16
IT-TQADDIS TAL-JUM TAL-ĦADD AĦNA U NFAKKRU L-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET PARROĊĊA MARIJA BAMBINA – NAXXAR 2014

Talb tal Hadd

  • Upload
    zamchar

  • View
    328

  • Download
    5

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Talb tal Hadd

IT-TQADDIS TAL-JUM TAL-ĦADD AĦNA U NFAKKRU L-QAWMIEN

TAL-MULEJ MILL-IMWIET

PARROĊĊA MARIJA BAMBINA – NAXXAR

2014

Page 2: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 2

Rakkomandazzjonijiet kif jingħad dan l-

Uffiċċju meħudin mill-Ordni Ġenerali għal-

Liturġija tas-Sigħat, 1970

1. Il-konsagrazzjoni tal-ħin

“Għalhekk, billi l-iskop tal-Liturġija tas-Sigħat hu t-

tqaddis tal-jum u tal-ħidma kollha tal-bniedem, ikun ta’

siwi kbir, kemm biex il-jum jitqaddes sew, kemm biex

it-talb tas-Sigħat jingħad b’ġid għar-ruħ, jekk it-talb ta’

kull Siegħa jsir kemm jista’ jkun għall-ħabta tal-ħin

tassew tagħha” (nru10).

2. Il-moħħ għandu jaqbel ma’ dak li jgħid il-fomm

“Din it-talba, kull min jieħu sehem fiha għandu

jagħmilha tiegħu ħalli ssirlu għajn ta’ kull xorta ta’

grazzji t’Alla. Għalhekk jeħtieġ li wieħed jgħidha kif

jixraq, bil-ġabra u bil-qalb hekk li l-moħħ ikun tassew

jaqbel ma’ dak li jgħid il-fomm” (nru 19).

3. Iż-żewġ egħkiesi

“It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, bħala talba ta’ filgħodu u l-

Għasar, bħala t-talba ta’ filgħaxija li fit-tradizzjoni

qadima tal-Knisja dejjem inżammu bħala ż-żewġ

egħkiesi tal-Uffiċċju ta’ kuljum, għandhom jitqiesu

bħala s-sigħat ewlenin” (nru 37).

It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (Il-Lawdi)

“It-tifħir ta’ sbiħ il-jum, kif juru l-istess elementi

tiegħu, hu maħsub u mfassal għat-tqaddis tal-ħin ta’

filgħodu. San Basilju l-Kbir jgħidilna hekk: “Hi talba

ta’ sbiħ il-jum biex l-ewwel tqanqil ta’ ruħna u ta’

moħħna jiġi kkonsagrat lil Alla, u ma nibdew ebda

ħsieb ieħor qabel ma nkunu tħennejna bil-ħsieb ta’

Alla”. Barra minn hekk, din is-Siegħa li tingħad hekk

Page 3: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 3

kif ikun qed jinfirex id-dawl ta’ jum ġdid, tfakkarna fil-

qawmien ta’ Sidna Ġesu’, li hu d-dawl tassew li

jdawwal lill-bnedmin kollha, “ix-Xemx tal-ġustizzja”

(Mal 4,2), “ix-Xemx tiegħla” (Lq 1,78). Għalhekk

sewwa wissiena San Ċiprijanu: “Għandna nbakkru u

nitolbu biex bit-talb ta’ filgħodu niċċelebraw il-

qawmien ta’ Sidna mill-imwiet”

It-Talba ta’ Filgħaxija (L-Għasar)

“Il-għasar jingħad filgħaxija, meta l-jum ikun qiegħed

jgħib, biex inroddu ħajr lil Alla għal dak kollu li jkun

tana matul il-jum u għat-tajjeb kollu li nkunu għamilna.

