85

Sports - National Youth Parliament 2013

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 2: Sports - National Youth Parliament 2013

Bħala Partit Sport – Żgħażagħ iktar attivi, fassalna din ir-reżoluzzjoni sabiex tkun ta’ għajnuna u spunt għall-pajjiż. Is-suġġerimenti li għamilna huma

ir-reżoluzzjoni nixtiequ inqajmu diskussjoni fuq aspetti li kapaċi jaffetwaw lilna lkoll

Page 3: Sports - National Youth Parliament 2013

Preambolu ..................................................................................................................................................................................... 4

X’Nemmnu ..................................................................................................................................................................................... 5

Turiżmu Sportiv .............................................................................................................................................................................. 6

Direzzjoni Innovattiva................................................................................................................................................................... 12

Sport f’Ambjent Skolastiku ........................................................................................................................................................... 18

Skola Nazzjonali tal-Isport ............................................................................................................................................................ 24

Sports Għall-Kullħadd ................................................................................................................................................................... 30

Parteċipazzjoni Femminili ............................................................................................................................................................. 35

Nattakaw L-Obeżita`..................................................................................................................................................................... 41

Bżonn ta’ Spinta ........................................................................................................................................................................... 46

Rugby ........................................................................................................................................................................................... 52

Waterpolo u Ghawm .................................................................................................................................................................... 63

Motorsports ................................................................................................................................................................................. 73

Għawdex ...................................................................................................................................................................................... 82

Indiċi

Page 4: Sports - National Youth Parliament 2013

Kulħadd jaf illi l-ħajja ta’ llum hija waħda mgħaġġla u impenjattiva, madankollu huma ħafna li jaraw l-isport u l-attivita’ fiżika bħala parti essenzjali mir-rutina tagħhom. Minkejja dan l-għarfien, in-numru ta’ żgħażagħ illi qed jagħmlu xi tip ta’ attivita fiżika dejjem qiegħed jonqos tant li llum il-ġurnata Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ obeżita (Sors. WHO Report 2013). Għaldaqstant hawn ħtieġa kbira illi ż-żgħażagħ tagħna jkunu iktar attivi, għax apparti l-fatt illi l-isport jgħin persuna tikber mill-aspett ta’ karattru, l-isport huwa ta’ importanza għas-saħħa tagħna. Illum il-ġurnata l-isport jista’ jkun ukoll mezz ieħor li jgħin fit-tkabbir ekonomiku. Dan l-aspett tal-isport ħuwa relattivament ġdid għal pajjiżna iżda wieħed jista’ josserva riżultati pożittivi barra minn xtutna fejn l-isport huwa mezz tajjeb ta’ kif tiġġenera l-flus. Għaldaqstant nemmnu illi pajjiżna għandu jibda jara l-isport minn din il-lenti wkoll għax hawn potenzjal kbir fil-qasam. Il-gvern preżenti, permezz tas-segretarju parlamentari għar-riċerka, innovazzjoni, żgħażagħ u sport, l-Onor. Stefan Buontempo, qiegħed iniedi il-kunċett ta’ “ino-sport” sabiex l-entitajiet sportivi jkunu jistgħu jikbru minn dan l-aspett. Wieħed mill-oqsma importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżjna huwa t-turiżmu. L-isport jista’ jkun mezz ieħor kif inkabbru dan il-qasam u huma ftit li raw dan l-aspett fl-isport. Dan jista’ jkun ta’ kontribut għal tkabbir ekonomiku kif ukoll opportunita’ għall-atleti u l-isportivi tagħna li jikkompetu ma’ dawk barranin. Madankollu, sabiex dawn l-opportunitajiet nieħdu il-frott minnhom, irridu naraw qabża fil-professjonalita’ tal-atleti tagħna kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ faċilitajiet sportivi. Din ir-reżoluzzjoni preżentata ħa tkun qeda toffri proposti li kapaċi jwasslu għal titjib f’dawn l-oqsma tal-isport.

Preambolu

Page 5: Sports - National Youth Parliament 2013

Sabiex inkunu nistgħu niffurmaw dawn il-proposti, bħala partit żammejna mal-linji gwida ibbażati fuq it-twemmin tagħna dwar l-isport. Bħala partit nemmnu illi;

1) Kull żgħażugħ għandu jagħmel minn tal-inqas sagħtejn attivita’ fiżika fil-ġimgħa. 2) L-isport ikun parti integrali mis-sistema edukattiva tagħna. 3) Il-poplu għandu jibda jkollu kultura sportiva fejn l-isport isir parti mir-rutina tal-persuna. 4) L-isport jista’ jkun mezz li jkollu l-kontribut tiegħu fl-ekonomija tagħna 5) L-isport huwa mod ieħor ta’ kif nistgħu ntejbu l-industrija tat-turiżmu tagħna 6) Kull sport għandu jingħata l-importanza tiegħu u ma nistgħux nispeċifikaw fuq sports wieħed

biss.

X’Nemmnu

Page 6: Sports - National Youth Parliament 2013

Turiżmu Sportiv

Page 7: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 8: Sports - National Youth Parliament 2013

1 Turiżmu Sportiv

It-turiżmu huwa importanti ferm għal pajjiżna. Huwa wieħed mill-ikbar setturi li jrendi għall-ekonomija ta’ pajjiżna. B’hekk permezz ta’ politika għaqlija favur turiżmu sportiv, wieħed ikun qiegħed jgħaqqad l-importanza tat-turiżmu għal gżejjer Maltin ma’ dak tal-isport. Permezz ta’ politika aktar ibbażata fuq dan l-aspett tat-turiżmu inkunu wkoll qed noħolqu l-opportunitajiet sabiex it-talent lokali dejjem ikompli jikber u jirnexxi. Din tkun qed toffri wkoll it-tarġa meħtieġa sabiex it-talent lokali jagħmel il-qabża għal-livelli internazzjonali li hi ix-xewqa ta’ kull sportiv.

Page 9: Sports - National Youth Parliament 2013

1.1 Joħorġu skemi ssusidjati mill-gvern, li jiġbru lukandi, titjiriet bl-ajruplan kif ukoll affarjiet meħtieġa oħra li jinġabru f'pakkett wieħed irħis għal nurseries ta' sport varjati. Dawn l-iskemi jiġu offruti permezz ta' “targeted marketing” lejn pajjiżi Nordiċi biex jiġu jitħarrġu f'Malta fix-xitwa. Ix-Xitwa relattivament kalma ta’ Malta tipprovdi ambjent perfett biex jitħarrġu dawn l-atleti. Persentaġġ mill-profitti jmorru biex jiġu żviluppati il-faċilitajiet sportivi.

