23
Il-Gwida Lejn is-Success: ĦTIĠIJIET Noti siewja dwar ir-rotta lejn kisbiet għoljin artistiċi ġewwa: ----------------------------------------------------------------------------- The Malta Visual and Performing Arts School NOTI PRELIMINARI Dan id-dokument jinqasam f’ħames partijiet li jġibu l-ismijiet ta’: IL-ĦAMES FOROM TAL-ARTI IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI TAL-ISKOLA Dawn in-noti għandhom jinqraw kollha u bir-reqqa. In-noti jagħtu ħjiel tajbin tar-rotta li l-istudenti jistgħu jaqbdu ladarba jirnexxielhom jidħlu b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu jagħtu konferma li qraw u fehmu l-ħtiġijiet u t-talbiet li dan id-dokument jagħmel, kif mitlub minnhom kemm fl-applikazzjoni online kif ukoll f’dik tal-karta. IL-VIŻJONI TAGĦNA Li tkun skola sekondarka meqjusa mill-aktar effettiva u li tgħin lill-istudenti jilħqu il-milja akkademika, soċjali u kreattiva tagħhom filwaqt li tħeġġeġ fihom is-sehem artistiku u kulturali li jafu joffru. IL-MISSJONI TAGĦNA L-iskola tagħna tħabbrek sabiex taħdem bħala komunita’ li tħaddem firxa kulturali li tlaqqa’ flimkien studenti, ġenituri u għalliema, bil-għan li toħloq ambjent li jiffoka fuq l-istudenti u t-tagħlim imsejjes fuq ir- rispett, il-fiduċja u l-kollaborazzjoni. L-istudenti kollha jingħataw l-għajnuna sabiex jiżviluppaw b’mod sħiħ il- ħila li jrawwmu ħsieb kritiku, emozzjonali u intelletwali filwaqt li jkunilhom ta’ ispirazzjoni dejjiema għas-snin li ġejjin.

The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

Il-Gwida Lejn is-Success:

ĦTIĠIJIET

Noti siewja dwar ir-rotta lejn kisbiet għoljin artistiċi ġewwa:

-----------------------------------------------------------------------------

The Malta Visual and

Performing Arts School

NOTI PRELIMINARI

Dan id-dokument jinqasam f’ħames partijiet li jġibu l-ismijiet ta’:

IL-ĦAMES FOROM TAL-ARTI IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL

IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA

L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI TAL-ISKOLA

Dawn in-noti għandhom jinqraw kollha u bir-reqqa.

In-noti jagħtu ħjiel tajbin tar-rotta li l-istudenti jistgħu jaqbdu ladarba jirnexxielhom jidħlu b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School.

Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu jagħtu konferma li qraw u fehmu l-ħtiġijiet u t-talbiet li dan id-dokument jagħmel, kif mitlub minnhom kemm fl-applikazzjoni online kif ukoll f’dik tal-karta.

IL-VIŻJONI TAGĦNA Li tkun skola sekondarka meqjusa mill-aktar effettiva u li tgħin lill-istudenti jilħqu il-milja akkademika, soċjali u kreattiva tagħhom filwaqt li tħeġġeġ fihom is-sehem artistiku u kulturali li jafu joffru.

IL-MISSJONI TAGĦNA L-iskola tagħna tħabbrek sabiex taħdem bħala komunita’ li tħaddem firxa kulturali li tlaqqa’ flimkien studenti, ġenituri u għalliema, bil-għan li toħloq ambjent li jiffoka fuq l-istudenti u t-tagħlim imsejjes fuq ir-rispett, il-fiduċja u l-kollaborazzjoni. L-istudenti kollha jingħataw l-għajnuna sabiex jiżviluppaw b’mod sħiħ il-ħila li jrawwmu ħsieb kritiku, emozzjonali u intelletwali filwaqt li jkunilhom ta’ ispirazzjoni dejjiema għas-snin li ġejjin.

Page 2: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

PARTI NRU 1: IL-ĦAMES FOROM T’ARTI

Il-Programmi ta’ Studju (sena 7 sa sena 11) tal-Ħames Forom t’Arti għandhom jinqraw sew.

TAGĦLIM PROPOST: O APPELL ESTETIKU

O ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI

O ĦILA TEKNIKA

O ŻVILUPP PERSONALI/SOĊJALI

O PERSPETTIVA STORIKA

APPELL ESTETIKU:

Bis-saħħa tal-Arti Viżwali l-istudenti jifhmu u jużaw il-lingwa tal-

estetika, li hi sabiħa, artistika, u maħduma bil-għaqal b’element

poetiku ta’ narrazzjoni fil-biċċiet tal-Arti. Dan jgħinhom jifhmu

n-natura u l-funzjoni ta’ din il-forma t’arti. Għalhekk, huma

jifhmu u japprezzaw aħjar lil xogħolhom, u dak tal-oħrajn, fil-

kuntest tal-ambjent u l-kultura li jgħixu fiha.

ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI:

L-istudenti jingħataw lopportunita’ li fihom irawmu l-ħiliet

perċettivi li huma meħtieġa biex jifhmu u jwieġbu għall-Arti u

għall-forom tad-Disinn. Huma jitgħallmu jagħmlu reazzjoni

għall-ambjent viżwali permezz ta’ esperjenzi li jidhru, u li allura

jistgħu jaraw u jħossu.

ĦILA TEKNIKA:

L-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw u jtejbu lħiliet meħtieġa biex

jużaw għodod differenti ħalli jkunu jistgħu jaħdmu b’materjal

differenti fil-ħolqien ta’ biċċiet t’arti f’midja differenti.

