8
Santa Katarina V.M. fil-Bażilika ta' Marija Bambina fl-Isla (l-ewwel parti) (minn Jeremy Cachia) F l-aħħar ħarġiet tan-newsleer tkellimna fuq id-devozzjoni antika ta’ Santa Katarina V.M. fiż-żewġt ibliet tal-Koonera, dawk tal-Birgu u ta’ Bormla. Il- Koonera li sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kienet l-aktar parti għanja ta’ Malta u b’ ħafna nies ta’ klassi għolja jgħixu fiha. Illum ser nitkellmu ſtit fuq il-parroċċa tal-Isla ddedikata lit-Twelid tal-Madonna. Qabel il-miġja tal-Kavallieri ta’ Malta, l-Isla kienet gżira ċkejkna maqtugħa għaliha – ſtit ‘il barra mill-Birgu u Bormla. Din kienet mimlija siġar qisha mixtla magħrufa l-aktar għall-kaċċa. Filfa f ’ din il-gżira kien hemm Kappella ċkejkna ddedikata lil San Ġiljan – Patrun tal-kaċċaturi. Kif waslu l-Kavallieri f’ Malta għaqdu din il-gżira; l-Isla, ma’ Bormla billi mlew il-baħar li kien jifred. Fi żmien il-Granmastru Fra Claude de la Sengle li kien jirrenja f ’ Malta bejn l-1553 u l-1557, bidel din il-gżira minn mixtla għall-Belt u taha ismu – Senglea. Fl-1580, inbniet il-Knisja ddedikata lil Marija Bambina bil-kliem miktubin mal- faċċata tagħha ‘MONUMENTUM INSIGNIS VICTORIAE MDLXV’ jiġifieri ‘Monumnet tar-rebħa glorjuża tal-1565’. Dawn il-kelmiet inkitbu propju minħabba r-rebħa tal-Assedju l-Kbir fl-1565. Il-festa tal-Isla saret magħrufa wkoll bħala l-festa tal-Viorja għax kien lejlet il-festa ta’ Marija Bambina: fis-7 ta’ Seembrtu 1565, li t-Torok telqu minn Malta. Fl-1581 din il-Knisja saret Parroċċa filwaqt li fl-1786 ġiet elevata għall-Kolleġġjata Insinji. Fl-1798, il-knisja saret Arċipretali u fl-1921 ingħatat it-titlu ta’ Bażilika. B’ xorti ħażina fit-Tieni Gwerra Dinjija din il-knisja nqerdet totalment għajr għal xi partijiet żgħar u għall-Oratorju tal-Kurċifiss. Fiż- żmien l-1950 u l-1957 reġgħet inbniet mill-ġdid. Din il-Knisja bħalissa għaddejja minn xogħol intensiv ta’ restawr u dekorazzjoni tal-Knisja bħala wħud mill-proġei li jfakkru l-400 sena tal-vara titulari ta’ Marija Bambina 1618 – 2018. Fl-1602, kien hemm diġà kappella ddedikata lil Santa Katarina V.M. u din kienet qegħdha fin-naħa tax-xellug tal-artal maġġur fil-Knisja parrokkjali. Fis-seklu 17, din il-knisja ġarbet ħsarat struurali minħabba ż-żewġ terremoti tal-1639 u tal- 1693. Wara li l-knisja reġgħet inbniet, l-artal ta’ Santa Katarina V.M. reġa’ sab postu fiha. Il-piura ta’ Santa Katarina V.M. li naraw illum turi l-Għerusija Mistika tal-Qaddisa Katarina; xogħol mill-isbaħ ta’ Stefano Erardi li saret fl-1686. Skont l-istudjużi tal-Arti dan il-kwadru huwa magħdud fost l-aqwa kwadri li għandha din il-parroċċa. Fiha naraw lill-Madonna bil-Bambin Ġesù f ’ ħoġorha filwaqt li Santa Katarina V.M. qegħdha awwal idejha biex Ġesù jkun jista’ jlibbsilha ċ-ċurke f ’ subgħajha. Jidhru wkoll żewġ puini qiegħdin jassistu għal din iċ-ċerimonja mistika. Fl-isfond tidher xena ta’ xini bil-qlugħ qed ibaħħar f ’ nofs bajja – xena li tfakkarna fil-Kavallieri ta’ Malta u tbaħħir tagħhom bix-xwieni tal-Ordni. Din il-piura fiha kompożizzjoni sabiħa ħafna bl-uċuħ tal-personaġġi eleganti u ħelwin li mal-ewwel jisirqu l-qlub. Referenzi:- Farrugia J., Il-Knejjes u l-Artali ta’ Santa Katarina V.M. fil-Koonera III – L-Isla: Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Programm tal-Festa 2008, Malta, 2008, pp 195-199. Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979.

