22
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 5 SKOLA THERESA NUZZO E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2017 IR-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN:tletin minuta Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti Ir-Ri\orsi: 1. It-test li jinqara. 2. Il-karti tal-mistoqsijiet. 3. Riga u lapes. Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi. L-għalliema jgħidu lill-istudenti li: 1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti 2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti 3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti 4. Iwie[bu l-mistoqsijiet. 8minuti 5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li Jistgħu jwie[bu l-mistoqsijiet. 4 minuti 6. Jistgħu jiċċekkjaw it-twe[ibiet kollha u jkunu ċerti li mmarkaw waħda biss. 6 minuti Marka totali 20

SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

  • Upload
    others

  • View
    8

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 5

SKOLA THERESA NUZZO

E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2017

IR-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN:tletin minuta

Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti

Ir-Ri\orsi:

1. It-test li jinqara.

2. Il-karti tal-mistoqsijiet.

3. Riga u lapes.

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi.

L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:

1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti

2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti

3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti

4. Iwie[bu l-mistoqsijiet. 8minuti

5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li

Jistgħu jwie[bu l-mistoqsijiet.

4 minuti

6. Jistgħu jiċċekkjaw it-twe[ibiet kollha u jkunu ċerti li

mmarkaw waħda biss.

6 minuti

Marka totali

20

Page 2: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 5

It-Teżor tal-Pirati

Mark kien iħobb imur għand in-nannu Victor. Hu kien joqgħod ġo dar żgħira ħafna

ħdejn il-baħar. Kull ma kellu kienet kamra kbira isfel li kienet isservi ta’ kollox, u kamra

oħra fuqha u taraġ tal-injam biex jitla’ fuq il-bejt.

In-nannu Victor kien dejjem jirrakkonta li meta kien għadu tifel kien għereq xini mimli

affarijiet prezzjużi, u fosthom kien hemm it-teżor tal-pirati li kien serqu minn fuq

bastiment ieħor. Mark kien iħobb jisimgħu jirrakkonta, u l-istorja tat-teżor kienet il-

preferita tiegħu.

Darba waħda Mark raqad għand in-nannu Victor. Hu raqad fuq is-sufan għax in-nannu

Victor ma kellux sodda żejda. Bil-lejl bdiet nieżla x-xita u f’daqqa waħda qamet

maltempata kbira. Sa filgħodu kien għadda kollox. “Nann,” qallu Mark, “ejja mmorru

passiġġata fuq ir-ramel forsi bil-maltemp tela’ xi ħaġa mit-teżor tal-pirati. In-nannu

tbissem u qallu, “Nistgħu mmorru Mark, imma f’dawn is-snin għamlu ħafna maltempati

oħra u qatt ma tela’ xejn.”

Wara li kielu bicca ħobż u xorbu kikkra tè huma marru jimxu fuq ir-ramel. Kien hemm

ħafna bi``iet ta’ injam u fliexken li jkunu rmew in-nies fil-baħar, imma ma kien hemm

ebda ħjiel ta’ xi teżor. Mark kien diġà ddiżappunta ruħu meta fil-baħar lemaħ xi ħaġa

sewda.

“Dik x‟inhi nann?” staqsieh eċitat Mark. “X‟inti tara Mark għax jien m’jien nara xejn!”

wieġbu n-nannu. Mingħajr ma’ qagħad jispjegalu x’ra u fejn ra, Mark neża l-qalziet u

niżel fil-baħar. In-nannu mar jiġri warajh u xxarrab għasra. “Mark fejn sejjer?” staqsieh

in-nannu.

“Ejja nann,” qallu Mark filwaqt li waqaf ħdejn kaxxa sewda. “Ara nann,” qallu Mark minn

taħt l-ilsien, “tgħid it-teżor tal-pirati qiegħed hawn ġew?” “Jista’ jkun, ara aħjar immorru

nġibu ħabel oħxon u noħorġu d-dgħajsa,” qallu n-nannu Victor.

(Silta meħuda mill-ktieb ta’ Natalie Portelli, intitolat ‘It-Teżor tal-Pirati.)