ŻVILUPP PERSONALI U SOĊJALI:

Il-livell tat-tagħlim fl-istudenti jisseddaq peress li s-suġġett

jisfida ‘l ħiliet tagħhom biex jimirħu, jaħsbu, jiddeċiedu, joħolqu

u jsolvu sfidi u problemi parti millprocess tat-tagħlim. Huma

jibdew jaraw ċar il-mod kif iqisu ddinja li jgħixu fiha u

jirrispondu għat-talbiet tagħha.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 3: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

PERSPEPETTIVA STORIKA:

Dak kollu li hu maħluq mill-bniedem jipproponi kwalitajiet

viżwali speċifiċi għall-post u għaż-żmien li joħroġ minnhom.

Dan l-istudju jagħti tifsira storika tal-oriġini ta’ biċċiet t’Arti minn

kulturi dinjija speċifiċi, jistaqsi dwar l-oriġini tagħhom, min

għamilhom, il-midja wżata, il-funzjoni ta’ pitturi u oġġetti, kif

intlaqgħu u l-istorja tagħhom.

KARATTERIZZAZZJONI:

L-istudenti jitgħallmu jagħrfu, jinvestigaw u “joħolqu karattri”.

Mill-kitba tal-bidu (script) sal-wirja tal-aħħar (performance) u wara,

jitgħallmu jagħmlu analiżi ta’ karattri li jafu, biex jaslu joħolqu u

jibnu oħrajn, jagħtuhom ħajja, permezz tal-ħsieb, tal-kliem, tad-

dehriet, u l-azzjoni. TAGĦLIM PROPOST:

O KARATTERIZZAZZJONI ESPRESSJONI:

O ESPRESSJONI

O STORJA

Il-Lingwaġġ tal-Ġisem u l-Vuċi huma għodda essenzjali għall- O ANALIŻI

O REĊTAR attur. Bihom l-istudenti jitħarrġu kif jinterpretaw karattru,

O NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN

jgħaddu messaġġ u joħorġu emozzjoni. Huma jiflu modi ta’

espressjoni verbali u mhux verbali, mill-mima sal-kor Grieg sat-

teatru mużikali, li fih, l-istudenti jitħarrġu mhux biss fil-kant,

imma fl-interpretazzjoni wkoll. B’dal-mod huma jkunu qegħdin

isaħħu l-iżvilupp tal-karattri.

STORJA:

L-istudenti jagħmlu tiftix biex isibu kif inbniet it-tradizzjoni storika

tat-teatru matul iż-żmien. Jinvestigaw kif ħtiġijiet soċjali, reliġjużi,

ekonomiċi, kif ukoll gwerer biddlu ħafna riti ċerimonjali u

ċelebrazzjonijiet f’avvenimenti kulturali. Jiskopru kif twieldu

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 4: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

stili u ġeneri tat-Teatru, u jiġu murija kif ifissru u jqabblu karattri

u sitwazzjonijiet universali storiċi.

ANALIŻI:

L-istudenti jitgħallmu jsawru l-ħila analitika tagħhom biex

jevalwaw wirjiet teatrali differenti, u wara jużaw din l-analiżi

sabiex joħorġu b’xi ideat ġodda. Jitgħallmu jirriflettu fuq l-użu

tal-lingwa, l-istruttura tad-djalogu, kemm il-karattri jinżlu fil-

fond, u jekk jeżistux possibilitajiet biex jissuġġerixxu tmiem

differenti għal stejjer magħrufin. Jitgħallmu wkoll kif jużaw id-

diskrezzjoni fil-kritika tagħhom.

REĊTAR:

L-istudenti jesploraw it-teknika tar-reċtar permezz tal-attivitajiet

teatrali, il-kisba tat-tagħrif permezz tar-riċerka, u prattika fl-

improvizzazzjoni b’moviment fuq il-palk. Dan jesplorawh

individwalment kif ukoll fi gruppi. Permezz tat-teatru modern,

tat-teatru tat-tfal, ta’ dak klassiku u mill-farsa, mill-kummiedja u

mit-traġedja, jitħarrġu f’teknika mħallta għal reċtar fuq il-palk,

għal quddiem il-kamera, kif ukoll għar-radju.

NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN:

L-istudenti jitgħallmu jaħdmu flimkien. Joħolqu kitba u jsibu

metodi kif jipproduċu u jidderieġu reċti flimkien u kif

jirreklamawhom. Jgħarrfu stili teatrali u kif influwenzi differenti

jaħdmu fuq għażliet artistiċi. Jitħarrġu fix-xogħol ta’ wara l-

kwinti fil-bini ta’ sett, kostum u props, fil-ħoss u fid-dawl billi

jħażżu pjanti sempliċi u skemi ta’ produzzjoni.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 5: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦLIM PROPOST:

O FOTOGRAFIJA

O VIDJOGRAFIJA

O DISINN GRAFIKU

O DISINN TA’ WEBSAJT

O AWDJO (U RADJU)

O GĦARFIEN U ETIKA TAL-

MIDJA

FOTOGRAFIJA:

Dan l-istudju jintroduċi l-arti tal-Fotografija u l-ħiliet tekniċi

marbutin magħha. L-istudenti jitgħallmu dwar exposure tajba,

dawl, l-użu tal-kamera, kif ukoll dwar il-ħafna stili u modi tekniċi

fotografiċi. Jitgħallmu wkoll kif isir tisbiħ u emendi fir-ritratti.