B’din it-talba nfakkru wkoll il-fidwa tagħna billi

nfakkru dak is-sagrifiċċju veru ta’ filgħaxija mogħti

lilna minn Sidna Ġesu’ meta waqt l-ikla mal-appostli,

waqqaf l-Ewkaristija, jew meta l-għada, b’idejh

merfugħa ‘l fuq għas-salvazzjoni tad-dinja kollha offra

ruħu lill-Missier. F’din is-siegħa meta nkunu wasalna

fil-ħin ta’ għib ix-xemx u qegħdin naraw id-dawl tal-

għabex, ngħannu lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-

Santu Alla” (nru 39).

4. It-Talb ta’ Nofs il-Jum

“Skond tradizzjoni qadima ħafna l-insara huma

mdorrija li b’devozzjoni f’xi ħin jew ieħor, jinġabru fit-

talb matul il-ġurnata, ukoll f’nofs ix-xogħol tagħhom,

kif kienet tagħmel il-Knisja fi żmien l-Appostli” (nru

74).

5. It-Talba ta’ Għeluq il-Jum (Il-Kompieta)

“It-talba ta’ għeluq il-jum tingħad l-aħħar waħda fil-

ġurnata, qabel il-mistrieħ tal-lejl, ukoll jekk ikun diġa’

għadda nofs il-lejl” (nru 84).

Page 4: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 4

IT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM (Il-Lawdi)

Il-familja tinġabar f’post adatt fid-dar:

Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen Flimkien nagħmlu l-offerta tal-ġurnata lill-Mulej Ġesu`...

L-Offerta ta’ kuljum

Alla Missier, noffrilek dan il-jum,

bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem, il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi

f’għaqda sħiħa ma’ Ġesu` Ibnek, li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija

għall-ħelsien tad-dinja. Agħmel li l-Ispirtu s-Santu,

li mexxa lil Ġesu` ta’ qalb ħelwa w umli, imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.

Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja, nitolbok b’mod speċjali

skont il-fehmiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar...

Inkomplu t-talb tagħna billi nitolbu flimkien dan l-innu u s-Salm 62:

INNU Meta ħlaqt, Mulej, id-dinja, fridt il-lejl min-nhar, jum wieħed, u qassamt it-tul ta’ ħinhom,

għas-serħan u l-ħidma tagħna.

Page 5: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 5

Għadda l-lejl, jum ieħor sebaħ, b’dawl ix-xemx il-ħajja tifraħ, u mill-qalb ta’ wliedek kollha jitla’ l-innu ta’ foħritek.

Għax illum, Mulej, jum tiegħek, jum ta’ glorja lil qdusitek, jum li fih il-ġemgħa mqaddsa b’heda w sliem tinġabar tqimek.

Int, ħanin, la tqisx il-ħażen li għax dgħajfa lkoll għamilna; iżda ħares biss lejn qalbna, hekk bil-għatx għall-paċi tiegħek.

Kun id-dawl ta’ moħħna u ruħna, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek, żommna sħaħ fl-Ispirtu tiegħek biex inwettqu fina t-tama.

Kun il-faraġ ta’ dawk ħutna li jixtiequ w le ma jistgħu jaqsmu llum fil-ferħ mal-ġemgħa li tinġabar ħienja f’darek.

Lilek, O Missier, u miegħek ’l Ibnek u ’l Ispirtu s-Santu, ġieħ jintradd, tifħir u glorja, kif mill-bidu, issa w dejjem. Amen.

Ant. Minn sbiħ il-jum lilek infittex, O Alla, biex nara l-qawwa tiegħek, hallelujah.

Salm 62 (63): 2-9 Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; * lilek ħerqan infittex.

Page 6: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 6

Ruħi bil-għatx għalik, † għalik imxennaq jiena, * bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, * biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek. Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, * xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; * ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek. Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, * u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa, meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, * u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl. Għax int kont għajnuna għalija, * għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ. Miegħek tingħaqad ruħi, * int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…

Ant. Minn sbiħ il-jum lilek infittex, O Alla, biex nara l-qawwa tiegħek, hallelujah.

LEZZJONI QASIRA Is-salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna li qiegħed fuq it-tron, u lill-Ħaruf. It-tifħir u l-ġlorja, l-għerf, ir-radd ta’ ħajr u l-ġieħ, il-qawwa u s-saħħa lil Alla tagħna, għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.