Page 3: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 5

Wie[eb skond l-istorja

A. Imla l-vojt b’Veru, Falz jew Ma nafx

Veru Falz Ma nafx

1. Mark kien i]obb imur g]and in-nannu Victor.

2. In-Nannu kien joqg]od [o dar kbira.

3. Id-dar tan-nannu kienet ]dejn il-ba]ar.

4. It-tara[ biex jitla’ fuq il-bejt kien tal-injam.

5. Mark kien jiddejjaq jisma’ lin-nannu jirrakkonta

l-istorja tat-teżor tal-Pirati.

6. In-nannu Victor kien i]obb immur passi[[ata

man-nanna fejn il-ba]ar.

( 1 X 6 = 6 marki)

B. Aqta’ sing taħt it-tajba:

1. Skond in-nannu Victor ix-xini g]ereq:

a) il-}add.

b) meta kien g]adu tifel.

`) g]oxrin sena ilu.

d) ]afna snin ilu.

2. Fuq il-bastiment li g]ereq kien hemm:

a) ]afna affarijiet prezzju\i.

b) ]afna deheb u fidda.

`) ]afna nies.

d) ]afna annimali.

Page 4: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 5

3. Mark raqad fuq is-sufan g]aliex:

a) o]tu raqdet fuq is-sodda.

b) in-nannu ma kellux sodda \ejda.

`) kien i]obb jorqod fuq is-sufan.

d) is-sodda kienet imxarrba.

4. Il-maltempata damet:

a) sa filg]odu.

b) sa nofsinhar.

`) sal-erbg]a ta’ filg]axija.

d) ftit tal-]in.

5. Mark filgħodu ried:

a) jmur jistad.

b) jitla’ sal-pjazza tar-raħal.

`) jsajjar kolazzjon man-nannu.

c) imur passiġġata qrib il-baħar.

6. X’għamlu qabel ma marru jimxu fuq ir-ramel?

a) naddfu d-dar.

b) ħadu l-kolazzjon.

`) inħaslu.

d) preparaw l-ikla ta’nofsinhar.

7. Fuq ir-ramel kien hemm ħafna:

a) biċċiet tal-injam u fliexken.

b) fdalijiet tal-ikel.

`) bebbux.

d) nies jixxemxu.

Page 5: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 5

8. fil-ba]ar Mark ra:

a) vapur.

b) ]uta kbira.

`) xi ]a[a sewda.

d) nies jg]umu.

9. Mark ne\a l-qalziet g]aliex:

a) ]ass is-s]ana.

b) ried jin\el fil-ba]ar.

`) tqattalu.

d) ma kienx jg]o[bu.

10. Mill-ba]ar Mark tella:

a) kaxxa sewda.

b) ]uta kbira.

c) luzzu.

d) bi``iet tal-injam.

( 1 X 10 = 10 marki)

~. Imla l-vojt fdawn is-sentenzi b’kelma WAĦDA. L-ewwel waħda hija eżempju.

1. Bil-lejl bdiet nieżla x-xita u f’daqqa waħda qamet maltempata kbira.

2. Wara li kielu bicca ħobż u xorbu kikkra tè huma marru jimxu fuq __________.

3. Mark neża l-qalziet u niżel ___________.

4. In-nannu mar jiġri warajh u xxarrab ___________.

5. Aħjar immorru nġibu ħabel oħxon u noħorġu d-___________.

( 1 X 4 = 4 marki)

Page 6: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 5

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2017

Ir-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN: tletin minuta

Karta tal-istudenti

Isem: ________________________ Klassi: ______________

Gwida

1. Se jinqralek it-test tal-istorja.

2. Se jinqrawlek il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss.

3. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tieni darba.

4. Twieġeb il-mistoqsijiet.

5. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li tista’ twieġeb il-mistoqsijiet.

6. Tista’ tiċċekkja t-tweġibiet kollha u kun ċert li mmarkajt waħda biss.

Marka totali

20

Page 7: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 5

A. Imla l-vojt b’Veru, Falz jew Ma nafx. (6 marki)

Veru Falz Ma nafx

1. Mark kien iħobb imur għand in-nannu Victor.

2. In-Nannu kien joqgħod ġo dar kbira.

3. Id-dar tan-nannu kienet ħdejn il-baħar.

4. It-taraġ biex jitla’ fuq il-bejt kien tal-injam.

5. Mark kien jiddejjaq jisma’ lin-nannu jirrakkonta l-

istorja tat-teżor tal-Pirati.

6. In-nannu Victor kien iħobb imur passiġġata man-

nanna ħdejn il-baħar.