VIDJOGRAFIJA:

Dan hu studju li jiġbor fih użu tajjeb ta’ kamera u inkwadraturi

korretti, it-tħejjija u storyboarding (pjan grafiku sempliċi li juri kif

storja bil-kontenut tagħha tkun organizzata f’vidjo). Jitgħallmu

jieħdu shots varji u kif jgħaqqdu vidjo permezz tal-editing.

Jitħarrġu wkoll f’kif tinbena produzzjoni ta’ programm televiżiv,

ta’ film u ta’ xandir dirett, b’effetti speċjali u grafiċi.

DISINN GRAFIKU:

Jiġu mistħarrġin prinċipji bażiċi tad-disinn grafiku, kif ukoll il-

liġijiet tal-viżiv u tat-tipografija, li jmexxu l-proċess kollu tal-

produzzjoni tal-istampar. L-istudenti jitħarrġu fil-metodi bażiċi

kif jiddisinjaw posters, materjal pubbliċitarju kif ukoll it-tqassim

tipografiku. Jieħdu tagħlim wiesa’ fil-mod kif prodott ikun jixtieq

li jidher mal-konsumaturi jew kif dawn iħarsu lejh.

DISINN TA’ WEBSAJT:

Dan hu studju li jiġbor sew fih il-ħiliet u d-dixxiplini kollha fil-

produzzjoni u ż-żamma ta’ websajt, li jinkludu l-komponenti ta’

hardware u software tal-Internet. Jagħti lill-istudenti l-ħiliet

meħtieġa fl-użu ta’ blogs u l-midja soċjali bħala bażi biex

jirriklamaw ix-xogħol kreattiv tagħhom. Jieħdu taħriġ tal-ħiliet fl-

iżvilupp bażiku ta’ websajt.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 6: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

AWDJO (U RADJU):

Dan l-istudju juri kif il-ħoss jiġi rrekordjat u mħaddem għal

raġunijiet ta’ tisbiħ jew effett. Iħejji wkoll lill-istudenti għall-użu

tiegħu fi produzzjoni ta’ vidjo. Xi industriji professjonali, midħla

tal-produzzjoni tal-awdjo, jiġu diskussi, l-aktar dak tar-radju.

GĦARFIEN U ETIKA TAL-MIDJA:

Dan l-istudju jgħarraf lill-istudenti kif għandhom jinterpretaw

tajjeb il-midja li huma esposti għaliha, u bħala estensjoni naturali,

jitgħallmu jipproduċuha huma stess. Jitgħallmu kif bl-aħjar valuri

huma jħaddmu b’responsabbiltà l-kreattivita’ tagħhom mingħajr

ma jxerrdu informazzjoni żbaljata jew li tagħmel ħsara.

TEKNIKA TAL-KEYBOARD:

Dal-kors jiżviluppa l-ħiliet biex jindaqq il-pjanu, kif ukoll it-

teknika tal-keyboard u l-qari ta’ mużika miktuba. Hu maħsub

għall-istudenti li għandhom ftit jew xejn esperjenza tal-keyboard

biex b’mod sempliċi jesprimu ruħhom.

TEORIJA TAL-MUŻIKA:

TAGĦLIM PROPOST: Dan l-istudju jaħseb biex jagħti ħjiel bażiku tal-aspett tekniku tal-

O TEKNIKA TAL-KEYBOARD mużika. Jagħfas fuq l-għarfien tan-noti, intervalli, kitba ħafifa tar- O TEORIJA TAL-MUŻIKA

ritmu u tal-melodija, kif ukoll jagħti għarfien ta’ kordi ħfief, kant O ELEMENTI KREATTIVI

O SMIGĦ, VALUTAZZJONI, “prima vista” ta’ mużika miktuba, u qari ta’ kompożizzjoni ANALIŻI

mużikali miktuba.

O WIRJIET (GĦAŻLA TA’

STRUMENT)

SMIGĦ, VALUTAZZJONI, ANALIŻI:

GĦAŻLA TA’ STRUMENTI:

VJOLIN, VJOLA, VJOLINĊELL, F’dan l-istudju, l-istili ewlenin tal-Mużika tal-Punent jiġu PJANU, KORNU (F), FLAWT,

mistħarrġin. Jeżamina wkoll stili u metodi tekniċi ta’ mużika KLARINETT (BB), TRUMBETTA,

PERKUSSJONI, KITARRA KLASSIKA

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 7: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

vokali u strumentali, ix-xogħlijiet tal-aqwa kompożituri, u l-

forom mużikali ta’ perjodi differenti.

VUĊI:

L-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw is-smigħ ġewwieni (il-ħila li

jisimgħu noti mużikali fil-moħħ mingħajr ma jkantaw jew

idoqqu). Il-kors jagħfas fuq l-interpretazzjoni, l-istil, u l-

intonazzjoni meta l-vuċi toħroġ b’livell għoli (projection).

Studenti b’interess lejn dan il-qasam, fil-futur jistgħu jkomplu

jitħarrġu fi studju avvanzat. Il-vuċi tiġi meqjusa bħala strument,

imma trid tittieħed ukoll ma’ strument li jindaqq. Sintendi,

hemm ukoll kor professjonali.

ELEMENTI KREATTIVI: IMPROVIZZAZZJONI,

KOMPOŻIZZJONI:

Dan l-istudju għandu l-għan li jqanqal il-ħiliet immaġinattivi u

inventivi fl-istudenti. Jagħtihom ukoll tagħrif u ħiliet biex jużaw

ideat li jkunu ħadu waqt sessjonijiet ta’ improvizzazzjoni sabiex

joħolqu mużika li ħaddieħor jifhem u japprezza.