1.2 Tittella edizzjoni annwali ta 'Malta Sports Week' fejn issir ġimgħa sportiva li tinkludi diversi tipi ta' sport speċjalment fl-att tal-beach sports. Din il-ġimgħa tittella bi ftehim ma’ pajjiżi barranin fejn jiġu mistednin l-atleti barranin biex jikkompetu mat-talent lokali.

Page 10: Sports - National Youth Parliament 2013

1.3 Isir ftehim ma' pajjiżi barranin li huma inqas magħrufin fl-isport, fosthom pajjżi barra mill-Unjoni

Ewropea biex flimkien nagħmlu investiment fl-isport. Dan l-investiment ikun jinkludi riċerka għall-isport kif ukoll biex jiġu mħeġġa aktar żgħażagħ biex jidħlu fl-isport.

Dan il-ftehim ikun jinkludi wkoll “exchanges” regolari bejn pajjiż u ieħor ħalli atleta jkollu ċans jipprattika u jieħu vantaġġ ta’ kulturi u tagħlim differenti filwaqt li jkompli jżid l-opportunitajiet fuq il-linja tal-isport.

1.4 Jinbena grawnd full size tar-rugby li jiġi offrut bħala pakkett lil pajjiżi barranin tajbin fir-rugby biex jiġu

jittrenjaw għal ftit żmien f’Malta. Timijiet Maltin jagħmlu żmien barra minn Malta f’dawn il pajjiżi biex jitgħallmu minn esperti barranin kif ukoll jilagħbu kontra dawn l-istess pajjiżi.

1.5 Issir riċerka fuq kif jista’ jiġi mtejjeb l-isport relatat mal-baħar f'Malta, bħal scuba diving, li jiġbed ħafna

turisti.

Page 11: Sports - National Youth Parliament 2013

1.6 Issir iktar emfażi fuq il-promozzjoni ta’ pajjiżna lil assoċjazzjonijiet sportivi speċifiċi, li fil-lok tagħhom

ikun jista’ jiġi offrut pakkett komplut ta’ training camp f’Malta, bl-użu ta’ low cost airlines li jivvjaġġjaw lejn ajruporti fil-qrib tagħhom, u b’hekk il-prezz jinżamm baxx kemm jista’ jkun.

1.7 Il-gvern joffri l-possibilita’ permezz ta’ skema fformulata b’din l-intenzjoni, li l-faċilitajiet sportivi fl-

iskejjel pubbliċi jiġu mikrija lil min jagħmel dawn il-pakketti kompluti ta’ training camps f’Malta bi prezz ridott.

1.8 Permezz ta’ skema rregolata min-naħa tal-gvern, rappreżentanti ta’ lukandi u ta’ assoċjazzjonijiet

sportivi Maltin, li jmorru barra l-pajjiż biex jippromwovu lil pajjiżna, jiġu parzjalment issussidjati mill-fondi allokati mill-gvern għat-turiżmu ta’ pajjiżna. Dan għandu jsir fuq bażi ta’ return rate.

1.9 Nemmnu li għandu jkollna villaġġ sportiv li fih ikun hemm spazju biex jigu prattikati diversi dixxiplini

sportivi. Fil-villagg sportiv nemmnu li għandu ikun hemm skola sabiex l-iskola nazzjonali tal-isport timxi f’dan il-villagg imsemmi.

Page 12: Sports - National Youth Parliament 2013

http://1.bp.blogspot.com/-r5nBPT7ShE4/UVfTMtf8dlI/AAAAAAAAFeo/E4VqcSJiZ4/s640/Bourbon.jpgDi

rezzjoni Innovattiva

Page 13: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 14: Sports - National Youth Parliament 2013

2 Direzzjoni Innovattiva L-organizzazjonijiet sportivi jistgħu jilħqu livell iktar għoli ta’ sostennibilita’ finanzjarja. Dan jista’ jsir jekk l-għaqdiet ikunu dejjem iktar innovattivi u jħarsu lejn modi ġodda ta’ tmexxija u amministrazzjoni finanzjarja Hemm bżonn li nibdew naraw il-potenzjal tal-isport bħala ass finanzjarju sabiex ikollna organizzazzjonijiet dejjem iktar sostenibbli u b’saħħithom. Ir-riċerka u innovazzjoni mhumiex biss applikabbli fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku imma wkoll f’livell sportiv Għaldaqstant nemmnu li għandu jkun hawn strateġija fuq livell nazzjonali fejn naraw titjib fuq dan l-aspett tal-isports li għall-pajjiżna hu pjuttost ġdid.

Page 15: Sports - National Youth Parliament 2013

2.1 L-għaqdiet sportivi jkollhom amministratur tal-finanzi. Din il-persuna tkun inkarigata milli tieħu ħsieb illi

il-finanzi tal-organizzazzjoni jkunu qed jiġu allokati bl-aħjar mod possibli sabiex l-għaqda dejjem tkompli tikber u tkun iktar b’saħħitha.

2.2 Kull organizzazzjoni tkun trid tippubblika budget għas-sena sabiex ikun hemm pjan ċar u strutturat ta’ fejn ser tasal fiż-żmien qarib. L-amministratur finanzjarju għandu jimxi ma’ dan il-budget imsemmi u jakkonta għal diskrepanzi li seħħu matul is-sena sabiex niżguraw trasperenza f’dak li jkun qed iseħħ.

2.3 Organizzazzjoni għandu jkollha marketing strateġist li jkun fi dmiru li jgħarraf lin-nies bix-xogħol u dak li

toffri l-għaqda. Din il-persuna jrid ikollha targets ċari x’tilħaq. (Eżempju; it-target tal-marketing strateġist huwa li l-membri jiżdiedu b’50 ruħ).

Page 16: Sports - National Youth Parliament 2013

2.4 Assoċjazzonijiet sportivi għandhom jippubblikaw sett ta’ Final Accounts sabiex tkun assigurata

trasparenza fl-użu tal-flus. Il-Final Accounts għandhom jiġu ppreżentati lill-pubbliku bl-istess mod kif jagħmlu Public Limited Liability Companies.

2.5 Id-dipartiment tal-gvern li huwa responsabbli mill-għajnuna finanzjarja jiġbor kopja ta’ final accounts u

jagħti rimbors parzjali ta’ ċerti spejjeż li jaffaċċjaw dawn l-għaqdiet. Madankollu għandu jiġi stabbilit limitu raġonevoli ta’ kemm għaqda tista’ tingħata rimbors ta’ spejjeż fis-sena.

