara l-quddies issir

purċissjoni fil-knisja biex l-ostja tittieħed fis-sepulkru jew ngħidulu issa l-

altar tar-repożizzjoni. Issa ċ-ċerimonji huma iqsar u jsiru filgħaxija. Fost l-

altari tar-repożizzjoni nsibu varjetà kbira ta’ stil u preżentazzjoni, imma fost

l-aktar artistiċi u li jissemmew hemm dak tal-katidral tal-Imdina li żżanżan fl-

1752, ta’ Bormla sar għall-ħabta tal-1875 li reggħu bdew jarmawh wara

żmien merfugħ, tal-Karmelitani tal-Imdina, u oħrajn. Imma l-aktar antik li

baqa’ jidher huwa dak li kienu jarmaw fil-grotta ta’ San Pawl tar-Rabat li sar

fl-1685, imma issa merfugħ fil-mużew Wignacourt tal-kolleġġjata. Għad

hawn uħud, imma dari kienet aktar drawwa, li mas-sepulkru jqegħdu ‘l hekk

imsejħa borma tal-fuħħar kollha ħwawar għall-fwieħa, u jagħmluha wkoll

mal-imwejjed tal-appostli.

(iii) Il-Visti tal-Knejjes – Dawn jibdew il-Ħamis wara li jkun lest is-

sepulkru, u jkomplu l-Ġimgħa filgħodu. M’ hemm l-ebda obbligu għalihom

fil-liturġija, imma tant daħlu fit-tradizzjonijiet tagħna li Malta u Għawdex

kollha tarahom ħajjin, imma devoti bil-familji, għaqdiet, fratellanzi, każini

tal-banda, u oħrajn, għaddejjin fit-toroq wara salib bl-isponża u l-lanza,

kulħadd bil-kuruna jgħid it-talb. Għalkemm dawn għadna narawhom

sewwa, fl-imgħoddi kienu iżjed spettakolari minħabba li l-fratellanzi kellhom

wisq aktar imseħbin, għaddejjin bl-ilbies imlewwen tagħhom, jitolbu u

jkataw. Għadhom popolari u devoti, u kull sena jkun hemm għadd kbir ta’

ktejbiet għall-bejgħ biex wieħed isegwi l-visti. Malta mimlija knejjes u

kappelli fil-bliet u l-irħula l-antiki, għalhekk qatt ma kien hemm diffikultajiet

biex iżuru seba’ knejjes. Fi żmienna hawn min idur bil-karozza, b’ hekk

jagħmel il-visti aktar imbegħedin, ħaġa li l-antiki ma kinux jistgħu jagħmlu.

Filwaqt li l-visti tradizzjonali huma sebgħa, bosta fratellanzi u għaqdiet

jagħmlu ħamsa. In-numri sebgħa u l-ħamsa, it-tnejn jistgħu jitqabblu

simbolikament ma’ aspetti tal-passjoni. Dawk li ma jifilħux jimxu tarahom

joħorġu mill-bieb tal-knisja u jidħlu minn ieħor.

(iv) Pellegrinaġġ mal-Lejl – Dawn l-aħħar ftit snin beda jsir

pellegrinaġġ lejn is-Salib tal-Għolja, limiti tas-Siġġiewi. Dan l-aħħar beda’

jitlaq mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa lejn il-Parroċċa tal-

Isla, fejn tinsab statwa mirakoluża tar-Redentur. Jibda f’ Ħamis ix-Xirka għal

Page 19: WIRJA 2013

19 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

xi l-għaxra ta’ filgħaxija u jintemm sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira. Isir Aux

flambeaux bil-fjakkli u xemgħat.

IL-ĠIMGĦA L-KBIRA – Malli tisbaħ f’ dan il-jum tħoss atmosfera ta’

luttu. Dan kien aktar jinħass fiż-żmien ta’ qabel is-snin sebgħin. Sa ftit ilu,

għalkemm għadhom xi ftit, id-djar tan-nies kienu jibqgħu nofs bieba, il-

bnadar tal-każini u postijiet oħra jittellgħu nofs lasta, il-ħwienet jagħlqu, l-

irġiel jilbsu ingravata sewda jew mustaxija mal-komma, u ma jqaxxrux il-

leħja. Iċ-ċinema kien jibqa’ magħluq, u l-gazzetti ma kinux joħorġu. Meta

kien hawn ir-Rediffusion jew radju lokali, ma kinux isiru programmi, ħlief

priedki u mużika sagra. Iż-żewġ casinos ta’ żmienna fl-1999 ftehmu li jibdew

jagħlqu.