WIRJIET, GĦAŻLA TA’ STRUMENT:

Dan il-kors joffri tagħlim prattiku fit-teknika u fil-ħila tad-daqq

tal-istrument magħżul. L-istudenti jitressqu lejn il-kompetenza

fid-daqq tal-istrument (solo jew fi grupp), l-istudju ta’ repertorju

xieraq, kif ukoll l-iżvilupp tal-interpretazzjoni.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 8: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦLIM PROPOST:

O BALLET

O TEKNIKA MODERNA

O ŻFIN MODULARI

O TEORIJA

BALLET:

Dan il-kors hu maħsub biex l-istudenti jieħdu għarfien tal-

ħtiġijiet tekniċi tal-ballet klassiku u jifhmu sew l-isfidi li joffri.

Ilkors isaħħaħ l-iżvilupp artistiku u tekniku fl-istudenti b’tagħlim

qawwi f’dan il-ġeneru ta’ żfin.

TEKNIKA MODERNA:

Dan il-kors jifli stili ewlenin kontemporanji fosthom Limon,

Graham, Cunningham u ġeneri moderni oħrajn. Jeżamina wkoll

stili tekniċi oħrajn li jipprovdu żvilupp ġenerali fl-istudent żeffien.

ŻFIN MODULARI (Spanjol, Tap, Street, Teatru Mużikali, Jazz):

Il-korsijiet modulari jipprovdu taħriġ speċifiku, b’għarfien

artistiku u tekniku wiesa’, f’kull ġeneru msemmi. Kull kors

jinvestiga karatteristiċi bażiċi biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu

għarfien akbar u aħjar f’kull qasam taż-żfin u jifhmuh tajjeb.

TEORIJA:

Dan hu kors li jissuġġerixxi skemi bażiċi u sempliċi kif l-istudenti

jifhmu kull qafas teoriku u relatat fiż-żfin. L-oqsma ewlenin huma

Analiżi fit-Teknika, l-Anatomija tal-Ġisem, Kritika u Evalwazzjoni,

l-Istorja taż-Żfin, u modi tekniċi ta’ Korjografija.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 9: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

PARTI NRU 2: IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL

Il-kriterji li bihom jiġi evalwat l-Applikant u eventwalment magħżul.

Din hi deskrizzjoni ħafifa tas-sistema ta’ għażla fuq 2 stadji, maqsumin fi 3 partijiet.

STADJU

WIEĦED:

1el

2ni

Parti: FORMA t’ARTI:

Parti: INTERVISTA:

minn 90 marka.

minn 10 marki.

STADJU

TNEJN:

3et

Parti: RIŻULTAT AKKADEMIKU:

30% tal-marka globali.

STADJU WIEĦED: 1el PARTI - FORMA T’ARTI:

DRAMA, MUŻIKA, ŻFIN

minn 90 marka.

REFERENZA: evidenza ta’ livelli xierqa maħruġin minn entitajiet rikoxxuti,

liema evidenza tista’ tiġi verifikata mill-Bord tal-Għażla.

AWDIZZJONI: wirja qasira li teżamina l-ħila artistika tal-Applikanti, u li huma jkunu

mitlubin jagħmlu biex juru li jkunu laħqu livell xieraq fil-forma ta’ arti magħżula.

ARTI

PORTAFOLL: ġabra ta’ tpinġijiet, li jkunu xhieda tax-xogħol u l-ħila tal-istudent,

miġburin matul perjodu ta’ żmien taħt il-ħarsien tal-għalliema tal-arti u akkreditati

minnhom bħala Xhud b’dikjarazzjoni iffirmata, liema dikjarazzjoni tista’ tiġi

verifikata mill-Bord tal-Għażla.

PRATICUM: sessjoni ta’ sagħtejn li matulha l-istudenti iridu jipproduċu biċċa xogħol.

MIDJA

INTERVISTA: taħdita qasira mal-Applikanti fejn fiha jridu jagħtu prova ċara li

għandhom interess ġenwin fil-Midja.

STADJU WIEĦED: 2ni PARTI - INTERVISTA: minn 10 marki.

INTERVISTA

KONSULTAZZJONI FORMALI: eżami orali biex jkejjel it-temperament u l-

karatterisitiċi personali tal-Applikanti kif ukoll il-ġibda tagħhom lejn l-arti magħżula.

Din l-intervista tkun fil-preżenza tal-Ġenituri/ Gwardjani Legali.

NOTA: L-EWWEL U T-TIENI PARTI FI STADJU WIEĦED.

o L-Ewwel u t-Tieni Partijiet ta’ Stadju Wieħed jittieħdu flimkien.

o Jingħaddu l-marki taż-żewġ partijiet u toħroġ klassifika proviżorja.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 10: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

o L-aqwa ħamsa u għoxrin (25) Applikant f’kull waħda mill-ħames Forom

t’Arti jidħlu f’lista mqassra għall-aktar kunsiderazzjoni fit-Tieni Stadju.

STADJU TNEJN: 3et PARTI - RIŻULTAT AKKADEMIKU: 30% tal-marka globali.

RIŻULTAT AKKADEMIKU

SETT TA’ LIVELLI: il-klassifikazzjoni li tintuża biex turi l-livelli miksubin fil-Malti,

fl-Ingliż, u fil-Matematika fl-aħħar tas-6 sena.