Page 17: Sports - National Youth Parliament 2013

2.6 Organizzazjonijiet sportivi għandhom jaħdmu b’mentalita’ simili ta’ kumpaniji fis-settur privat. Dan iwassal għal organizzazjoni iktar strutturata u b’saħħitha li taħdem id f’id ma’ servizz li dejjem jitjieb. Is-settur privat barra minn Malta rnexxilu f’dan il-qasam u nemmnu li kapaċi niksbu suċċess f’pajjiżna wkoll.

2.7 Għaqdiet sportivi għandhom jimbarkaw fi proġetti ta’ riċerka sabiex ikunu iktar effiċċjenti f’dak li jkunu

qed jagħmlu. Il-gvern għandu jikkumpensa b’għajnuna finanzjarja lil dik l-għaqda li tagħmel avvanzi fir-riċerka sportiva matul is-sena.

Page 18: Sports - National Youth Parliament 2013

Sport f’Ambjent Skolastiku

Page 19: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 20: Sports - National Youth Parliament 2013

3 Sport f’Ambjent Skolastiku

Kulħadd jaf illi l-edukazzjoni hija pilastru ċentrali fil-formazzjoni ta’ persuna. Illum is-sistema edukattiva hija waħda li tpoġġi ħafna pressjoni fuq l-istudenti u ma tħallix wisq spazju għaż-żgħażagħ biex jagħmlu xi tip ta’ attivita fiżika. Bir-raġun huma ħafna li qed jagħtu iktar importanza lill-edukazzjoni iżda dan qiegħed ikun ta’ skapitu lejn l-attivita’ fiżika. Għaldaqstant nemmnu illi din l-istess sistema edukattiva trid tagħti messaġġ illi l-isport għandu jkun parti integrali mir-rutina tagħna. Permezz ta’ sistema edukattiva li taħdem id f’id mal-isport inkunu qedin nikkultivaw kultura sportiva għal ġenerazzjonijiet futuri.

Page 21: Sports - National Youth Parliament 2013

3.1 Jiżdied il-ħin tal-lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji, u jiġi mgħallem b’mod aktar ċar l-

importanza tal-isports fil-ħajja ta’ kuljum.

3.2 Issir iktar promozzjoni fl-iskejjel, simili għal dak li sar mill-KMS Sport Promotion Unit meta saru l-Fairplay in School Awards. L-iskop ta’ din il-promozzjoni hija li nħeġġu iktar żgħażagħ jipprattikaw l-isport.

3.3 Fl-iskola, l-isport irid jibda jingħata l-istess importanza tas-suġġetti l-oħra anka f’livell sekondarju.

3.4 L-isporst day issir iktar minn darba f’sena sabiex l-istudenti minn eta’ żgħira jibdew jirrealizzaw kemm l-isports huwa importanti.

Page 22: Sports - National Youth Parliament 2013

3.5 L-iskejjel għandhom jorganizzaw leagues ta’ sports waqt il-ħinijiet tal-break sabiex l-istudenti jkunu qed

jagħmlu attivita’ fiżika. 3.6 Student universitarju jkun jista’ jagħżel li jipprattika xi sport bħala parti mill-krediti tiegħu. Dan sabiex l-

investimenti li qed isiru fuq faċilitajiet sportivi fl-universita’ ma jkunux saru għalxejn.

3.7 Tiddaħħal bħala liġi l-idea illi persentaġġ fiss mill-flus allokati lejn il-bini ta’ skejjel ġodda jmur ħal

faċilitajiet sportivi fl-istess skola. Nemmnu li il-persentaġġ ideali ikun qrib 25%.

Page 23: Sports - National Youth Parliament 2013

3.7 Kull skola torganizza afterschool sports u kull student huwa obbligat li jipprattika wieħed mill-isports

offruti diment illi ma jagħmilx parti minn għaqda sportiva indipendenti. 3.7.1 Din is-sistema taħdem billi kuljum jiġu offruti sett ta’ dixxiplini sports. 3.7.2 Kull dixxiplina f’ġurnata speċifika tkun riservata għal eta’ partikolari. 3.7.3 Nemmnu li l-aħjar mudell applikabli hija is-sistema li tintuża fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi fuq livell sekondarju fejn l–istudenti huma offruti diversi dixxiplini sportivi. 3.7.4 Il-coaches ikunu nies mibgħuta mill-KMS kif ukoll P.E teachers tal-iskola stess. Din is-sistema tkun suċċess biss jekk l-iskema tara kemm il-KMS kif ukoll l-iskejjel jaħdmu id f’id.

3.8 Il-proġett tas-Systems of Knowledge ikun jinkludi ukoll ammont ta’ sigħat li għandhom jiġu allokati għall-isport. Dan sabiex inħeġġu studenti fuq livell terzjarju jkunu attivi ukoll.

Page 24: Sports - National Youth Parliament 2013

Skola Nazzjonali tal-Isport

Page 25: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 26: Sports - National Youth Parliament 2013

4 Skola Nazzjonali tal-Isport

Bħala partit nemmnu illi sabiex ikollna atleti verament professjonali jeħtieġ illi l-atleti tagħna isegwu l-passi ta’ dawk barranin u jibdew jiddedikaw iktar ħin fuq l-isport li jixtiequ jkomplu il-quddiem bħala l-professjoni tagħhom. Għaldaqstant naqblu mal-inizzjattiva li ħa l-gvern Malti, illi jikreja skola nazzjonali tal-isport fejn kull atleta promettenti fl-iżvilupp sportiv ikollu l-opportunita’ li jitħarreġ fl-isport u tiġi offruta edukazzjoni akkademika fl-istess ħin. Madankollu, bħala partit naħsbu illi hemm xi nuqqasijiet f’din l-iskola kif ukoll f’metodi sempliċi imma effettivi ta’ kif nistgħu intejbu l-livell tal-iskola.

Page 27: Sports - National Youth Parliament 2013

4.1 Il-lezzjonijiet tal-isport ewlieni jiżdiedu minn 8 għal 10 biex l-istudent ikollu iktar ċans biex jitħarreġ l-

isport tiegħu. Dan ikun possibli billi jew jitnaqqas il-ħin tal-lezzjonijiet tal-għawm, atletika u ġinnastika għal 45 minuta jew jiġi studjat tistax titnaqqas lezzjoni minn xi suġġett akkademiku.

4.2 L-iskola nazzjonali tal-isport titmexxa mill-iskola San Benedittu ġewwa villaġġ apposta għall-isport. Dan

għaliex inħossu l-ħtieġa li l-istudent ikollu aktar ċans jiżviluppa t-talent sportiv tiegħu fi skola mibnija apposta għal dan il-għan aktar milli skola addattata għal dan il-proġett.