Santa Katarina V.M. fil-Bażilika ta' Marija Bambina fl ... · ix-xhur norganizzaw ukoll diversi attivitajiet fejn ikollna l-okkażjoni niltaqgħu flimkien f’ambjenti differenti

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Santa Katarina V.M. fil-Bażilika ta' Marija Bambina fl-Isla (l-ewwel parti) (minn Jeremy Cachia)

Fl-aħħar ħarġiet tan-newsletter tkellimna fuq id-devozzjoni antika ta’ Santa Katarina V.M. fiż-żewġt ibliet tal-Kottonera, dawk tal-Birgu u ta’ Bormla. Il-

Kottonera li sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kienet l-aktar parti għanja ta’ Malta u b’ ħafna nies ta’ klassi għolja jgħixu fiha. Illum ser nitkellmu ftit fuq il-parroċċa tal-Isla ddedikata lit-Twelid tal-Madonna. Qabel il-miġja tal-Kavallieri ta’ Malta, l-Isla kienet gżira ċkejkna maqtugħa għaliha – ftit ‘il barra mill-Birgu u Bormla. Din kienet mimlija siġar qisha mixtla magħrufa l-aktar għall-kaċċa. Filfatt f ’ din il-gżira kien hemm Kappella ċkejkna ddedikata lil San Ġiljan – Patrun tal-kaċċaturi. Kif waslu l-Kavallieri f ’ Malta għaqdu din il-gżira; l-Isla, ma’ Bormla billi mlew il-baħar li kien jifred. Fi żmien il-Granmastru Fra Claude de la Sengle li kien jirrenja f ’ Malta bejn l-1553 u l-1557, bidel din il-gżira minn mixtla għall-Belt u taha ismu – Senglea.

Fl-1580, inbniet il-Knisja ddedikata lil Marija Bambina bil-kliem miktubin mal-faċċata tagħha ‘MONUMENTUM INSIGNIS VICTORIAE MDLXV’ jiġifieri ‘Monumnet tar-rebħa glorjuża tal-1565’. Dawn il-kelmiet inkitbu propju minħabba r-rebħa tal-Assedju l-Kbir fl-1565. Il-festa tal-Isla saret magħrufa wkoll bħala l-festa tal-Vittorja għax kien lejlet il-festa ta’ Marija Bambina: fis-7 ta’ Settembrtu 1565, li t-Torok telqu minn Malta. Fl-1581 din il-Knisja saret Parroċċa filwaqt li fl-1786 ġiet elevata għall-Kolleġġjata Insinji. Fl-1798, il-knisja saret Arċipretali u fl-1921 ingħatat it-titlu ta’ Bażilika. B’ xorti ħażina fit-Tieni Gwerra Dinjija din il-knisja nqerdet totalment għajr għal xi partijiet żgħar u għall-Oratorju tal-Kurċifiss. Fiż-żmien l-1950 u l-1957 reġgħet inbniet mill-ġdid. Din il-Knisja bħalissa għaddejja minn xogħol intensiv ta’ restawr u dekorazzjoni tal-Knisja bħala wħud mill-proġetti li jfakkru l-400 sena tal-vara titulari ta’ Marija Bambina 1618 – 2018.

Fl-1602, kien hemm diġà kappella ddedikata lil Santa Katarina V.M. u din kienet qegħdha fin-naħa tax-xellug tal-artal maġġur fil-Knisja parrokkjali. Fis-seklu 17, din il-knisja ġarbet ħsarat strutturali minħabba ż-żewġ terremoti tal-1639 u tal-1693. Wara li l-knisja reġgħet inbniet, l-artal ta’ Santa Katarina V.M. reġa’ sab postu fiha. Il-pittura ta’ Santa Katarina V.M. li naraw illum turi l-Għerusija Mistika tal-Qaddisa Katarina; xogħol mill-isbaħ ta’ Stefano Erardi li saret fl-1686. Skont l-istudjużi tal-Arti dan il-kwadru huwa magħdud fost l-aqwa kwadri li għandha din il-parroċċa. Fiha naraw lill-Madonna bil-Bambin Ġesù f ’ ħoġorha filwaqt li Santa Katarina V.M. qegħdha ttawwal idejha biex Ġesù jkun jista’ jlibbsilha ċ-ċurkett f ’ subgħajha. Jidhru wkoll żewġ puttini qiegħdin jassistu għal din iċ-ċerimonja mistika. Fl-isfond tidher xena ta’ xini bil-qlugħ qed ibaħħar f ’ nofs bajja – xena li tfakkarna fil-Kavallieri ta’ Malta u tbaħħir tagħhom bix-xwieni tal-Ordni. Din il-pittura fiha kompożizzjoni sabiħa ħafna bl-uċuħ tal-personaġġi eleganti u ħelwin li mal-ewwel jisirqu l-qlub.

Referenzi:-Farrugia J., Il-Knejjes u l-Artali ta’ Santa Katarina V.M. fil-Kottonera III – L-Isla: Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Programm tal-Festa 2008, Malta, 2008, pp 195-199.Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979.

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Membru Publius Farrugia - 9 ta’ Settembru 2014Membru Charles Gauci - 20 ta’ Settembru 2014

Membru Onorarju Michaelangelo Darmanin - 30 ta’ Settembru 2014Membru Carmen Ellul - 2 t’Ottubru 2014

Membru Tereża Abdilla - 31 t’Ottubru 2014Membru Louis Grixti - 6 ta’ Novembru 2014Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Għeżież qarrejja,

Għal darb’oħra nħoss li għandi nibda dan il-messaġġ billi ngħid GRAZZI

kbira tal-għajnuna u l-appoġġ kbir li tajtuna biex flimkien għal sen’oħra stajna norganizzaw festa kbira li tagħmel ġieħ lilna s-soci, lir-raħal u lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri.