NOTA: IT-TIELET PARTI FIT-TIENI STADJU

o Il-ħamsa u għoxrin student, f’kull waħda mill-ħames forom t’Arti, li

jispiċċaw fil-lista mqassra tal-klassifika proviżorja wara l-Ewwel Stadju,

issa jerġgħu jiġu mnaqqsa wara it-Tieni Stadju (Benchmark).

o Il-proċess jibda minn fuq (l-ogħla post) u jinżel ‘l isfel skont il-lista.

o Sakemm ikunu ġabu 30% jew aktar fir-rata medja tar-riżultat tal-eżamijiet

(benchmark), l-aħjar għaxar (10) studenti f’kull waħda minn Arti, Żfin,

Drama, u Mużika, u l-aħjar tmin (8) studenti fil-Midja, jidħlu fl-Iskola.

o Sa tliet studenti f’kull Forma t’Arti li jkun imiss fil-lista proviżorja

jinżammu bħala riserva.

PARTI NRU 3: IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI.

Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fl-ARTI VIŻWALI. L-Arti Viżwali teħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-

istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li huma

għandhom il-livell meħtieġ, liema evidenza tiġi mingħand l-għalliema tal-

Arti tagħhom li turi li x-xogħol fil-portafoll ippreżentat ikun inħadem fil-

klassi matul l-aħħar sena skolastika kif jidher fi tmiem dan id-dokument.

Studenti li ma jagħtux din il-Prova ta’ Livell ikunu fi żvantaġġ qawwi.

REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.

PORTAFOLL: L-istudenti jippreżentaw portafoll b’għaxar (10) biċċiet xogħol, b’varjetà

ta’ materjali, teknika u suġġetti tal-għażla tagħhom. Dawn jistgħu jkunu taħlita ta’ 2D u

3D. Jeħtieġu jfissru b’ħila huma għaliex ħolqu xi waħda mix-xogħlijiet fil-portafoll u l-

proċess kif għamluha.

Page 11: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

L-għaxar biċċiet xogħol iridu jkunu sponsorjati mill-għalliema tal-Arti tagħhom fl-iskola bl-informazzjoni kollha mogħtija hawn taħt bħala prova li hu xogħol ġenwin maħdum mill-istudenti. Dawk ix-xogħlijiet li juru kwalunkwe tip ta’ intervent minn ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati. Barra minn hekk, kopji ta’ xogħlijiet artistiċi jew stampi (mill-Internet jew referenzi oħra) u xogħlijiet li fihom influwenza qawwija minn dawk ta’ ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati.

SESSJONI PRATTIKA: L-istudenti jpinġu, jiżbgħu jew jiskolpixxu xi ħaġa tal-għażla

tagħhom, f’sessjoni ta’ sagħtejn, billi jużaw materjali tal-għażla tagħhom ukoll.

Numru ta’ punti (temi u / jew oġġetti) jingħataw lill-istudenti li minnhom wieħed jista’ jipproduċi xogħol 2D jew 3D .

L-għalliema li jmexxu s-sessjoni jassiguraw li l-istudenti ma jikkuppjawx minn stampi li huma jġibu magħhom bħala riżorsi jew studju preliminari jew xi xogħol preparatorju.

L-istudenti jridu jġibu magħhom il-materjal neċessarju bħal: karti, karti għall-collage, imqass, kolla, żebgħa, lapsijiet eċċ.. jew materjal ieħor biex joħolqu xogħol 3D.

Jekk ikum hemm il-bżonn, jiġu provduti xi easels.

L-istudenti jistgħu jipproduċu aktar minn xogħol wieħed. Kull xogħol preparatorju għandu jinġabar flimkien max-xogħol finali u lest.

Billi jħaddmu l-immaġinazzjoni, il-ħsieb, u l-viżjoni kreattiva tagħhom, huma jibdew

minn sketch u jaslu għax-xogħol finali. Is-sessjoni tkun mħarsa tajjeb

u l-proċedura wżata tkun osservata b’reqqa. Kriterji: (25 marka kull

waħda: Total-100 marka)

Preżentazzjoni ta’ Portafoll: il-ħila li jitkellmu dwar xogħolhom.

Kontenut tal-Portafoll: varjetà ta’ materjali, teknika u suġġetti.

L-Użu ta’ Materjali u t-Teknika: ħiliet tekniċi.

Page 12: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fid-DRAMA .

L- istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu

evidenza li huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn

istituzzjonijiet rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il-Prova

ta’ Livell ikunu fi żvantaġġ qawwi.

REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. SESSJONI PRATTIKA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. L-istudenti jirreċtaw, bl-istil tagħhom, silta bil-Malti li jagħżlu minn erba’ siltiet li

jidhru fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. (L-Applikanti li huma interessati li

jagħżlu verżjoni bl-Ingliż ta’ dawn is-siltiet jistgħu jsibuhom fil-versjoni bl-Ingliż ta’ dan id-

dokument fuq il-websajt tal-Edukazzjoni).

Jirrepetu l-istess silta taħt direzzjoni speċifika mill-membri tal-Bord tal-Għażla.

l-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f-diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi. Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bor tal-Għażla, f’erba’ burdai differenti.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 13: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

L-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f’diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi.

Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bord tal-Għażla, f’erba’ burdati differenti.

Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MIDJA.

Il-Midja ma titlobx Prova ta’ Livell imma teħtieġ individwi b’ħiliet u

kompetenzi differenti. Kittieba, disinjaturi ta’ kostumi u dawk grafiċi,

animaturi, nies fuq il-kameras, fotografi, artisti li jħażżu sensiela ta’ skizzi

(sketches) li juri l-bdil fix-xeni ta’ film jew programm televiżiv, u diretturi,

kollha għandhom bżonn ta’ ħiliet differenti, imma kollha huma wkoll

intervista importanti fid-dinja vasta tal-Midja.