Page 28: Sports - National Youth Parliament 2013

4.3 Għandu jkun hemm għalliema u kowċis speċjalizzati magħżula mill-assoċjazzjonijiet sportivi. Dawn il-kowċis għandhom jaħdmu full time mal-iskola nazzjonali tal-isport. Dan għandu jsir biex jiġi żgurat li jkun hemm aktar attenzjoni individwali fuq l-istudenti tal-iskola nazzjonali tal-isport u l-għalliem ma jiġix imtellef minn impenji oħra li jista jkollu. Dan ifisser li għandha tinħoloq partnership bejn il-kowċ tal-iskola nazzjonali tal-isport u il-kowċ ta’ wara il-ħin tal-iskola. Dan jiżgura ideat differenti li pero’ jkollhom għan wieħed.

4.4 Jkun hemm rekwiżiti ċari sabiex wieħed jew waħda tkun student/a tal-iskola nazzjonali tal-isport. Dan

billi wara diskussjonijiet mal-assoċjazzjoniet rispettivi tinħareġ kwota ta’ kemm studenti jistgħu jidħlu u jkun hemm rekwiżiti ċari biex il-proċess ikun rigoruż u trasparenti kemm jista jkun. Dan jiżgura li jidħlu l-istudenti li verament ħaqqhom jidħlu.

Page 29: Sports - National Youth Parliament 2013

4.5 Il-proċess imsemmi f’proposta 4.4, jkun immexxi minn esperti barranin li jkunu indipendenti minn assoċjazzjonijiet oħra.

4.6 L-iskola tagħmel partnership agreements ma’ għaqdiet sportivi barranin sabiex darba fis-sena l-

istudenti tal-iskola ikunu jistgħu jmorru jużaw il-faċilitajiet ta’ dawn l-għaqdiet u jkollhom l-opportunita’ li jiġu segwiti minn talent scouts ta’ dawn l-organizzazjonijiet. Dawn il-partnerships għandhom isiru wkoll ma’ organizzazzjonijiet lokali sabiex nisfruttaw l-faċilitajiet li għandna preżenti kemm jista’ jkun.

Page 30: Sports - National Youth Parliament 2013

Sports Għall-Kullħadd

Page 31: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 32: Sports - National Youth Parliament 2013

5 Sports għal kulħadd

L-isport għandu ħafna benefiċji u opportunitajiet, għalhekk nies b'inqas opportunitajiet m'għandhomx ikunu esklużi. Għalhekk nemmnu li għandna noffru opportunitajiet fl-iskejjel u fuq livell professjonali għal dawn in-nies biex ikunu jistgħu jipprattikaw l-isports huma wkoll. Is-sitwazzjoni preżenti ma tantx tagħti lok għal nies b’diżabilita’ biex jippratikaw l-isports li jixtiequ, tant li nies bi bżonnijiet speċjali jkollhom joqgħodu lura.

Għal dan il-għan niproponu li:

Page 33: Sports - National Youth Parliament 2013

5.1 F-iskejjel ikun hemm aktar faċilitajiet għal nies b'diżabilita' għall-attivita' fiżika bħal nets tal-basketball

magħmulin apposta għal nies li jużaw is-siġġiejiet tar-rota. 5.2 Il-gvern joffri sussidji biex xi nies bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jerġgħu jipprattikaw l-isport,

b’mezzi bħal saqajn artifiċjali. 5.3 Fl-iskejjel għandu jkun hemm għalliema speċjali għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali biex b'hekk ikunu

jistgħu jipparteċipaw fil-lezzjonijiet tal-attivita fiżika.

Page 34: Sports - National Youth Parliament 2013

5.4 Fl-iskola nazzjonali tal-isport ikun hemm spazju għal nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu

jkollhom l-istess opportunitajiet. Dan jgħin għal sport parolimpiku

5.6 Ikun hemm aktar kuxjenza dwar il-Paralympics fuq il-media u lin-nies b'disabilita jiġu imħeġġa li jieħdu

sehem.

5.6 Isiru aktar attivitajiet f'xi faċilitajiet lokali fejn jieħdu sehem kemm nies b'disabilita kif ukoll nies tal-lokal.

Page 35: Sports - National Youth Parliament 2013

Parteċipazzjoni Femminili

Page 36: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 37: Sports - National Youth Parliament 2013

6 Parteċipazzjoni Femminili Bħalma sostnejna, nemmnu li l-isport huwa attivita` ta’ kulħadd. Madanakollu ħafna għandhom il-perċezzjoni żbaljata li jemmnu li l-isport huwa xi ħaġa rizervata għas-subien. Din il-mentalita` tagħti daqqa ta’ ħarta lill-kultura sportiva li flimkien qed nippruvaw inrawmu. Għaldaqstant bħala partit ħarisna lejn il-metodi ta’ kif nistgħu intejbu l-kundizzjonijiet tal-atleti femminili preżenti u kif ukoll inħeġġu iktar nisa jkunu attivi permezz tal-isport.

Page 38: Sports - National Youth Parliament 2013

6.1 Il-KMS trid tagħti aktar importanza lil-programm “Girls on the move” fejn tfajliet/ bniet bejn id-disgħa u sittax -il sena jingħataw opportunita` li jipprattikaw sports varji. Dan għandu jiġi ppratikat f'ambjent li jilqa’ lil dawn it-tfajliet u jiġbidhom lejn dan il-programm. B'hekk inkunu qed niżguraw li t-tfajliet jibqgħu b'saħħithom hekk kif hawn inqas opportunitajiet għat-tfajliet biex jipprattikkaw l-isport.

6.2 Titnieda kampanja biex tfajliet il-fuq minn 16 il-sena, li jaqtgħu qalbhom li jmorru jipprattikaw xi sport,

inħeġġuhom biex ma jaqtgħux minn kull attivita` fiżika .

6.3 Jiġi introdott 'women sports foundation', biex iħeġġeġ lin-nisa jieħdu sehem fl-isports, jgħin lin-nisa jilħqu ċertu livell u biex ikun hemm aktar nisa jimxu fil-qasam tal-isports

Page 39: Sports - National Youth Parliament 2013

6.4 Għal Jum il-Mara, fost l-attivitajiet li jkun hemm, isiru kemm promozzjonijiet rigward l-involviment tan-

nisa fl-isports, kif ukoll tagħrif dwar liema tip ta’ sport hemm ħafna nisa diġa’ jipparteċipaw. Din il-kampanja tkun organizzata mill-KMS Promotion Unit u l-ambaxxaturi tagħha jkunu atleti nisa Maltin.

6.5 Peress li tfajliet għandhom tendenza li jkunu inqas attivi fl-isport, speċjalment fi żmien is- sekondarja, nemmnu li għandhom isiru talks mal-għalliema tal-PSD jew tal-PE dwar eżerċizzju u ikel li għandhom jieklu sabiex dejjem ikunu b'saħħithom u jiġġieldu l-mard.