Il-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira qabel kienet tkun twila, filgħodu u bl-iswed,

filwaqt li daż-żmien hija qasira, issir filgħaxija u bl-aħmar. Iċ-ċerimonji li

kienu jsiru f’ din il-liturġija kienu jvarjaw ħafna skont it-tip ta’ knisja, jekk

jiċċelebrax l-isqof, jekk ikunx hemm kapitlu, jekk tipparteċipax fratellanza

tal-kurċifiss, u ħafna fatturi oħra. Issa ftit baqa’ knejjes li jagħmlu d-

depożizzjoni ta’ Kristu mis-salib; kellhom statwa ta’ Kristu mejjet bil-ġogi

biex jistgħu jaqalgħuh minn fuq is-salib u jniżżluh.

(i) Purċissjonijiet tal-Passjoni – Il-ġimgħa filgħaxija tista’ tgħid li l-Maltin

kollha jsegwu jew jipparteċipaw f’ dawn il-purċissjonijiet. Fl-

imgħoddi, devozzjoni kien hawn ħafna, imma vari, purċissjonijiet u

pageants kien hawn inqas. Issa hawn xi mija u ħamsin vara u

madwar għaxart elef personaġġ li jipparteċipaw f’ madwar ħmistax-il

purċissjoni. Filwaqt li minn wara l-Konċilju Ekkumeniku II li sar fis-

snin sittin, bdew jonqsu u jispiċċaw għal kollox ħafna mill-

manifestazzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, ta’ festi u

ċelebrazzjonijiet reliġjużi, dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-Ġimgħa

Mqaddsa bdew jiżdiedu. Il-fratellanzi tal-kurċifiss, tal-Belt, ir-Rabat,

ta’ Bormla, l-Isla, u l-Birgu, kollha ilhom jorganizzaw il-purċissjonijiet

tagħhom bħala parti minn dmirijiethom. Fi żmien il-purċissjonijiet

kienu joħorġu f’ jiem differenti matul il-ġimgħa, kemm l-Erbgħa,

meta fil-Birgu kienu jieħdu sehem il-qaddiefa, skjavi, u forzati tal-

bastimenti tal-Ordni, u l-Ħamis. Imma l-Isqof kien iddeċieda li kollha

għandhom joħorġu l-Ġimgħa.

Page 20: WIRJA 2013

20 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

(ii) Qagħaq tal-Appostli – Dawn ikunu magħmulin bħall-ħobż, imma

kbar, tondi, u b’ ħafna ġunġlien u lewż fil-wiċċ. Tarahom fuq kull

mejda tal-appostli li jarmaw matul il-Ġimgħa Mqaddsa, li wara l-wirja

jagħtuhom lil dawk magħżulin bħala appostli fiċ-ċerimonja tal-ħasil

tar-riġlejn, jew lil xi familji u istituti fil-bżonn. Ikun hemm bosta

jbiegħu minnhom fil-kantunieri u fis-swieq.

SIBT IL-GLORJA / SIBT IL-GĦID – Filgħodu kienet issir ċerimonja

twila, u jattendu ħafna nies, imma dan iż-żmien saret qasira u wara

nofsinhar, u fejn qabel ma kienux isiru magħmudijiet issa bdew isiru. Iċ-

ċelebranti kienu jilbsu l-vjola, issa l-abjad. Fejn qabel, wara t-tberik tan-nar

kienu jkantaw il-litanija tal-qaddissin it-twila, imma issa mqassra. Malli

tindaqq il-glorja kont tisma’ storbju kullimkien, fil-knisja u fid-djar, barra t-

toroq u fil-ħwienet. Tal-laħam u l-merċa kienu jieħdu r-ruħ li spiċċaw is-

sawm u l-astinenza, u jibdew iċekċku skieken u laned fuq l-irħama tal-bank,

il-laneċ isaffru fil-portijiet, idoqqu l-qniepen tal-knejjes u oħrajn żgħar fid-

djar, jinkixfu t-twieqi tal-knejjes li jkunu tgħattew, idoqq l-orgni tal-knisja.

Kienu joħorġu rġiel idoqqu t-tanbur u l-flawt iduru mal-ibliet ibaħħru,

jaħarqu ftit miż-żebbuġ imbierek, bi ftit biċċiet tax-xemgħa tat-tniebri, ilisnu

taħlit ta’ talb u kliem profan, bejn devozzjoni, u superstizzjoni, għax ħafna

jdaħħlu kliem kontra l-għajn ħażina. Dawk li jkollhom trabi waslu biex jitilqu

jimxu kienu jgħinuhom fuq saqajhom bit-tama li jieqfu u jimxu malajr.