Is-Soċjetà diġà bdiet bil-preparamenti tagħha biex matul is-sena d-dieħla nfakkru l-anniversarju importanti tal-mitejn sena mill-wasla tal-istatwa titulari fir-raħal tagħna. Għal dan il-għan fassalna programm ta’ attivitajiet mifrux fuq sena, bl-attivitajiet jilħqu l-qofol tagħhom is-sena d-dieħla fil-festa titulari ta’ Settembru u l-festa liturġika tal-25 ta’ Novembru. Għalhekk inħeġġiġkom biex nattendu għal dawn l-attivitajiet ħalli nfakkru dan

l-anniversarju kif jixraq.

Dawn it-tlett xhur huma żmien importanti ħafna għas-Soċjetà tagħna għax matulhom jinħatru l-Kumitati ġodda u nagħtu bidu għal sena ta’ ħidma li għandha twassalna biex niċċelebraw festa kbira fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru. F’dawn ix-xhur norganizzaw ukoll diversi attivitajiet fejn ikollna l-okkażjoni niltaqgħu flimkien f ’ambjenti differenti.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nerġa’ ngħid grazzi lil kulħadd tal-għajnuna u appoġġ kbir li tagħtu lis-Soċjetà matul is-sena u nistedinkom biex inkomplu naħdmu flimkien ħalli nerġgħu norganizzaw festa oħra kbira u niċċelebraw l-anniversarju kif jixraq.

Nawgura l-Milied it-Tajjeb u Sena Ġdidamimlija risq u hena lill-kulħadd.

Għeżież qarrejja,

Nilqagħkom għal din in-Newsletter No. 53 “Sancta Katarina – Zurricanorum Patrona.Nixtieq nibda biex niskuza ruħi, minħabba l-fatt li n-Newsletter t’Awwissu ma ħarġitx. Dan minħabba raġunijiet li ma kellniex kontroll fuqhom. Għaldaqstant din il-ħarġa ser tkopri x-xhur minn Awwissu li għadda sal-aħħar ta’ Jannar 2018. Is-sena 2018 għandha sinnifikat kbir għalina ż-Żrieraq, għaliex jaħbat il-mitejn sena mill-miġja tal-istatwa artistika tal-Marjanu; Santa Katarina, fostna ż-Żurrieq.Għal dan il-għan, is-Soċjetà tagħna qegħdha tħejji numru t’attivitajjiet speċjali għal matul din is-sena ċentinarja. Aktar dettalji jaslulkom fil-futur qarib. Inħeġġeġ lill-membri u ammiraturi tagħna biex jipparteċipaw bis-sħiħ. Inħeġġeġ ukoll lill-membri u ammiraturi tagħna biex jgħaddu xi kummenti jew suġġerimenti li jixtiequ jagħmlu lili fl-indirizz tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.

Nawguraw il-Milied u s-Sena t-tajba lil kulħadd. Grazzi Is-Sur Joseph Saliba - Editur

Editorjal

Editur : Joseph SalibaRappreżentant Kumitat Ċentrali: Segretarju Kevin SchembriArtikolisti: Jeremy Cachia, Carmel Callus, Richard Farrugia, Anna Maria Gatt, Samuel Mercieca, President Philip Schembri, President Onorarju Karmenu ZerafaRitratti: Lara SchembriPoster Designer: Paul AquilinaProof Reading: Vincienne Attard

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Membru Giovanna Darmanin li mietet fil-11 ta’ Ġunju 2017 Membru Joseph Cachia li miet fil- 1 ta’ Lulju 2017 Membru Angela Borg li mietet fil-12 ta’ Lulju 2017 Membru Maria Bugeja li mietet fid-9 ta’ Settembru 2017 Membru Mary Camilleri li mietet fl-24 ta’ Settembru 2017

Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Bord Editorjali

Grazzi

Qalb it-tfajla tħeġġet iżjedGħal dan il-kliem għal dat-tifħir,

Aċċettat li tagħmel kolloxBasta kif qal hu jsir.

Ferah wisq it-twajjeb xwejjaħHekk kif sama’ l-kelma tagħhaXbieha ħa tal-verġni mbierkaU hekk mar jitkellem magħha.“Ara l-Omm tal-Għarus ħelu

Dina hi l-Verġni MarijaDak li għandha ġewwa ħdanaHu l-maħbub Ġesù tarbija.” “Itlob binti lil din l-omm

Avvukata tal-bnedminŻgur li l-grazzja taqlagħhielek

Għandha Binha wisq ħanin. Bil-ferħ kollu Katerina

Ħadet fidha din ix-xbieha,Li mit-twajjeb eremita

Lilha ġiet issa mogħtiha. Kontra qalbha kellha tħalli

Lil edan is-serv fidil,Billi l-ħin kien għamel sewwa

U l-vjaġġ tagħhom kien ftit twil.