Page 40: Sports - National Youth Parliament 2013

6.6 Għandha toħroġ skema li tgħin lil dawk in-nisa li jiddeċiedu li jidħlu fid-dinja tal-isport fejn jekk tfajla

tagħmel sena tiprattika sport regolarment tingħata inċentiv sabiex tkun mheġġa tkompli tiprattika l-isport.

6.7 Gyms jibdew jagħtu servizz ta’ childcare sabiex l-ommijiet ikunu jistgħu jħallu lit-tfal tagħhom ma carers waqt li huma jkunu jistgħu jagħmlu l-eżerċizzju. B’dan il-mod inkunu qed inkabbru il-kultura sportiva man-nisa

Page 41: Sports - National Youth Parliament 2013

Nattakaw L-Obeżita`

Page 42: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 43: Sports - National Youth Parliament 2013

7 Nattakaw l-Obeżita`

ll-problema tal-obeżita` f'Malta qed tiżdied b'rata mgħaġġla u għalhekk bħala partit nemmnu li hemm bżonn nieħdu pass kontra dan billi jkun hemm aktar parteċipazzjoni fl-isport minn naħa taż-żgħażagħ. L-ikel li jinxtara mill-konsumaturi għandu effett kbir fuq id-dieta tas-soċjeta`. Bħala partit rajna li hemm nuqqas ta’ edukazzjoni minn naħa tal-poplu dwar wieħed x’għandu jikkonsma sabiex jgħix ħajja iktar sana. Barra minn hekk nemmnu li minkejja li ż-żgħażagħ huma mpenjati bl-istudju għandhom ikollhom iċ-ċans li jipprattikaw xi sport.

Page 44: Sports - National Youth Parliament 2013

7.1 Għandha tiġi introdotta taxxa fuq l-ikel li mhux tajjeb għas-saħħa tagħna. It-taxxa għanda taħdem billi l-

ikel jingħata rating ibbażat fuq dak li hu imsejjaħ SSCg3d score. Fejn ikel bnin jingħata rating negattiv u ikel li mhux tajjeb għas-saħħa jingħata rating pożittiv. Ikel li taħt ir-rating isib ruħu fuq skala ta’ 8+ jiġi intaxxat b’15% qabel VAT.

7.2 Jinħoloq fond apposta fejn perċentaġġ sostanzjali mill-flus li jinġabru minn din it-taxxa jmorru fuq sussidju għal prodotti sani.

7.3 Nemmnu li l-istudenti tal-Junior College li għandhom l-istudent card għandu jkollhom aċċess b’xejn għall- Free Active Zone.

Page 45: Sports - National Youth Parliament 2013

7.4 Fil-lezzjoni tal-PSD għandu jkun hemm ħin dedikat fejn l-istudenti jitgħallmu kif jkollhom dieta tajba

billi tintbagħat lecture nutritionist apposta għal dan l-għan. 7.5 Għandhom isiru żjarat regolari ġol-iskejjel sekondarji u primarji fejn jittieħdu kejl tal-piż tat-tfal. Dawk li

jiġu reġistrati bħala overweight u underweight għandhom jiġu offruti nutritionist fejn l-ispejjeż jiġu parzjalment sussidjati mill-gvern.

7.6 Għandha tinżamm statistika dwar l-ammont ta’ piż fiż-żgħażagħ tagħna. Din l-istatistika tgħin sabiex

inkunu nistgħu niproġġettaw l-ispiża futura tal-gvern relatata ma spiżi fuq mard li jiġi b’kawża tal-obeżita`

7.7 Fil-postijiet tax-xogħol għandu jkun hemm spazju adattat għall-attivita` fiżika fil-post tax-xogħol.

Eżempju gym li jkun jista’ jintuża wara l-ħin tax-xogħol

Page 46: Sports - National Youth Parliament 2013

Bżonn ta’ Spinta

Page 47: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 48: Sports - National Youth Parliament 2013

8 Bżonn Ta’ Spinta

Bħala partit nemmnu li ċertu tipi ta’ sports huma inqas familjari mal-Maltin filwaqt li ċerti tipi ta’ sports oħra huma bil-bosta iżjed prattikati u kważi parti mill-kultura Maltija. Għalhekk ħassejna l-bżonn li fir-reżoluzzjoni tagħna ninkludu diversi proposti biex ċerti sports hekk meqjusa inqas popolari, mhux biss isiru iżjed prattikati, iżda jitjieb ukoll il-livell tal-faċilitajiet użati għalihom. Dan kollu jservi biex il-livell tal-isports in ġenerali f’Malta jitjieb u b’hekk ikollna soċjeta` dejjem iktar attiva u professjonali.

Page 49: Sports - National Youth Parliament 2013

8.1 Għandhom jiġu organizzati iktar kompetizzjonijiet sportivi, f’livell skolastiku, ta’ dixxiplini differenti, fuq

bażi regolari sabiex tingħata iktar importanza lil kull tip ta’ sport.

8.2 Is-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel sekondarji għandu jkun iktar varjat. Barra minn hekk irid ikun hemm superviżjoni regolari biex nassiguraw li kull sport verament qed jiġi prattikat.

8.3 Kull skola sekondarja għandha torganizza ‘Sports Day’ varjata sabiex tinkludi kull persuna fiha. 8.3.1 Għandu jkun hemm sports differenti minn kull tip ta’ dixxiplina 8.3.2 Tkun tinkludi ukoll tipi ta’ ‘fun games’ sabiex kull persuna tieħu sehem fl-Isports Day u tiġi mheġġa tagħmel xi tip ta’ attivita’.

Page 50: Sports - National Youth Parliament 2013

8.4 L-iskejjel ġodda għandhom faċilitajiet eċċellenti tal-isports, madankollu skejjel li ilhom mibnija m’għandhomx dawn il-faċilitajiet kollha. Għalhekk nemmnu li dawn l-iskejjel għandhom jiġu mgħammra b’faċilitajiet ġodda jew inkella jsiru ħruġ għall-isports village li giet proposta f’sezzjoni 1 sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw kull tip ta’ sports li jridu huma.

8.5 Għandha ssir kampanja nazzjonali biex jiġu promossi sports differenti. Din il-kampanja għandha ssir f’diversi oqsma fosthom il-media u l-iskejjel. Isiru ‘billboards’ li juru diversi nies involuti sports differenti kif ukoll intervisti regolari fuq it-televiżjoni.

8.6 L-iskejjel għandhom jieħdu l-inizzjattiva li kultant żmien jistiednu nies involuti fi sports varjati biex

jinkoraġġixxuhom biex ikunu aktar attivi u jipprattikaw dixxiplini sportivi differenti.