B. Aqta’ sing taħt it-tajba: (10 marki)

1. Skont in-nannu Victor ix-xini għereq:

a) il-Ħadd.

b) meta kien għadu tifel.

ċ) għoxrin sena ilu.

d) ħafna snin ilu.

Page 8: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 5

2. Fuq il-bastiment li għereq kien hemm:

a) ħafna affarijiet prezzjużi.

b) ħafna deheb u fidda.

ċ) ħafna nies.

d) ħafna annimali.

3. Mark raqad fuq is-sufan għaliex:

a) oħtu raqdet fuq is-sodda.

b) in-nannu ma kellux sodda żejda.

ċ) kien iħobb jorqod fuq is-sufan.

d) is-sodda kienet imxarrba.

4. Il-maltempata damet:

a) sa filgħodu.

b) sa nofsinhar.

ċ) sal-erbgħa ta’ filgħaxija.

d) ftit tal-ħin.

5. Filgħodu Mark ried:

a) imur jistad.

b) jitla’ sal-pjazza tar-raħal.

ċ) isajjar kolazzjon man-nannu.

d) imur passiġġata qrib il-baħar.

Page 9: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 5

6. X’għamlu qabel ma marru jimxu fuq ir-ramel?

a) naddfu d-dar.

b) ħadu l-kolazzjon.

ċ) inħaslu.

d) preparaw l-ikla ta’nofsinhar.

7. Fuq ir-ramel kien hemm ħafna:

a) biċċiet tal-injam u fliexken.

b) fdalijiet tal-ikel.

ċ) bebbux.

d) nies jixxemxu.

8. Fil-baħar Mark ra:

a) vapur.

b) ħuta kbira.

ċ) xi ħaġa sewda.

d) nies jgħumu.

Page 10: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 5

9. Mark neża’ l-qalziet għaliex:

a) ħass is-sħana.

b) ried jinżel fil-baħar.

ċ) Tqattalu.

d) ma kienx jgħoġbu.

10. Mill-baħar Mark tella’:

a) kaxxa sewda.

b) ħuta kbira.

c) luzzu.

d) biċċiet tal-injam.

Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi b’kelma WAĦDA. (4 marki)

L-ewwel waħda hija eżempju.

1. Bil-lejl bdiet nieżla x-xita u f’daqqa waħda qamet maltempata kbira.

2. Wara li kielu bi``a ħobż u xorbu kikkra tè huma marru jimxu fuq __________.

3. Mark neża’ l-qalziet u niżel ___________.

4. In-nannu mar jiġri warajh u xxarrab ___________.

5. Aħjar immorru nġibu ħabel oħxon u noħorġu d-___________.

TMIEM Il-KARTA

Page 11: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 1 minn 12

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2017

IR-Raba’ sena MALTI KITBA ĦIN:siegħa u kwart

Karta tal-istudenti

Isem:_____________________________ Klassi:___________

Aqra sew dan li ġej:

Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.

Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa il-mistoqsija.

Jekk ma tkunx taf xi tweġiba ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad erġa’ pruvaha fl-

aħħar.

Jekk tieħu żball ingassah pulit u erġa’ ikteb.

Qis li ma tħalli barra xejn.

Il-Marki

Il-Fehem mill-Qari Il-Kitba

______________________________

_______________________________

30 marka 30 marka

Marka totali

60

Page 12: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 2 minn 12

TAQSIMA A: Il-Qari

Page 13: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 3 minn 12

Test A: Ħarġa f’Malta. (10 marki) 1) F’liema ġurnata tal-ġimgħa se tiġi organizzata din il-ħarġa? _____________________________________________________________________ 2) Semmi żewġ postijiet li sejrin iżuru f’din il-ħarġa? _____________________________________________________________________ _____________________________________________________________________ 3) Ma’ liema vapur sejrin? _____________________________________________________________________ 4) Fejn għandek tmur biex tibbukkja? _____________________________________________________________________ 5) Kemm jiswew il-biljetti għaż-żgħar? _____________________________________________________________________ 6) i. Jistgħu jattendu adulti mat-tfal? (Iva / Le). ii. Kif taf? _____________________________________________________________________ 7) ‘Il-Programm jista’ jinbidel skont iċ-ċirkostanzi’. Agħti raġuni għaliex il-programm jista’ jinbidel. ________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

Page 14: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 4 minn 12

Test B: Kaxxa Gugarelli (20 marka) “Rita, Mario, issa daqshekk logħob.