Meta ġew biex iħalluh L-omm u l-bint irringrazzjawh,Ħassew paċi kbira f’qalbhom

Ferħu wisq li kienu rawh. Qabel marret għand ix-xwejjaħ,

Li tiżżewweġ qatt ma riedet,Issa wara li kellmitu

Din il-fehma kompliet żdiedet. It-tagħlim li kienet semgħetBeda ġej quddiem għajnejha,

Mal-ġurnata spiss issibhaĠo kamritha għar-rkubbtejha. Wara ċ-ċena raġgħet daħletSabiex tgħaddi l-lejl fit-talb,Għad li kienet wisq għajjienaIt-talb tagħha kien mill-qalb.

Hemm quddiem edik ix-xbiehaTar-Reġina tal-ħolqien,Issa hi għarfet biżżejjed

Il-għarus tagħha min kien. Lil din l-Omm ħanina talbetSabiex minnha jkollha ħniena,

Lil Ġesù binha turihaU hekk tenħħilha dik il-piena. Damet titlob għal żmien twilSakemm għajna marret biha,

Iżda tbierek il-mumentKemm ir-raqda li ġiet fiha. F’din ir-raqda dehritilhaIr-Reġina tas-smewwiet

Kollha mżejna dawl u dijaKullimkien bihom imliet. Għal did-dehra Katerina

Kellha wisq raġun tistagħġeb,Dina l-Omm tħaddan lil BinhaKienet din dehra tal-għaġeb. Lejha kienet tħares l-Omm

B’dawk għajnejha tant ħelwin,Ma mhux lejha kien iħaresIl-maħbub Ġesù Bambin, Ta’ kull darba li t-tfajla

Fil-qrib tiegħu kienet tmur,Sabiex tista’ tara ‘l wiċċuFuq naħa oħra kien idur.

Din il-ħaġa tatha x’taħsebGħaliex wiċċu xtaqet tara,

Għalhekk resqet lejn l-Omm tiegħu

Lilha talbet kollha ħrara. “Ara Iben maħbub tiegħi”Malajr qaltlu l-Omm ħanina,

“Tixtieq wisq li tara ‘l wiċċek

Din ix-xbejba Katerina.” Għal dal-kliem Ġesù rrisponda

“Sakemm tibqa’ kif inhijaQatt ma jista’ jkollha x-xorti

Illi hi titpaxxa bija.” “Mela għidilha” wieġbet Ommu

“X’għandha tagħmelħaġa ħaġa,

Sabiex tista’ tara ‘l wiċċekFittex salva lil din-ngħaġa.” “Inti taf,” Ġesù weġibha

“Kemm nobdik u kemm nistmakHekk ukoll l-Etern Missier

Setgħa kbira lilek tak. “Inti Omm l-iktar ħanina

Avvukata tal-bnedmin,Dejjem int taqbeż għalihom

Sew għall ħżiena kemm tajbin. “Mela għid lil din ix-xbejbaGħand ix-xwejjaħ tarġa’ tmur

Lilu tgħid li jiena bgħatthaTgħidlu wkoll b’dan il-favur. “Lilha għid sabiex tobdihTagħmel dak li hu jgħidilha,Imbagħad tarġa’ tiġi hawn

Inkun lest biex inkellimha.” Malli l-Verġni lilha qalet

X’kien qalilha l-Iben tagħha,Il-viżjoni malajr għabet

Ma baqgħetx iżjed tilmaħha. Mir-rqad stenbħet Katerina,

Qamet tiġri fuq riġlejha,Dak li rat fir-raqda tagħha

Baqa’ ħaj quddiem għajnejha. Hekk kif sebaħ f’dik il-għodwa,

Għand ix-xwejjaħ marret fisAlla ġa kien għarrfu b’kolloxGħaliex kien bniedem qaddis. Malli waslet fil-post tiegħu

Dlonk inxteħtet għar-rkubbtejha, Xejn ma stħat mis-servi tagħha

Bid-dmugħ nieżel minn għajnejha.

Lilu talbet biex jismagħhaĦalli tgħidlu bil-viżżjoni

Illi kellha l-lejl l-ieħorKif spiċċat mill-orazzjoni. Meta qaltlu kull ma ġara,Lilu talbet biex jgħallimhaDaka kollu li hemm bżonn,Biex Ġesu` jerġa’ jkellimha.

Il-qaddis qalbu ferħana’l Alla beda jirringrazzja,Talli għoġbu bih jinqedaLilu jagħti din il-grazzja.

Beda x-xwejjaħ ifissrilhaFuq l-Imqaddsa Trinita`Jispjegalha u jgħallimhaKollu ħlewwa u karita`.

Fuq il-Fidi Mqaddsa tagħnaU l-Misteri ewlenin,

Huwa mar jitkellem magħha U fuq Alla wisq ħanin.

Katerina fehmet kollox,Sewwa mħarrġa fit-tagħlim,Aċċetat li tkun imgħammdaSabiex biss lil Ġesu` tqim

Dlonk ix-xwejjaħ ġib ftit ilmaF’qoxra vojta ta’ arzella,

U lix-xbejba huwagħammed

Hemmhekk stess ġo dik iċ-ċella. Kont tistħajlek

qiegħed taraLil xi anġlu u mhux

bniedma,B’dik il-ġabra b’dik il-qimaSinjal ċar li kienet niedma.

Lilha qal biex tibqa’ titlob,

B’fidi kbira u bil-ħrara,Fl-aħħarnett huwa berikhaU qalilha tmur lejn darha.