ĦADD IL-GĦID / L-GĦID IL-KBIR – Hawn tinqaleb il-folja; jispiċċaw is-

sawm u s-sagrifiċċji. Għalina m’ għadx hemm dawk l-obbligi u d-drawwiet

bħalma kellhom ta’ qabilna, anzi l-biċċa l-kbira mill-ġenerazzjonijiet moderni

bilkemm isibu differenza bejn żmien ir-randan u dak li mhux. Fil-knisja tal-

Madonna ta’ Damaxxena tal-Griegi l-Belt, isiru ċ-ċeremonji bil-liturġija ta’

Sna Ġwann Krisostmu u l-qari tal-vanġelu b’ ilsna differenti, u jitqassam bajd

iebes miżbugħin ħomor. Ma dan iż-żmien tal-Għid il-Kbir jasal ħafna ħelu

tradizzjonali bħal ngħidu aħna il-bajd tal-Għid, il-figolli, l-qassatat tal-qiegħa

u l-qassatat tal-ħelu.

Madankollu, t-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin ma jiqfux fil-knejjes biss. Forsi

waħda mill-aktar tradizzjonijiet li baqgħu ħajjin f’dawn iż-żminijiet hija t-

tradizzjoni tal-wirjiet ta’ vari, nkwatri, platti bil-pitturi magħmulin bir-ross

jew bis-smid li jiġu organizzati f’kull belt jew raħal f’Malta.

Karl A. Schembri

Page 21: WIRJA 2013

21 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 22: WIRJA 2013

22 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Għeżież,

Nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu, bħala parti miċ-

ċeremonja tal-ftuħ tal-wirja Mensa

Apostolorum, se jsir kunċert ta’ mużika

Sagra minn brass quartet, li dan il-brass

quartet ħa jdoqq għall-ewwel darba fil-

pubbliku.

Dan il-quartet hu magħmul minn erba’ mużiċisti li huma: Damian Vella fuq

it-Tenor Trombone, Daniel Bonello fuq il-Bb Trumpet, Shaun Borg fuq il-Bb

Trumpet u Wayne Bartolo fuq l-Eb Tuba. Dan il-kunċet jikkonsisti minn

siltiet ta’ mużika Sagra ta’ stil Barokk u Klassiku.

Dan il-brass quartet ingħaqad fid-29 t’Ottubru 2012. Il-mużiċisti ta’ dan il-

grupp huma kollha Melleħin u nsibu lil Wayne Bartolo u Shaun Borg idoqqu

mas-Soċjeta’ Filarmonica La Vittoria u lil Damian Vella u Daniel Bonello mal-

Għaqda Mużikali Imperial. L-għan ewlieni ta’ dan il-grupp hu li jdoqqu

diversi siltiet mużikali kemm għal pjaċir tas-semmiegħa u kemm għall-

esperjenza u għall-gost ta’ dawn il-mużiċisti. Filfatt, dan hu l-unika brass

quartet li nsibu fil-Mellieħa u wieħed mill-ftit li hawn Malta.

Xi jdoqq għall-widnejna?

Wayne Bartolo

Page 23: WIRJA 2013

23 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

J’Alla dan il-kunċert imżewwaq b’siltiet differenti ta’ diversi kompożituri

jintogħġob minn kulħadd u jdaħħal aktar lis-semmiegħa fl-ispirtu tal-

passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Minn hawn nirringrazzjaw lil komunita’

kollha ta’ Burmarrad li għoġobom jilqgħuna fir-raħal tagħhom, u

speċjalment nirringrazzjaw lil organizzaturi ta’ din il-mejda u lil Knisja ta’

Burmarrad.

Wayne Bartolo

Il-membri tal-Grupp Mensa Apostolorum Burmarrad jirringrazzja lil dawn l-erba’

żgħażagħ li ilhom jippreparaw għal dan il-kunċert u li ser idoqqu waqt il-ftuħ.

Nixtiequ wkoll nawguraw kull suċċess f’ħidmithom.

Page 24: WIRJA 2013

24 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 25: WIRJA 2013

25 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum

Page 26: WIRJA 2013

26 | Mensa Apostolorum, Wirja 2013 www.facebook.com/mensaapostolorum