Page 51: Sports - National Youth Parliament 2013

8.7 Il-media Maltija għandha tagħmel iktar emfasi fuq kull tip ta’ sports 8.7.1 Isiru aktar intervisti ma’ persuni professjonali fuq tipi ta’ sports differenti , fejn ikunu jistgħu jippromwovu u jispjegaw lis-sport fuq x’jikonsisti eżatt. 8.7.2 Gurnalisti aspiranti għandhom jingħataw l-inkarigu li jagħmlu coverage ta’ l-isports mhux daqsekk promettenti f’pajjiżna sabiex dawn id-dixxiplini jkollhom l-ispazju tagħhom ukoll

8.8 L-iskejjel għandhom jkollhom timijiet li jikkompetu mal-iskejjel l-ohra fuq diversi dixxiplini sportivi sabiex ikun hemm iktar awareness ta’ kull sport

Page 52: Sports - National Youth Parliament 2013

Rugby

Page 53: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 54: Sports - National Youth Parliament 2013

9 Rugby

Bħala partit nemmnu li għandu jkun hawn aktar atleti u coaches professjonali li jippratikkaw ir-rugby. Ir-rugby ġewwa pajjiżna kien tas-suċċess mhux biss lokali iżda wkoll internazzjonalment u naraw li sar progress kbir il-quddiem f’dan l-isport anke fil-parteċipazzjoni femminili. Aħna bħala partit xorta nemmnu li għad fadal nuqqasijiet f’dan l-isport li qiegħed iħallih lura milli jġib ir-riżultati li jixraqlu b’hekk b’ċertu tibdiliet nkunu nistgħu intellgħu livell aktar għoli fuq livell nazzjonali.

Page 55: Sports - National Youth Parliament 2013

9.1 Coaches preżenti tar-rugby għandhom jieħdu kors sabiex ikunu jistgħu jgħallmu l-isport iktar

professjonalment. Dan għandu jsir billi l-assoċċazzjoni responsabbli mir-rugby tibgħat lin-nies barra minn Malta jieħdu training professjonali

9.2 Minn-naħa tal-pajjiż għandu jkun infurzat biex ir-rugby ikun wieħed minn diversi sports li jitilgħu jikkompetu fil-logħob olimpiku.

9.3 Isiru tip ta ‘open days’ fejn isiru loghob tar-rugby kif ukoll tingħad xi informazzjoni biex in-nies isiru jafu aħjar fuq ir-rugby.

Page 56: Sports - National Youth Parliament 2013

9.4 Fl-eżami li jsir fil-form 5, il-‘Matsec’ fis-suġġett tal-edukazzjoni fiżika għandu jiżdied ir-Rugby taħt il-

kategorija ta’ ‘Games’ fejn jista’ jintgħażel mill-istudenti għall-eżami fiżiku li hi l-ewwel karta.

9.5 Għandhom isiru iktar grawnds ta’ livell għoli fejn ikun jista’ jintlagħab ir-rugby. Bħalissa hija pjuttost

ċara illi hawn nuqqas kbir ta’ faċilitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-isport għaldaqstant nemmnu li mingħajr faċilitajiet adekwati huma ftit li jitħajru jipprattikaw ir-rugby bħala l-isport ewlieni tagħhom.

9.6. Fuq l-istazzjon nazzjonali (‘TVM’) għandhom jiġu mxandra logħob importanti bħal tan-nazzjonal kontra pajjiżi barranin fuq live streaming.

Page 57: Sports - National Youth Parliament 2013

Football

Page 58: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 59: Sports - National Youth Parliament 2013

10 Football

Bħala partit nemmnu li l-futbol f’pajjiżna jista’ jimxi iktar il-quddiem. Sabiex din issir l-importanza lejn dan l-isport ma jridx jingħata biss lejn il-plejers iżda wkoll fuq klabbs, kowċis u tagħmir ħalli dawn l-atleti jingħataw it-taħriġ neċessarju biex jilħqu livell sodisfaċenti. Il-futbol huwa wieħed mill-iktar sports popolari f’pajjiżna. Għaldaqstant dan iwassal sabiex ikun hawn domanda kbira li dan l-isport ikompli jikber. Għal din ir-raġuni ħriġna b’xi proposti li naħsbu li ser ikunu ta’ ġid biex il-futbol f’pajjiżna jkompli jikber.

Page 60: Sports - National Youth Parliament 2013

10.1 Bħala partit nemmnu illi għandu jingħata iktar importanza lejn il-futbol tan-nisa. 10.1.1 Kull sena l-aħjar 3 tfajliet fil-programm li jagħmlu l-KMS tingħatalhom l-opportunita li jibdew taħriġ ma’ tim iktar bis-serjetà. 10.1.2 Għandha tingħata somma flus mill-MFA għal klabb li jibda tim tan-nisa iżda li ma jxoljix tul l- ewwel żewġ staġuni. Din is-somma flus għandha tintnefaq fuq in-nisa b’hekk irrid jinħareġ rapport fuq xhiex intnefqu dawn il-flus. 10.1.3 L-iskejjel tal-bniet għandhom jippromwovu iktar il-futbol tan-nisa billi dan isir parti mill- kurrikulu tal-isports ġenerali. 10.1.4 Għandu jsir ftehim mall-MFA biex isir taħriġ mill-plejers stess lill-istudenti matul xi lezzjoni tal-PE sabiex iktar bniet jiġu mħeġġa jibdew dan l-isport. 10.1.5 Id-diviżjonijiet tal-futbol tan-nisa għandhom jiġu maqgħuda u jiġi ffurmat kampjonat wieħed.

Page 61: Sports - National Youth Parliament 2013

10.2 Kowċis iktar professjonali 10.2.1 Kowċis għandhom ikollhom ċertifikat mill-MFA turi li huma kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol. Bħalissa għandna problema illi nurseries iħallu coaches mhux kwalifikati 10.2.2 Għandhom jinġibu kelliema minn barra sabiex ikellmu l-kowċis preżenti sabiex il-livell tagħhom jitjieb. Dan jgħin biex il-kowċis ikollhom taħriġ iktar intensiv. 10.2.3 Sezzjonijiet ta’ taħriġ għandhom jiġu ċċekkjati regolarment minn nies professjonali. 10.2.4 Kowċis li m’għandhomx il-kwalifiċi neċessarji m’għandhomx jitħallew jagħmlu t-taħriġ. 10.2.5 Il-kors tal-coaching ma jkunx maqsum fi klassijiet kbar iżda gruppi żgħar sabiex inkunu nistgħu nikkuraw id-dettal għall-kull coach 10.2.6 Il-headcoach ta’ kull nursery irid jippjana sillabu ċar li kull coach għandu jżomm bħala linja gwida tiegħu dedikat għall-kull coach. Dan għandu jkun simili għal ħidma tajba li għamlet in- nursery ta’ Floriana F.C.