INTERVISTA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. Il-membri tal-Bord tal-Għażla jfittxu interess ġenwin fil-Midja, jaraw jekk l-applikanti

jafux kif taħdem, u kif tinħoloq, kif ukoll jaraw jekk għandhomx għajn għad-dettall fil-

ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MUŻIKA.

Id-Drama teħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-

istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li

huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet

rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell

ikunu fi żvantaġġ qawwi.

REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.

SESSJONI PRATTIKA: L-Istudenti jagħmlu sessjoni prattika li tieħu madwar għoxrin

minuta (taf tkun aktar jew anqas) u li tinkludi:

Daqq ta’ Strument: L-Istudenti jdoqqu tliet (3) biċċiet (ismijiet u titli jingħataw aktar ‘il quddiem). L-Istudent jridu jġibu l-istrument tagħahom.

Sight Reading: L-Istudenti jdoqq biċċa mużika adattata għall-istrument li jġibu magħhom u li ma jkunux raw qabel.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 14: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

Test Orali: matul dan it-test l-istudenti …

Jirrepetu ritmu mogħti għal darbtejn minn membru tal-Bord Għażla.

Ikantaw frażi qasira (melodija) matul firxa ta’ octave.

Joħorġu d-differenzi bejn żewġ frażijiet li jindaqqu minn membru tal-Bord tal-Għażla.

Jisimgħu silta mużikali u jridu jikkumentaw fuq il-kwalitajiet tagħha.

Test fit-Teorija Mużikali.

Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fiż-ŻFIN.

referenza

sessjoni

prattika

Iż-Żfin jeħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-

istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li

huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet

rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell

ikunu fi żvantaġġ qawwi.

Page 15: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.

SESSJONI PRATTIKA: Din is-sessjoni tieħu madwar sagħtejn. Taf tkun aktar jew anqas.

Fi gruppi, l-istudenti jiżfnu sekwenza klassika (ballet) flimkien, għal silta mużikali klassika. Din is-sessjoni tieħu bejn siegħa u kwart u siegħa u nofs.

L-għadd tal-istudenti jiġi mnaqqas, u f’sessjoni oħra, fl-istess jum jew f’data oħra, dawk li jkunu magħżula, jiżfnu għal biċċa mużika oħra, din id-darba f’ġeneru differenti ta’ żfin.

L-istudenti jiġu eżaminati f’dawn l-erba’ oqsma:

Teknika u Ħila Artistrija

Muzikalita’ u Ritmu Kwalità u Koordinament tal-Moviment

PARTI NRU 4: REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA

Dettalji li jispjegaw ir-regolamenti li jmexxu l-proċess tal-Għażla.

1. ELIĠIBBILITÀ (Dritt li Japplika)

o L-Applikazzjoni għal dħul f’The Malta Visual and Performing Arts School hi miftuħa

għall-istudenti kollha tas-Sitt Sena fl-iskejjel al-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’Malta u

Għawdex.

o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali għandhom iqisu, li biex uliedhom ikunu eliġibbli biex

jidħlu f’ The Malta Visual and Performing Arts School jeħtieġ li jkollhom ħila xierqa li

jagħmlu dan u li għandhom ir-reżiljenza meħtieġa għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti.

o Applikanti li m’għandhomx kompetenza xierqa fl-użu tal-lingwa Maltija u ta’ dik Ingliża

filqari, fil-kitba u fil-fehim jistgħu jsibu diffikulta’ fl-istudji tagħhom, u wkoll fl-eżamijiet.

Page 16: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

2. PROĊESS TAL-GĦAŻLA (Sistema ta’ Għażla)

o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali, li japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu

jżommu mal-appuntamenti mogħtija (data u ħin) għall-awdizzjoni u l-intervisti.

o Huma għandhom jifhmu u jaqblu li joqogħdu għal kull deċiżjoni li tittieħed fil-proċess

tal-għażla, mill-Bord tal-Għażla kkonċernat.

o Id-deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Għażla hija finali.

PARTI NRU 5: L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI

L-Att dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta), jirregola kif it-

tagħrif personali miġbur, f’forma elettronika u miktuba, jista’ jintuża. L-iskola hi mitluba

timxi b’mod sew u sħiħ mal-Prinċipji tal-Ħarsien tal-Informazzjoni kif imfassla fl-Att,

skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni u SL 440.09

o Biex tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha, The Malta Visual And Performing Arts School, fi ħdan

il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impiegi, tiġbor, tipproċessa u żżomm fuq il-kotba

tagħha informazzjoni personali, sabiex jiġu osservati l-obbligi legali skont l-Att dwar l-

Edukazzjoni (Kap.327), u dispożizzjonijiet oħra statutorji. Dan tagħmlu b’diskrezzjoni.

o Impjegati f’dan id-Dipartiment, li huma delegati u obbligati li jaqdu l-funzjonijiet ta’ dan

id-Dipartiment, għandhom aċċess għat-tagħrif li l-Ġenituri/Gwardjan Legali jagħtu.