Hekk kif waslet fil-palazz

Reġgħet bdiet titlob mill-ġdid

Qalbha xegħlet tant bl-imħabba

Għal Ġesu` ħalliet kull ġid.

Ġo kamritha għal-lejl daħletQuddiem dika l-istess xbieha

Sabiex tista’ tiftaħ qalbha Ma’ Ġesu` u ma’ Marija.

Għar-rkubbtejha hemm inxteħtet

Poema lil Santa Katarina V.M.

B’ħerqa kbira u xewqanaIlli tara l-wiċċ Imqaddes

Ta’ Ġesu` salvatur tagħna. Billi l-lejl kien daħal sewwa

Waqt li kienet fl-orazzjoni,Daħlet f’nagħsa

l-iżjed ħelwaFiha rat l-istess viżjoni.

Hija rat il-Verġni mbierkaBil-Bambin Ġesu` fi ħdanaDin id-darba jħares lejha

U l-Omm tiegħu tant daħkana. Min qatt jista’ l-ġmiel ifisser

Illi bih dehret MarijaBil-qalb kollha din laqgħethaB’kull virtu` issa mogħnija. “Togħġbok issa KaterinaHekk imżejna bil-virtu`?”

Fis staqsiet dil l-Omm ħanina

Lil maħbub binha Ġesu`. “Wisq togħġobni”,

qal Ġesu`,“Minn għasfur l-iżjed sewdieni

Saret issa KaterinaBħal ħaruf l-iżjed qalbieni. “Il-qalb tagħha hija safja

Turi ċar li hija tħobbni,Tista’ taqta’ x-xewqa tagħhaB’għarus tagħha hi titlobni.”

Attivitajiet mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.Mis-17 sal-25 ta' Festi f'ġieħ il-Patruna tagħna Santa Katarina u ftuħ tal-Festi Novembru 2017 tal-200 sena li se jfakkru għeluq il-200 sena mill-Miġja tal-Istatwa Titulari fiż-Żurrieq (1818 - 2018)26 ta' Novembru 2017 Ġabra b'risq is-Soċjetà26 ta’ Novembru 2017 Ħarġa Kulturali organizzata mis-Sotto Kumitat Kultura2 ta' Diċembru 2017 Retro Night ma' John Muscat organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fil-Każin 8 ta' Diċembru 2017 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa Bormla fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni9 ta' Diċembru 2017 Pasta Night organizzta mis-Sotto Kumitat Armar16 ta' Diċembru 2017 Kunċert tal-Milied mill-Piccola Banda Santa Katarina V.M. fil-Każin16 sat-28 ta' Diċembru 2017 Wirja ta' Presepji fil-Każin organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti17 ta' Diċembru 2017 Attivita' organizzata mis-Sotto Kumitat Kultura 24 ta' Diċembru 2017 Open Bar fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. organizzat mis- Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti 25 ta’ Diċembru 2017 Marċ tal-Milied mill-Banda Santa Katarina V.M. fl-okkażjoni ta’ Jum il-Milied26 ta’ Diċembru 2017 Party tal-Milied għat-Tfal fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.27 ta’ Diċembru 2017 Festin tal-Milied għall-Anzjani fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.29 ta’ Diċembru 2017 Christmas Dinner Dance organizzat mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.31 ta’ Diċembru 2017 Get together tal-Aħħar tas-sena organizzat mis-Sotto Kumitat Nar6 ta' Jannar 2018 Ikla bejn il-Ħbieb organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

Aktar opportunitajiet lill-Allievi u Bandisti tal-Banda Santa Katarina V.M.

Is-Sotto Kumitat Banda tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. organizza seminar dwar id-Dixxiplina Mużikali kif ukoll master classes fuq l-istrumenti

magħrufa bħala 'tal-qasba'.

Is-seminar dwar id-Dixxiplina Mużikali sar nhar is-Sibt 28 t'Ottubru 2017. Dan kien indirizzat mis-Surmast Jonathan Borg li huwa wkoll is-Surmast tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta. Il-master classes fuq l-istrumenti magħrufa bħala 'tal-qasba' saru nhar is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta' Novembru u ġew indirizzati mis-Surmast Christopher Camilleri. Barra minn dan, nhar il-Ħadd 5 ta' Novembru, sar il-kunċert tal-Allievi fis-Sala Banda Santa Katarina V.M. fejn diversi allievi ngħaqdu ma' bandisti tal-Banda Santa Katarina V.M. u kellhom l-opportunità li jdoqqu taħt forma ta' Piccola Banda.

Dawn kienu opportunatajiet sbieħ u li servew ta' ġid kbir għall-allievi u għall-bandisti tal-Banda Santa Katarina V.M.

Dan kien proġett li sar mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. b'kolloborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda.

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. lesta li tkompli tinvesti aktar fit-tagħlim tal-allievi u tal-bandisti tagħha u għaldaqstant hija kommessa li tkompli toffri aktar opportunitajiet bħal dawn lill-allievi u liż-żgħażagħ tagħna.

Il-Ġimgħa 17 ta' Novembru 2017Fit-7.45p.m.- Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq jippreżentaw l-Oratorju 'Santa Katarina ta' Lixandra' fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq.