Page 62: Sports - National Youth Parliament 2013

10.3 L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA) 10.31 Plejers il-fuq minn 16-il sena għandhom jitħallew jagħmlu t-testijiet mediċi tagħhom fiċ- ċentru tekniku tal-MFA. 10.3.2 Plejers ta’ 15-il sena għandhom jitħallew iġeddu l-kuntratt tagħhom ma’ klabb sa 18-il sena u wara sa 21. 10.3.3 Kull klabb għandu jiġi forma ta’ ‘Public Limited Company’ (plc) sabiex l-ishma jistgħu jiġu mixtrija mill-publiku ġenerali. Dan ukoll jwaqqa’ lil clubs tal-football konformi mal-liġijiet tal-kumpanniji sabiex inkunu qed nassiguraw trasparenza fil-football Malti 1.4 Tagħmir avvanzat 10.4.1 It-tagħmir għandu jiġi ċċekkjat regolarment biex ikun żgur li ma jkunx ta’ periklu għal plejers. 10.4.2 Klabbs għandhom ikollhom tagħmir adegwat biex it-taħriġ li jsir ikun ta’ livell sodisfaċenti. 10.4.3 Għandha tinħareġ skema mill-MFA biex jekk ikun hemm ċertu klabbs li m’għandhomx l- għajnuna finanzjarja li jkollhom it-tagħmir bażiku matul it-taħriġ tiġi offruta għajnuna lilhom.

Page 63: Sports - National Youth Parliament 2013

Waterpolo u Ghawm

Page 64: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 65: Sports - National Youth Parliament 2013

11 Waterpolo u Għawm L-għawm u l-waterpolo f’pajjiżna għadhom qed jiksbu l-popolarita tagħhom u bħala partit nemmnu li huwa mistħoqq. Għalkemm dawn huma meqjusa bħala sports minuri, mir-riċerka li saret ġie nnutat li hawn diversi nies interessati li jibdew dan l-isports b’hekk huwa essenzjali li jiksbu l-għajnuna meħtieġa biex jagħmlu dan. Huwa hawn fejn bħala partit rajna li hemm ħafna iktar x’isir u għalhekk ħriġna b’xi proposti li għandhom jgħinu biex l-għawm u l-waterpolo isiru iktar popolari f’Malta.

Page 66: Sports - National Youth Parliament 2013

11.1 Bħala partit nemmnu li għandu jkun hemm tagħmir aħjar 11.1.1 Għandu jiġi nstallat arloġġ aħjar biex iżomm ħin u punti preċiżi 11.1.2 Għanda tingħata somma flus lil klabbs rispettivi sabiex dawn inaqqsu l-ispiżi tagħhom. Dan għandu jsir bl-ASA bħala l-għaqda illi tieħu ħsieb il-flus distribwiti. 11.1.3 It-tagħmir għandu jiġi ċċekkjat regolarment. 11.1.4 Kull klabb għandu jkollha it-tagħmir neċessarju sabiex jiġi ipprattikat dan l-isport.

11.2 Referis għandhom ikunu iktar kwalifikati 11.2.1 Għandhom jiġu kkreati inċentivi ġodda sabiex iħajru iktar nies jidħlu referìs. 11.2.2 Iktar korsijiet lil referis preżenti ħalli dawn ikomplu jitjiebu. 11.2.3 Referis għandhom jintbagħtu korsijiet barra minn Malta jew vici versa imqar darbtejn tul l-istaġun.

Page 67: Sports - National Youth Parliament 2013

11.3 L-għawm u l-waterpolo għandhom jiġu prattikati fl-iskejjel. 11.3.1 Għandu jsir ftehim bejn l-iskejjel u l-pixxina nazzjonali biex l-istudenti jmorru imqar darba fix-xahar jagħmlu sezzjoni tal-għawm jew waterpolo. 11.3.2 L-għawm u l-waterpolo għandu jifforma parti mill-kurikulu tal-P.E. ġenerali. 11.3.3 Ġo l-iskejjel issiru taħditiet minn kowċis u plejers.

11.4 Nemmnu li għandu jkun hawn iktar ġurnaliżmu fuq dan l-isport. 11.4.1 Ġurnalisti li għadhom jibdew għandhom ikollhom taħt idejhom li jagħmlu segwitu u jiktbu rapport ta’ dawn l-isports. 11.4.2 Għandna tingħata iktar informazzjoni lil pubbliku ġenerali fuq dan l-isports permezz ta’ brochures u billboards.

Page 68: Sports - National Youth Parliament 2013

Atletika

Page 69: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 70: Sports - National Youth Parliament 2013

12 Atletika

Bħala partit aħna nemmnu illi għandna jkollna kwalita` ta’ atleti ta’ livell għoli u professjonali biex ikunu jistgħu jirrappreżentaw lil pajjiżna internazzjonalment u jiksbu unuri u riżultati tajbin. Iżda biex isir dan għandna bżonn intejbu l-faċilitajiet u ngħinu lil atleti sabiex isibuha aktar faċli biex jipprattikkaw l-‘event’ tagħhom.

B’hekk bħala partit nemmnu li b’tibdiliet u billi nkomplu naħdmu fuq dak li diġa’ hemm dejjem nistgħu ntejbu il-livell Malti.

Page 71: Sports - National Youth Parliament 2013

12.1 L-‘equipment’ ġewwa l-Marsa National Athletic Stadium għandu jkun ta’ standard għoli bħal tal-Italja u

l-Ingilterra peress li nuqqas ta’ faċilitajiet tajba ifixklu lil-atleta mili jġibu riżultati tajbin, speċjalment fl-Olimpjadi.

12.2 Għandu jkun hemm aktar ‘equipment’ disponibbli għall-atleti.

12.3 Fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM 2, għandhom jiġu mxandra ftit ‘events’ kemm ‘Track’ kif ukoll ‘Field events’ li jkunu saru dakinhar

Page 72: Sports - National Youth Parliament 2013

12.4 Il-clubs għandhom jirreġistraw mal-KMS. Dan iseħħ sabiex l-atleti tal-clubs ikunu jistgħu jużaw l-

equipment u l-faċilitajiet tal-KMS b’xejn

12.5 Għandu jsir upgrade fil-faċilitajiet tal-Marsa Sports Complex għaliex ħafna huma tal-fehma li din it-track waqgħet lura ħafna bħala kwalita’

12.6 Kull skola għandu jkollha team tal-atletika u tikkompeti fl-Amateur Atletics competitions sabiex inqajmu

l-interess fl-isport.