Aħjar tiġu biex tinħaslu!” qalet il-Mama’.

“U ejja Ma, ħa noqogħdu ftit ieħor,” qalu t-tfal.

“Aħjar le għax għada skola,” reġgħet qalet il-Mama’.

Rita u Mario ġabru l-ġugarelli kollha u poġġewhom fil-kaxxa ma’ taħlita sħiħa ta’ logħob ieħor.

Tfew id-dawl, ħarġu mill-kamra, u għalqu l-bieb. Imbagħad marru biex jinħaslu u jlestu biex jorqdu.

Fil-kamra tal-logħob kien hemm ħemda kbira. Kien il-Ħadd u barra kien hemm ħafna xita. Dan kien

ifisser li t-tfal iqattgħu ħafna ħin fil-kamra tal-logħob, daqqa jilagħbu b’ħaġa u daqqa b’oħra. Xi

ftit tilwim bejn Rita u Mario ma kienx jonqos ukoll. U xi wħud anke jispiċċaw imkissrin fir-rabja.

Meta wasal il-lejl u kulħadd kien rieqed, il-kamra tal-ġugarelli u kull ma kien fiha, ħa l-ħajja. Kemm

kienu jiskantaw it-tfal kieku kellhom jidħlu dak il-ħin! Il-ferrovija kienet miexja waħedha fuq il-

linji, il-ġugarelli bdew jiċċaqilqu u jitkellmu. “Ejja, newlilna s-sellum, Ton!” qal l-Ors lix-xufier tal-

karozza tat-tifi tan-nar. “Arani ġej, ors!” qal Toni u saq bil-galbu kollu lejn il-kaxxa tal-ġugarelli,

waqqaf is-sellum mal-kaxxa u stenna lil kulħadd jinżel.

Mill-kaxxa bdew neżlin kull xorta ta’ oġġetti: ors, xadina, pupa sabiħa, pupu taċ-ċarruta imgermed

mhux ħażin, robot, pupi kollha muskoli u anke xi pupi b’xi partijiet neqsin. “Għall-erwieħ, fl-aħħar

nistgħu nagħmlu li rridu”,qalet ix-xadina li bdiet tiġri u taqbeż ma’ kullimkien. “Kemm niddejjaq

meta jkun is-Sibt jew il-Ħadd,” qal il-pupu taċ-ċarruta “Rita ma titlaqniex minn idejha, daqqa

Page 15: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 5 minn 12

tagħfas ‘l hemm u oħra tgerrem ‘l hawn. “Ara jdejja kif ġabithomli!” qal, filwaqt li urihom idejh,

kollha mgerrma fejn Rita kienet iddaħħlu ġo ħalqha. “U speċjalment meta tkun ix-xita!” qal ir-

robot. “Nieħu qatgħa meta jkun maltemp għax għid li Mario ser jivvinta xi ġlieda bejnietna l-pupi

u xi ħadd dejjem jispiċċa ħażin.” “Hemm, rajtu kif spiċċa r-robot tar-rota tixgħel fuq rasu?” qal il-

pupu tal-muskoli. “Jien ma ridtx inweġġgħu, iżda Mario tah daqqa daqshiex fuq rasu biha. Ir-robot

spiċċa mkisser. Ara fejn hi r-rota tiegħu!”

(Meħuda minn ‘Kaxxa Ġugarelli’ ta’ Anna Baldacchino)

Agħmel sinjal taħt ir-risposta t-tajba. (4 marki)

1) Rita u Mario kienu (kuġini, ħbieb, aħwa).

2) It-tfal kienu qed jilagħbu bil-ġugarelli (fil-kċina, fil-kamra tal-logħob, fil-kamra

tagħhom).

3) Il-ġurnata kienet (is-Sibt, il-Ħadd, it-Tnejn).

4) Barra kien (il-bnazzi, qed jagħmel ħafna xita, il-bard).

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet f’sentenzi sħaħ. (8 marki)

5) Kif kienu jqattgħu l-ħin Rita u Mario meta tkun ix-xita? .