RESPONSORJU QASIR R. Kristu, Bin Alla l-ħaj, * Ħenn għalina. Kristu. V. Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier.* Ħenn għalina. Glorja. Kristu

Page 7: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 7

PREĊI

Kristu l-Mulej huwa l-jum u x-xemx tagħna li qatt ma tgħib; huwa d-dawl tal-bnedmin kollha. Nerfgħu qalbna lejh bil-ferħ u ngħidulu:

Mulej, inti l-ħajja u s-salvazzjoni tagħna!

O Alla, li ħlaqt id-dawl fil-wisa tas-sema, niżżu ħajr lit-tjieba tiegħek għal din il-ġurnata ġdida li tajtna: - f’dan il-jum tiegħek, Mulej, għinna niċċelebraw kif jixraq il-qawmien tiegħek għall-ħajja.

L-Ispirtu tajjeb tiegħek jgħallimna nagħmlu llum dak li jogħġob lilek: - mexxina fit-triq tal-għerf tiegħek.

Agħmel li niċċelebraw bil-ferħ il-laqgħa mqaddsa tagħna miegħek f’dan il-jum: - iġborna ħenjin madwar il-mejda tal-Kelma u l-Ġisem

tiegħek.

Il-ġid kbir li xxerred fuqna huwa xhieda tat-tjieba bla qies li dejjem turi magħna: - agħmel li l-familji kollha fi gżiritna jroddulek ħajr bla heda. Missierna, eċċ.

TALBA O ALLA, inroddulek ħajr ta’ dan il-jum ġdid li tajtna,

li fih infakkru l-Qawmien tiegħek mill-imwiet, għinna biex, mehdijin bit-talb tagħna lejk, bis-smigħ tal-Kelma tiegħek, bl-Ewkaristija li se jitmagħna Ibnek Ġesu`, kif ukoll

b’għemejjel tajba lejn ħutna, nikbru fil-fidi u l-imħabba tagħna lejk, sabiex inkunu xhieda tiegħek ma’ kull min niltaqgħu miegħu. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna.

Flimkien: IL-MULEJ iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Amen.

Page 8: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 8

IT-TALBA TA’ NOFS IL-JUM

INNU Mexxej qawwi, Alla veru, inti kollox tqassam sewwa: jisbaħ jum, tagħmih id-dija; f’nofsu żżejjnu b’dawl iħeġġeġ.

Iżda itfi l-għadab fina, taffi s-sħana ta’ kull deni; agħti s-saħħa ’l min hu dgħajjef, ġib is-sliem tassew fi qlubna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb, w int, Waħdieni tiegħu u daqsu, li ta’ dejjem hi saltnatkom mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Amen.

Ant. Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu ruħ waħda u qalb waħda.

Salm 132 Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, * li l-aħwa jgħixu flimkien! Bħal żejt mill-aħjar imsawwab fuq ir-ras, * li jinżel mal-leħja ta’ Aron; li jinżel mal-leħja tiegħu, * sa fuq il-għonq ta’ ħwejġu.

Hu bħan-nida tal-Ħermon, * li tinżel fuq il-għoljiet ta’ Sijon; għax hemm il-Mulej jagħti l-barka, * hemm jagħti l-ħajja għal dejjem.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…

Ant. Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu ruħ waħda u qalb waħda.

Page 9: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 9

LEZZJONI QASIRA Rum 8, 15-16

Intom ma rċevejtux l-ispirtu tal-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biża’, imma rċevejtu l-Ispirtu ta’ adozzjoni ta’ wlied Alla, li bih aħna ngħajtu: “Abbà! Missier!” Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.

RESPONSORJU QASIR V. Għandek, Mulej, hemm il-għajn tal-ħajja.

R. Fid-dawl tiegħek naraw id-dawl.

TALBA

O Alla, li minnek ġej kull ġid, fiċ-ċokon tagħna nitolbuk biex fid-dawl tiegħek nintebħu kif għandna nġibu ruħna sewwa, u bil-għajnuna tiegħek ngħixu hekk tabilħaqq. B’Ibnek.