Page 73: Sports - National Youth Parliament 2013

Motorsports

Page 74: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 75: Sports - National Youth Parliament 2013

13 Motorsports Illum il-ġurnata huma ħafna l-appasjonati tal-Motorsposrts f’pajjiżna u għaldaqstant ħassejna li għandna niddedikaw sezzjoni għal dan l-isport. Madanakollu l-isport huwa wieħed pjuttost ġdid għal pajjiżna għaldaqstant ħassejna li għandna nagħmlu proposti bażiċi li kapaċi jkabbru l-isport bilmod il-mod

Page 76: Sports - National Youth Parliament 2013

13.1 Dan l-isport huwa meqjus bħala sport mhux daqshekk popolari. Għalhekk hemm bżonn li jkollu iktar

parteċipanti. Dan jista’ jseħħ billi jsiru aktar attivitajiet fejn in-nies jiġu mħeġġa biex jitħarrġu u jingħaqdu ma din l-federazzjoni tal-Motorsports.

13.2 F’din id-dixxiplina hawn nuqqas ta’ spazju fejn jitħarreġ. Għalhekk jista’ jsir lok fejn jista’ jiġi mgħallem faċilment. L-idea hi li jinstab post ċentrali ħalli jkun faċilment milħuq minn kulħadd. Dan faċilment jista’ jsir lejn l-inħawi ta’ Ħal-Far jew Ta’Qali. F’dawn il-postijiet hemm diġa’ spazju żgħar fejn jitħarreġ dan l-isport pero’ m’hemmx faċilita` u kumdita` biżżejjed għalhekk jeħtieġ li jsir tibdil u modernizzar l-għodda li tintuża għal dan l-isport.

13.3 Sponosors huma meħtieġa biex inkabbru dan l-isport. Organizzazjonijiet li jagħmlu sponsorships għal motorsports għandhom jingħataw xi tip ta’għajnuna pereżempju assistenza teknika.

Page 77: Sports - National Youth Parliament 2013

Soċjeta’

Page 78: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 79: Sports - National Youth Parliament 2013

14 Soċjeta’ Iktar Attiva Aħna bħala partit nemmnu li sabiex insaħħu l-isport f’pajjiżna l-ewwel għandna nagħtu opportunita’ lil kull individwu biex jiskopri t-talenti tiegħu fl-isport, qabel nintroduċu tagħmir ġdid għan-nies li diġa’ jipprattikawh. Għalhekk biex isir dan, l-għaqdiet sportivi iridu jiffokaw iżjed fuq l-istudenti, fuq nies ta mezza eta’ u fuq nies b’diżabilita’. Nemmnu li, li tagħti opportunita` fl-isport, hija mportanti daqs kemm hija mportanti l-iskola, għax b’hekk kulħadd jiskopri t-talenti tiegħu fl-isport u jasal biex ikompli jipprattikah.

Page 80: Sports - National Youth Parliament 2013

14.1 Isiru aktar outdoor gyms fuq skala iżgħar fil-'playgrounds' tal-irħula sabiex inħeġġu iktar nies jagħmlu attivitajiet sportivi.

14.2 Ikun hawn sistema ta' 'bike lanes' ħafna aktar, gwidata sabiex inħeġġu aktar nies jivvjaġġaw bir-roti. Dawn il-bike lanes għandhom jiffurmaw network strutturata.

14.3 Jiżdiedu l-attivitajiet sportivi li jiġu organizzati minn skejjel primarji fejn il-ġenituri/gwardjani jiġu

mitluba jipparteċipaw m'uliedhom.

Page 81: Sports - National Youth Parliament 2013

14.4 Entitajiet governattivi jiġu mħeġġa jorganizzaw attivitajiet sportivi għall-impjegati tagħhom

14.5 L-anzjani huma dawk in-nies li l-inqas jagħmlu eżerċizzju. Li nagħtu opportunita’ lilhom ukoll biex nintegrawhom fid-dinja tal-isport qatt m’hu tard. Nies li jgħixu fid-djar tal-anzjani ftit li xejn jagħmlu eżerċizzju. Għalhekk il-gvern jista’ jimpjega nies apposta biex kuljum jgħinu l’dawn in-nies jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju. B’hekk inkunu qed ngħinu lil anzjani jgħixu ħajja iżjed b’saħħitha, filwaqt li ntuhom l-opportunita’ li jesperimentaw l-isport.

14.6 Kull persuna għandha tipprattika l-isport. Dan ifisser li persuni bi bżonnijiet speċjali m’għandhom qatt joqgħodu lura milli jipprattikawh. Iżda nsibu li f’ħafna lokalitajiet, “grounds” tal-isports m’humiex aċċessibli għal dawn in-nies, u għalhekk ħa jsibuha diffiċli ferm iżjed biex jitħajru jilgħabu xi sport. Il-kunsilli lokali għandom jiftħu parks apposta għan-nies b’diżabilita’, biex ikunu jistgħu faċilment jipprattikaw l-isport ġor-raħal tagħhom. Permezz t’hekk inkunu qed nagħtu l-opportunita’ lil dawn in-nies biex, bħal ħaddiehor, ikollhom aċċess faċli għal dawn il-parks u ċ-ċans li jipprattikaw l-isport li jkunu jixtiequ.

Page 82: Sports - National Youth Parliament 2013

Għawdex

Page 83: Sports - National Youth Parliament 2013
Page 84: Sports - National Youth Parliament 2013

15.1 Jinħolqu sub-organisations fil-gżira Għawdxija (eż: KMS) biex tkun aktar faċli għaċ-ċittadini

Għawdxin.

15.2 It-tournaments u l-leagues Maltin għandhom jitilgħu lejn il-gżira Għawdxija.

15.3 Fil-bajjiet isiru l-istudji neċessarji għall-formazzjoni ta’ stadiums ġodda, kemm beach u water

sports.

15.4 Jiġi organizzat regolarment it-tagħlim ta’ kull sport għall-persuni ta’ kull eta’ (inkluż il-beach u

water sports).

15.5 Jiġu organizzati Sport fests, kemm fl-iskejjel u kif ukoll fl-irħula Għawdxin biex nippromwovu

aktar l-iSports.

15.6 Isiru l-istudji neċessarji għall-immodernizzar ta’ faċilitajiet sportivi kemm fil-kumpless sportiv

(fir-Rabat) u l-Gozo Stadium.

15.7 Isiru l-istudji neċessarji għall-formazzjoni ta’ “golf course” ġdida.

Page 85: Sports - National Youth Parliament 2013