Is-Sibt 18 ta' Novembru 2017Fis-1.00p.m. - Ħarġa għat-Tfal organizzata mill-Kids Club 'Palmisti Juniors' ġewwa l-Malta Chocolate Factory u dawra ma' Buġibba permezz ta' 'Buġibba Train Tour'.Fit-8.00p.m. - Ikla organizzata mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fil-Każin fejn se jintwera għall-ewwel darba l-Video uffiċjali tal-Festa 2017

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017Fil-5.00p.m. - Afternoon Festa Warm Up Party fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti.

It-Tnejn 20 ta' Novembru 2017 Fis-7.15p.m. - 'Is-Safa, L-Għerf u d-Demm - Tliet Ġawhriet fil-Kuruna ta' Santa Katarina'. L-Ewwel Jum ta' Riflessjoni minn Kanonku Jonathan Farrugia fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

It-Tlieta 21 ta' Novembru 2017 - L-Ewwel Jum tat-TriduFis-6.00 pm: Quddiesa għat-tfal animata mill-membri tal-MUSEUM.Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.Fis-7.15p.m. - 'Is-Safa, L-Għerf u d-Demm - Tliet Ġawhriet fil-Kuruna ta' Santa Katarina'. It-Tieni Jum ta' Riflessjoni minn Kanonku Jonathan Farrugia fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

L-Erbgħa 22 ta' Novembru 2017 - It-Tieni Jum tat-TriduFis-6.00 pm: Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Cantae Domino.Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.Fis-7.15p.m. - 'Is-Safa, L-Għerf u d-Demm - Tliet Ġawhriet fil-Kuruna ta' Santa Katarina'. It-Tielet Jum ta' Riflessjoni minn Kanonku Jonathan Farrugia fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Il-Ħamis 23 ta' Novembru 2017 - L-Aħħar Jum tat-TriduFis-6.00 pm: Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali li matulha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Katarina V.M.Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.Fis-7.30p.m. - High Tea organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Il-Ġimgħa 24 ta' Novembru 2017 - Lejlet il-FestaFil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta’ Santa Katarina V.M., Għasar u Quddiesa kantata. Ikollna servizz ta’ Qrar mill-4.30 pm ‘il quddiem.Matul it-Transulazzjoni jinħaraq Nar maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.Fit-8.00p.m. - Get-Together fil-Każin bis-sehem tal-bandisti tal-Banda Santa Katarina V.M. u kantanti.

Is-Sibt 25 ta' Novembru 2017 - Jum il-FestaF'12.00p.m. - Ikla Tradizzjonali tal-Festa organizzata mis-Sotto Kumitat Nar fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.Fil-5.30 p.m. ninġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali biex nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-200 sena mill-miġja tal-Vara Titulari ta’ Santa Katarina V.M. fil-Parroċċa tagħna taż-Żurrieq. Tingħad il-Litanija tal-Qaddisin, issir l-Istqarrija tal-Fidi li għaliha Santa Katarina V.M. ċarċret demmha, jinfetaħ il-bieb tal-Knisja, tingħad it-talba taċ-Ċentinarju u jitkanta l-Innu taċ-Ċentinarju.Iċ-ċelebrazzjoni tkompli bil-kant tas-salmi tal-għasar u l-quddiesa konċelebrata bil-paneġierku minn Dun Noel Camilleri d’Amato.Wara ssir purċissjoni bil-vara ta’ Santa Katarina V.M. fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.Fit-7.45p.m. Ħarqa ta' Nar tal-Ajru Spettakolari maħdum mis-Soċi fis-St. Catherine Fireworks Factory.Fit-8.00p.m. il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mis-Surmast Josef Grech A.T.C.L., L.T.C.L., Dip.A.B.R.S.M., L.R.S.M. X’ħin il-banda tasal ħdejn il-Monument ta’ Santa Katarina V.M., jindaqq l-Innu Marċja “Semma’ Poplu l-Vuċi Tiegħek” ta’ Mro. Espedito Deguara A.Mus. L.C.M.Lejlet u nhar il-Festa jmexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Wisq Rev.du Arċipriet Karm Mercieca S.Th.B. Matul il-ħames t’ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Cantate Domino. Fil-jiem tat-Tridu, l-organista hija Dr. M’Fiorella Fenech Vella B. A., LL.D., Dip.Tax., Dip.Trib.Eccl. Melit., M. A. (Theol.) u jidderieġi Mro.Paul Portelli F.L.C.M. Lejlet u nhar il-Festa l-organista huwa Mro. Paul Portelli F.L.C.M. u jidderieġi Mro. Patri Anton Briffa O.F.M. Cap., L.L.C.M., Lic.Mus.Sacra, M.Mus.Gre