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 17: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

o Xi dettalji mit-tagħrif personali jistgħu jintalbu minn dipartimenti tal-Gvern oħrajn u terzi

persuni, bħal kliniċi, sptarijiet, jew speċjalisti mediċi u jsir użu minnhom jekk applikant

ikollu bżonn trattament mediku. L-awtoritajiet tal-Edukazzjoni jistgħu jagħmlu użu minn

din l-informazzjoni kif awtorizzat mil-liġi.

o Id-dettalji personali tal-Applikant u tal-Ġenituri/Gwardjan Legali huma mandatorji

għall-proċess tal-għażla u jintalbu ladarba applikant japplika biex jattendi f’din l-iskola.

o Mad-dħul tal-Applikanti fl-iskola, id-dettalji tal-Ġenituri/Gwardjan Legali jsiru kruċjali

għal tmexxija tajba tal-Iskola.

o Ir-rekords tal-Applikanti jistgħu jinkludu wkoll ritratti. Meta jinqala’ l-każ issir talba

oħra għall-kunsens mill-Ġenituri/Gwardjan Legali.

o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali huma fl-obbligu li jgħarrfu lill-iskola b’tibdil fid-dettalji tar-

reġistrazzjoni tal-Applikant. L-informazzjoni teħtieġ tinżamm aġġornata.

o Il-persuni li tagħhom jappartjenu d-dettalji, għandhom kull dritt ikunu jafu x’informazzjoni

għandha l-iskola dwarhom, kif ukoll x’tagħmel b’din l-informazzjoni.

PARTI NRU 6: NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI FL-ISKOLA.

The Malta Visual and Performing Arts School, tipproponi taħlita meqjusa ta’ suġġetti

speċjalizzati (il-ħames Forom t’Arti) u oħrajn tradizzjonali kif mitlub mill-Qafas tal-

Kurrikulu Nazzjonali.

Tagħrif dwar il-lezzjonijiet tas-suġġetti tas-Sena 7 (Form One) u Sena 8 (Form Two).

Learning Area

Subject

40 minute lessons

per week

Maltese 4 lessons

Languages English 5 lessons

Foreign Language 3 lessons

Mathematics Maths 5 lessons

Science & Technology

Science 4 lessons

ICT

1 lesson

Health & Physical Education PE 2 lessons

Religious and Ethics Religion/Ethics

2 lessons

Education

Humanities & Education for Geography 1 lesson

Democracy

History 1 lesson

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 18: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

Social Studies 1 lesson

PSCD

1 lesson

Visual and Performing Arts 10 lessons

School-based Choices

Art Dance Drama Media Music

8 lessons/week for each of the

chosen Art Forms. 2 lessons/week

for all other Art Forms on a rotation

basis during the year.

TOTAL 40 LESSONS

Tagħrif dwar il-lezzjonijiet tas-suġġetti mis-Sena 9 sa-Sena 11 (Form Three sa Form Five).

Learning Area

Subject

40 minute lessons

per week

Maltese 4 lessons

Languages English 5 lessons

Foreign Language 3 lessons

Mathematics Maths 5 lessons

Core Science / Physics 4 lessons

Science & Technology

Chemistry / Biology

ICT 1 lesson

Health & Physical Education

PE 2 lessons

PSCD

2 lessons

Religious and Ethics

Religion/Ethics 1 lesson

Humanities

1 lesson

Education Humanities

Education for Democracy Option Subject:

Art Dance Drama Media

8 lessons

Visual & Performing Arts

Music

One Subject from One Block:

School-based Choices

Block A – Art forms 4 lessons

Block B – Sciences

Block C – Technical Subjects

Block D - Humanities

TOTAL 40 LESSONS

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 19: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦRIF MIŻJUD - JEKK JOGĦĠBOK NIŻŻEL IL-PAĠNI SA ISFEL

Dan hu tagħrif għal min jagħżel id-DRAMA, il-MUŻIKA u z-ŻFIN.

Niżżel u pprintja. Imla l-parti skont l-għażla li tagħmel, aqta’ u ibgħatha bil-posta lill-:

Uffiċju tal-Prinċipal, Attenzjoni: Ms Jeanette Debono

Kulleġġ San Tumas More, Contact No: 25986000

Santa Luċija

Triq il-Kaħwiela, Santa Luċija SLC1831

Aqta’ hawn: -------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL ID-DRAMA (Aqra tajjeb u imla.)

REFERENZA:

Skola tad-Drama: Ismijiet u indirizzi ta’ skejjel tad-Drama liċenzjati u akkreditati, dati

u ħin fil-ġimgħa li attendejt, u ibda mill-aktar riċenti.

Isem u l-indirizz tal-iskola tad-Drama Dati meta attendejt Sigħat/ġimgħa

_________________________________________________ ____________ _____________

_________________________________________________ ____________ _____________

_________________________________________________ ____________ _____________

_________________________________________________ ____________ _____________

Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fid-DRAMA minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok

ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt

sehem fihom jgħinu ħafna.

Studju IVA LE L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data

Fi grupp ___ ___ __________________________ _____________________

Fi grupp ___ ___ __________________________ _____________________

Solo ___ ___ __________________________ _____________________

Solo ___ ___ __________________________ _____________________

Musical Theatre ___ ___ __________________________ _____________________

Musical Theatre ___ ___ __________________________ _____________________

Karattru ___ ___ __________________________ _____________________

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 20: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL ID-DRAMA (Għażel silta waħda u studjaha sew.)

Tista’, jekk trid, tagħżel silta bl-Ingliż li ssibha fil-verżjoni tan-Noti Għall-Istudenti u

l-Ġenituri bl-Ingliż.)

SKAR

Qatt ma ħsibt li l-hyenas jistgħu ikunu daqstant utli! Kelli bżonn nikkonvinċihom.

Imma l-kburija tappella għal kulħadd. Għidtilhom biex ikunu lesti jieħdu opportunità

ta’ darba, li jħaddnu ż-żmien ġdid li se jżernaq. Ma fiehmux x’kien mistenni minnhom,

imma kienu lesti jimxu warajja. Sirt l-għalliem u l-kap tagħhom. Kellhom ħeġġa kbira u

elf mistoqsija. Irbaħthom meta semmejtilhom li se jmut ir-Re, u huma kienu se jiktbu u

jitniżżlu fl-Istorja.