_____________________________________________________________________ _____________________________________________________________________ 6) X’kienu jagħmlu t-tfal meta jiddejqu jilagħbu? _____________________________________________________________________ _____________________________________________________________________

Page 16: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 6 minn 12

7) X’kien jiġri meta kulħadd ikun rieqed? _____________________________________________________________________ _____________________________________________________________________

8) Semmi erbgħa mill-ġugarelli li kien hemm fil-kaxxa. ____________________________________________________________________

____________________________________________________________________

9) Mis-silta sib dawn it-tifsiriet: (4 marki)

a.

Ħemda

b.

Tilwima

ċ.

Bil-galbu

d.

Jitħarrku

Page 17: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 7 minn 12

10) Agħżel it-tajba billi tagħmel sinjal (✓) taħt IVA jew LE. (4 marki)

IVA LE

a Il-pupu taċ-ċarruta jiddejjaq meta jkun is-Sibt jew il-Ħadd.

b Ix-Xadina ma tiħux gost tagħmel li trid.

ċ Mario qatt ma jivvinta xi ġlieda bejn il-pupi.

d Ir-robot spiċċa mkisser.

TAQSIMA B – Il-Kitba Ċ: Il-Grammatika (10 marki)

Waslet il-ġurnata meta l-kappillan kellu jiġi jara l-presepju ta’ Indri u Ġanni. Kollox kien f’loku - il-

pasturi żgħar tat-tafal kienu mdawwlin b’bozoz żgħar bojod. Għad-dehra ta’ dan il-presepju, il-

kappillan baqa’ mistgħaġeb. Deher li għoġbu ħafna. Kien maħdum b’sengħa kbira.

Minn din is-silta sib:

1. Nom propju ___________________

2. Nom komuni ___________________

3. Il-plural ta’ bozza ___________________

4. Sib mis-silta il-kontra ta’ suwed ___________________

5. Mis-silta sib kelma oħra għal kelma f’postu ___________________

Kompli:

6. ‘jiġi’ huwa verb fil-maskil jew femminil? ___________________

7. Agħti l-passat tal-verb jara ___________________

8. Agħti l-kontra ta’ żgħar ___________________

9. Agħti l-preżent fl-ewwel persuna tal-verb baqa’ ___________________

10. Agħti l-mamma ta’ maħdum ___________________

Page 18: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 8 minn 12

D: Slowgan (3 marki)

Ikteb Slowgan dwar it-tieni stampa. Ara l-eżempju.

________________________ ________________________ ________________________

In-Natura hija l-ikbar teżor. Nieħdu

ħsiebha!

Page 19: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 9 minn 12

E: Kitba Kreattiva (17-il marka) Agħżel WIEĦED minn dawn it-titli. B’Malti sabiħ u tajjeb, ikteb paragrafu ta’ mhux inqas minn 90

kelma. Aqra l-kliem mogħti fil-parentesi sabiex jgħinek tikteb.

1. Jiena għasfur.........

Punti li jistgħu jgħinuk: Semmi x’tip ta’ għasfur inti, x’lewn għandek, xi tħobb tagħmel, fejn tmur,

ma’ min, semmi xi avventura minn tiegħek jew kif tqatta’ l-ġurnata tiegħek...

jew

2. Fil-festa tar-raħal tiegħi Punti li jistgħu jgħinuk: Meta kienet il-festa? Ta’ liema post u qaddis hija l-festa? Il-knisja sabiħa? Ma’ min mort? X’rajt? X’kilt? Xi xtrajt? Kif kien it-temp? Kien hemm nies tafhom? X’ilbist? Għalfejn tieħu gost il-festa?

jew 3. Maltempata.

Punti li jistgħu jgħinuk: Semmi x’tip ta’ maltempata kienet? meta kien, fejn kont waqt il-

maltempata? x’rajt? x’ġara? inti x’għamilt? in-natura kif kienet wara l-maltempata?

jew

Page 20: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 10 minn 12

4. X’ġara f’din l-istorja? Ikteb storja dwar dawn l-istampi. Kliem li jista’ jgħinek: (ġurnata, bnazzi, xemx tiżreġ, bagalja, bajja, pjaċir, kastell, )

Page 21: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 11 minn 12

Ikteb it-titlu li għażilt: __________________________________________ (15-il marka)

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

Uża dan l-ispazju biex tikteb xi ideat sabiex tippjana l-istorja tiegħek. (2 marki)

Page 22: SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/Year-4-Malti-… · Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Paġni 12 minn 12

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

________________________________________________________________________

--------------- TMIEM ---------------