Ħamsin sena ilu bejn il-5 u l-10 ta’ Ġunju tal-1967 kienet ġiet miġġielda gwerra bejn l-Għarab u l-Lhud li dakinhar kienet bidlet il–mappa tal-Lvant Nofshani. L-Istat Lhudi li

kien twaqqaf fl-1948 bl-ewwel Prim Ministru ikun David Ben Gurion, kien wieħed żgħir meta tikkumparah mal-ġirien Għarab li kienu lesti biex jeqirdu dan il-pajjiż. Illum mhux ħa nidħlu fl-argument biex naraw min kellu raġun għaliex jekk wieħed imur lura fl-istorja isib li ż-żewġ naħat kellhom xi forma ta’ ġust fuq din l-art illi minnha oriġina t-twemmin tagħna. L-Ingliżi li fl-1917 kienu rebħu Ġerusalemm u mexxew il-Palestina b’tali mod illi aktar ippreferew lill-Lhud milli lill-Għarab. Sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien diġà beda l-inkwiet bejn iż-żewġ naħat fejn il-Lhud mgħejjuna mill-Ingliżi kienu jiġu attakati mill-Għarab. Il-Lhud kienu addataw ruħhom għal dawn l-attakki fejn tgħallmu jiġġieldu b’ammont żgħir ta’ nies kontra għadu ferm akbar minnhom. Hawn kien spikka fizzjal Ingliż, Orde Wingate illi kien waqqaf il-Gideon Force li kienet tagħmel attakki stil tal-commandoes fuq qagħdiet Għarab. Dan il-persunaġġ leġġendarju kellu jitlef ħajtu fi kraxx tal-ajru waqt it-Tieni Gwerra Dinjija f ’Burma.

Wara t-twaqqif tal-istat Lhudi fl-1948 il-ġlied bejn iż-żewġ naħat beda aktar jiħrax. Aktar Lhud bdew jiġu mill-Ewropa wara li kienu ħelsuha minn ħalq il-mewt fil-kampijiet tal-konċentrament nażisti. Huma ffurmaw komunitajiet msejħa Kibbutz fejn hemm wieħed kien jgħix, jaħdem jiddefendi ruħu bħala komunità. Huma kellhom sistema li għadha sal-lum il-ġurnata, fejn kull raġel u anke n-nisa kienu jiġu mħarrġa fis-sengħa tal-gwerra u malli l-pajjiż ikun taħt theddida ta' gwerra kulħadd kien ikun jaf x'għandu jagħmel. Dan il-pajjiż għandu wieħed mill-aqwa servizzi sigriet,i il-Mossad, li kien strumentali biex intrebħet din il-gwerra. Wara l-konflitt tal-1956 fis-Swejz iż-żewġ naħat għamlu żmien ta’ paċi imma maż-żmien reġà beda l-inkwiet. Dak iż-żmien l-Eġittu kienet immexxija minn Gamal Abdel Nasser li kien idolu tad-dinja Għarbija. Ir-Russi li kienu jgħinu bis-sħiħ lil Nasser, kien fl-interess tagħhom li tinqala’ gwerra fil-Lvant

Nofshani. L-Amerikani, l-Ingliżi u l-Franċiżi kienu alleati tal-Iżrael u ssuplixew lil dan il-pajjiż b’armamenti, imma kienu joqogħdu attenti li ma jispiċċawx f ’ konfront mar-Russi. Il-Gwerra tas-Sitt Ijiem tal-1967 kienet gwerra li meta wieħed kien jara l-figuri ta’ kemm kellhom suldati u armamenti ż-żewġ naħat kien jasal għall-konklużjoni li l-Lhud kienu ser jaqilgħu xeba kbira għaliex għal kull wieħed li kellhom il-Lhud, l-Għarab kellhom tlieta. Dan il-kunflitt kien riżultat. Imma l-Lhud li minn dejjem kellhom il-fama li huma nies moħhom jilħqilhom , użaw il-magna tal-ispjunaġġ b’mod bil-għaqal ħafna. Il-Koalizzjoni Għarbija mmexxija mill-Eġittu kellha magħha lis-Sirja , il-Ġordan u l-Iraq fost pajjiżi Għarab oħra . Il-Ministru tad-difiża Moshe Dayan meta ra l-figuri ta’ x’ kellu hu u x’kellhom ta’ kontrih iddeċieda li jattakka hu l-ewwel. Hu kien jaf minn spjunaġġ li kien ilu jsir li jekk ried jirbaħ, hu kellu jattakka għall għarrieda u li din il-gwerra ma kelliex iddum. Għalhekk nhar il-5 ta’Ġunju 1967 il-qawwa tal-ajru tal-Iżrael wetqet attakk kbir fuq qagħdiet Eġizzjani, fejn mill-ewwel dehret id-diżorganizzazzjoni fit –tmexxija tal-qawwiet Għarab. F'dan l-attakk il-Lhud użaw kważi l-ajruplani kollha li kellhom, li kien sogru kbir. Dan l-attakk tant kien suċċess li l-Lhud kellhom superjorità fl-ajru fil-ħames t’ijem ta’ wara. Dakinhar tal-5 ta’ Ġunju tista’ tgħid li Lhud kienu diġà nnewtralizzaw il-qawwiet Għarab. Wara l-attakk bl-ajru dakinhar, il-Lhud avvanzaw fuq territorju Għarbi fejn sa dak iż-żmien Ġerusalemm kienet parti minnu. Nhar is-7 ta’ Ġunju il-Belt Imqaddsa ġiet invaża fuq ordni ta’ Moshe Dayan ħalli ma jagħtix ċans lill-Ġnus Maqgħuda timponi waqfien mill-ġlied u din il-belt ma' tkunx intrebħet. Din kienet l-akbar rebħa għal-Lhud. Jeżisti ritratt famuż ta’ suldati Lhud ħdejn il-Ħajt tal-Biki. Il-Ġordan immexxi mir-Re Hussein tilef biċċa sew mill-art tiegħu. L-istrixxa ta’ Gaża waqgħet f ’idejn il-Lhud. Is-Sirja tilef l-għoljiet Golan filwaqt li l-Eġittu tilef is-Sinaj.F’din il-gwerra li lanqas damet ġimgħa, uriet il-majjistrija tal-poplu Lhudi li meta jkun daru mal-ħajt juża moħħu daqs kemm juża