V. Inbierku l-Mulej.

R. Inroddu ħajr lil Alla.

Jekk ikun sar ħin l-ikel, tingħad din it-talba:

Berikna, O, Mulej u bierek dan l-ikel li int qed tagħtina fit- tjieba tiegħek, u għallimna naqsmu ma' ħutna, il-ġid li tipprovdilna. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Wara l-ikel tingħad din it-talba:

Inroddulek ħajr, Mulej, ta’ dan l-ikel li tajtna u għamel

li, imsaħħin fil-ġisem naqduk aħjar b’rieda sħiħa. Ammen.

Page 10: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 10

IT-TALBA TA’ FILGĦAXIJA (L-Għasar)

INNU Riesaq il-lejl, Mulejja, bil-wegħda tal-mistrieħ; ġa beda s-sema jħammar fi nżul ix-xemx sabiħ!

Dalwaqt jixirfu l-kwiekeb fil-għoli tas-smewwiet; dalwaqt il-ħajja torqod, kull ħoss imut fis-skiet.

Inti, li dejjem tgħammar fis-sebħ ta’ jum bla tmiem, fid-dlam tal-lejl ħarisna, xerred fi qlubna s-sliem.

Jagħtuk kull ġieh il-ħlejjaq, Mulej, għax int ħanin, u tridna lkoll madwarek fix-xirka tal-ħenjin. Amen.

Ant. Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej, li għamel is-sema u l-art.

Salm 120 Il-Mulej iħares il-poplu

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet: * mnejn se tiġini l-għajnuna? Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej, * li għamel is-sema w l-art.

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; * ma jongħosx dak li jħarsek. Ara, la jongħos u lanqas jorqod * dak li jħares lil Israel.

Page 11: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 11

Il-Mulej hu dak li jħarsek; * il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek. Ma tolqtokx ix-xemx bin-nhar, * anqas il-qamar bil-lejl.

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; * hu jħarislek ħajtek. Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, * minn issa u għal dejjem.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…

Ant. Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej, li għamel is-sema u l-art.

LEZZJONI QASIRA 2 Tess 2,13-14

Aħna għandna niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom, ħuti maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu

l-ewwel frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu u l-fidi fil- verita`. Għal dan Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju tagħna, biex intom ikollkom sehem fil-glorja ta’ Sidna Ġesu` Kristu.

RESPONSORJU QASIR R. Kbir Sidna l-Mulej, * U ta’ qawwa kbira. Kbir V. Bla tarf il-għerf tiegħu. * U ta’ qawwa kbira. Glorja. Kbir.

PREĊI Infaħħru lil Kristu u nagħtuh ġieħ, għax hu jista’ jsalva għal kollox lil dawk li bih jersqu lejn Alla, ladarba hu dejjem ħaj biex jidħol għalihom. Nitolbuh bil-qawwa ta’ din il-fidi, u ngħidulu:

Mulej, ftakar fil-poplu tiegħek.

Page 12: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 12

Xemx tal-ġustizzja, fit-tmiem ta’ dan il-jum insejħu l-isem qaddis tiegħek fuq il-bnedmin kollha: - xerred fuq kulħadd il-ġid tad-dawl tiegħek li qatt . ma jgħib.

Ħares il-patt li għamilt magħna b’demmek il-għażiż: - qaddes il-Knisja tiegħek u żommha bla tebgħa.

Mulej, aħna l-ġemgħa tiegħek: - ftakar fina li nġbarna fil-post fejn int tgħammar.

Mexxi fit-triq tas-sliem u r-riżq lil min jinsab fil-vjaġġ: - wasslu ferħan u b’wiċċ il-ġid fil-post mixtieq.

Ħu fi ħsiebek lil ħutna l-mejtin: - agħtihom il-maħfra tiegħek u l-glorja ta’ dejjem.

Missierna, eċċ.

TALBA O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, kattar fina l-fidi, it-tama u l-imħabba, u agħmel li nħobbu l-kmandamenti tiegħek biex ikun jitħoqqilna dak li wegħedtna. B’Ibnek.