URSULA

B’xorti tajba jien kapaċi nagħmel il-maġija. Nużaha biex ngħin lil min hu fil-bżonn, lil

min iħossu waħdu u jgħix ħajja nieqsa minn kollox u mimlija uġigħ. Pereżempju, l-aħħar

darba ltqajt ma’ tfajla tixtieq tirqaq, u ġuvni jfittex tfajla. Bi ftit maġija laqqajthom u

nġibdu lejn xulxin. Veru li ġieli kien hemm każi fejn kelli nkun iebsa ma’ min ma

jħallasx. U forsi ġieli smajt min gerger kontrija wkoll. Imma fil-biċċa l-kbira min jafni

jagħmilni qaddisa!

BELLE

Twelidt f’belt żgħira, kwieta u minsija, mimlija b’karattri komuni. Kuljum, kulħadd

jisbaħ bi tbissima u t-tislima: Bonjour! Kważi kuljum filgħodu mmur sal-ħanut tal-

kotba. Inħobb naqra! Mattriq dejjem niltaqa’ mal-furnar iġorr il-ħobż, xi nies iseksku

fuq laħħar ġrajjiet, il-bidwi ġej bil-ħaxix mill-għelieqi biex ibigħhom, u l-ħajjat jiftaħ il-

ħanut biex jibda l-jum tax-xogħol. Li hemm komuni hu, li kulħadd jitbissem u

jsellem: Bonjour!

ALADDIN

Ħabib, ma nafx tifhimnix. M’għandix ħajja faċli. Biex ngħix irrid niekol, u biex niekol

irrid nisraq. Ħajti ngħixha fuq xifer l-irdum, kważi bil-ponta ta’ sejf imdendla fuqi.

Nisraq, meta nkun filbżonn. L-inkwiet, daqqa nfittxu, daqqa jiġri warajja. Għedewwa

għandi ħafna, ħbieb ħadd ħlief Abu x-xadina. Ħafna jgħiduli li missejt il-qiegħ, oħrajn

jgħajruni ġurdien u ħalliel. Li t-tort jippruvaw jitfgħuh fuq kif rabbewni l-ġenituri ma

tagħmilx sens! Ġenituri m’għandix!

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 21: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL IL-MUŻIKA (Aqra tajjeb u imla.)

REFERENZA:

Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fil-MUŻIKA minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok

ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt

sehem fihom jgħinu ħafna.

IMPORTANTI: L-Istudenti jeħtieġu jkollhom minimu ta’ grad 2

b’distinction kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika u jingħataw prijorita’.

Studenti bi grad aktar baxx jiġu meqjusin ukoll.

Strument studjat L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data

Strument 01 ______________ _______________________ ___________________

Strument 01 ______________ _______________________ ___________________

Strument 02 ______________ _______________________ ___________________

Strument 02 ______________ _______________________ ___________________

Teorija fil-MużikaIVA LE _______________________ ___________________

THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 22: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL IŻ-ŻFIN (Aqra tajjeb u imla.)

REFERENZA:

Skola taż-Żfin: Isem u indirizz tal-iskola li tattendi, għalliema, dati u sigħat ta’ taħriġ fil-

ġimgħa, ibda mill-għalliem/a ta’ issa.

Isem taż-Żfin Għalliem/a u isem l-Iskola taż-Żfin Dati meta attendejt Sigħat/ġimgħa

____________ ________________________________ _______________ ___________

____________ ________________________________ _______________ ___________

____________ ________________________________ _______________ ___________

____________ ________________________________ _______________ ___________

____________ ________________________________ _______________ ___________

____________ ________________________________ _______________ ___________

PORTFOLIO:

Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fiż-ŻFIN minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok

ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt

sehem fihom jgħinu ħafna.

Tip ta’ Żfin IVA LE L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data.

Ballet Klassiku ___ ___ __________________________ _____________________

Kontemporanju ___ ___ __________________________ _____________________

Modern/Jazz___ __________________________________________________

Character ___ ___ __________________________ _____________________

Pointe Work (if yes, how much)

Aqta’ hawn: -------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Ritratti: L-Applikanti għandhom jibgħatu mal-karta t’hawn fuq, ritratti tul sħiħ, (mhux

akbar minn 10cm x 13 cm) tagħhom bi ħwejjeġ tat-taħriġ fil-pożizzjonijiet mitluba:

1) Demi plié fl-ewwel pożizzjoni, dirgħajn in 2nd

2) Tendu devant efface (pożizzjoni miftuħa), dirgħajn in 2nd

3) First arabesque, en l’air (tħares fil-ġenb - facing side)

Il-bniet jeħtieġ li jilbsu leotard mingħajr dublett u x-xagħar jeħtieġ ikun ippreżentat

f’qagħqa (bun) pulita u f’postha.

Is-subien iridu jilbsu leotard jew T-shirt issikkat u tights. Ir-ritratti jistgħu jintbagħtu

bħala print ma’ l-informazzjoni t’hawn fuq bil-posta fl-indirizz mogħti fuq. THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS

Page 23: The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem

TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL L-ARTI VIŻWALI (Aqra tajjeb u segwi.)

Tagħrif li għandu jitniżżel mill-Għalliema ta’ l-Arti Viżwali fuq wara ta’ kull waħda

mill-ħames biċċiet xogħol li jiġu ppreżentati fil-portafoll.

+ THE GUIDE TOWARDS SUCCESS