Flimkien:

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Amen.

Page 13: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 13

IT-TALBA TA’ EGĦLUQ IL-JUM (Il-Kompieta)

ATT PENITENZJALI Issir l-istedina għall-penitenza Ħuti, ejjew nagħrfu ħtijietna.

Ftit tas-skiet

Ħenn għalina, Mulej: R: Għax dnibna kontra tiegħek.

Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, R: U s-salvazzjoni tiegħek agħtina

Tingħata l-assoluzzjoni Iħenn għalina Alla li jista’ kollox, jaħfrilna dnubitna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

Amen

INNU Wara dan il-jum li tajtna, nitolbuk, ħallieq ta’ kollox, biex fit-tjieba kbira tiegħek tgħasses fuqna w tieqaf magħna.

Fik u bik jistrieħu qlubna, jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek, sabiex għada minn filgħodu jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

Bierek jiemna b’saħħa tajba, żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna, u bid-dija tiegħek dawwal dan il-lejl li riesaq fuqna.

Page 14: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 14

Isma’ talbna, Missier twajjeb, w int, Waħdieni tiegħu u daqsu, li ta’ dejjem hi saltnatkom mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Amen.

Ant. Bierku l-Mulej fil-ljieli

Salm 133 Il-talb ta filgħaxija fit-tempju

Ejjew bierku l-Mulej, qaddejja kollha tal-Mulej *

intom li toqogħdu f’dar il-Mulej. Erfgħu jdejkom lejn it-tempju, *

U bierku l-Mulej fil-ljieli. Ibierkek il-Mulej minn Sijon, *

Hu li jagħmel is-sema u l-art!

Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…

Ant. Bierku l-Mulej fil-ljieli

LEZZJONI QASIRA Dewt 6,4-7

Isma’, Israel: Wieħed hu l-Mulej, il-Mulej Alla tagħna. Ħobb, mela lill-Mulej Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’saħħtek

kollha. Żomm f’qalbek dawn it-twissijiet, li jiena qiegħed nagħtik illum; għallimhom lil uliedek u kellimhom fuqhom, sew meta tkun f’darek, sew meta timxi barra t-triq, sew meta tkun se timtedd, u sew meta tqum.

RESPONSORJU QASIR Salm 133 R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk. V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

Page 15: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 15

KANTIKU EVANĠELIKU TA’ XMUN Lq 2,29-32

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem (Ż.Għ. hallelujah).

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Israel

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek * imur fis-sliem, skond kelmtek, għaliex għajnejja raw * is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt * għall-popli kollha: dawl biex idawwal lill-ġnus, * u glorja tal-poplu tiegħek Israel.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem (Ż.Għ. hallelujah).

TALBA

Ejja żurna, Mulej, f’dan il-lejl li ġej fuqna, biex għada mas-sebħ inqumu bil-qawwa tiegħek, u nifirħu bil-qawmien ta’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Flimkien:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. Amen.

(Nagħmlu l-aħħar talba lil Ommna Marija. Ara pġ.16)

Page 16: Talb tal Hadd

It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd

Pa[na 16

Insellmu flimkien lil Ommna Marija:

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej, int bieb illi jagħti għas-sema, int kewkba tal-baħar, Marija! Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna, għajnuna tal-poplu l-maħtur, li b’għaġeb nissilt ’il min ħalqek fis-siegħa li lqajt it-tislima li tak Gabrijel, u bqajt xebba, kif qabel, hekk wara t-tnissil. Ħenn, Omm, għal uliedek midinba. .

WERREJ

1. It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (Il-Lawdi) pġ. 3

2. It-Talba ta’ Nofs il-Jum pġ. 7

3. It-Talba ta’ Filgħaxija (L-Għasar) pġ. 9

4. It-Talba ta’ Egħluq il-Jum (Il-Kompieta) pġ. 12

Stampa fil-faċċata: Il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet minn Gerard Seghers ca.1620 fil-Mużew ta’ Louvre, Pariġi.