driegħu. Il-Lhud tilfu mal-elf suldat filwaqt li l-Għarab tilfu ‘il fuq minn għaxar t’elef suldat. Wieħed mill-eroj tal-Lhud kien il-ġeneral Ariel Sharon li wara kellu jsir Prim Ministru. Din it-telfa għal Nasser kienet disfatta kbira. Huwa ħaseb li bl-armamenti li kellu kien ser jeqred l-istat Lhudi. Din ir-rebħa qajmet ewforija kbira fost il-poplu Lhudi. Issa t-territorju ta’ dan il-pajjiż kiber mhux ħażin. L-agħar li mar kien il-Ġordan li li tilef ħafna mill-art li kellu. Minn din il-gwerra bdiet il-problema tal-poplu Palestinjan li issa kien tilef ħafna mill-art tiegħu. Din il-gwerra ma kinitx tal-aħħar. Fl-1973 ġiet miġġielda il-gwerra ta’ Yom Kippur fejn il-Lhud ma marrux daqshekk tajjeb kontra l-Eġizzjani. Maż-żmien saru trattati ta’ paċi bejn iż-żewġ naħat fejn il-Lhud ċedew is –Sinaj fit-Trattat ta’ Camp David. L-Eġittu li wara li miet Nasser, kellu lil Anwar Sadat imexxiħ, irranġa ħafna ir-relazzjonijet tiegħu mal-Iżrael. Imma pajjiżi Għarab oħra baqgħu miksura mal-Lhud. Anke t-terroriżmu iffjorixxa aktar malajr minħabba din il-kwistjoni.

Il-Gwerra dejjem hi ħażina imma dakinhar, f ’Ġunju ta’ ħamsin sena ilu, l-Lhud urew kif bl-għaqda , l-għaqal u s-sogru tista’

tirbaħ lil min ikun akbar minnek.

Il-Gwerra ta' Sitt'ijiem - 1967Is-Sur Carmel Callus

Ariel Sharon 1967

Ajruplani Lhud jattakaw qagħdiet Eġizzjani 1967

Il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Moshe Dayan

Jerusalem 1967

Suldati Lhud ħdejn il-Ħajt tal-Biki Ġerusalemm 1967

Lhud jiċċelebraw ħdejn il-Ħajt tal-Biki Ġerusalemm 1967

Servizzi tal-Banda

NOVEMBRU 2017Nhar il-Ġimgha 17 ta’ Novembru 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser ittella’ l-Or-atorju, Sta. Katarina ta’ Lixandra ġewwa l-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-200 sena tal-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina V.M. Dan ser jibda fis-7.30pm.

Nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ brijjuż fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ Santa Katarina V.M. Dan ser jibda fit-8.00pm minn Triq il-Kbira sa Pjazza Repubblika.

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2017, ser issir il-ġurnata tal-Ġenituri tal-allievi tal-Banda Sta. K a t a -rina V.M. F’dan in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu l-ġenituri jkunu jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu mas-Surmast u Assistent Surmast u l-għalliem tal-allievi, fejn jiġi spjegat l-andament tat-tagħlim u l-progress ta’ wliedhom fit-tagħlim mużikali.

Nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru 2017 ser nassistu għal kunċert żgħir imtella’ mill-allievi stess mgħejuna minn xi bandisti diġà stabbiliti fil-preżenza tagħkom il-ġenituri. Dan ser isir fis-Sala Banda Sta. Katarina fis-6.30pm.

DIĊEMBRU 2017Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel servizz ta’ marċ ġewwa Bormla fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Immakulata. Dan is-servizz ser jibda fis-6.15pm minn fejn il-Knisja Parrokkjali u jispiċċa fid-9.15pm. Il-Banda tkun qed takkumpanja fil-purċissjoni b’daqq ta’ Innijiet Marjani.

Nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel Christmas Concert fis-Sala Banda Sta. Katarina V.M., fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied. Dan ser jibda fis-7.15pm.

Nhar mil-Milied, 25 ta’ Diċembru 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel servizz ta’ Christmas Carols fiż-Żurrieq. Dan ser jibda fl-10.00a.m. minn quddiem il-każin u jgħaddi minn xi toroq tal-madwar, fejn wara jerġa’ jiġi u jispiċċa fi Pjazza Repubblika fil-11.45am.

JANNAR 2018Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2018, ser isir recording mill-Banda Sta. Katarina V.M., fejn ser jiġu rrekord-jati l-Innijiet kollha li l-Banda ddoqq waqt il-purċissjoni ta’ Santa Katarina minn fuq il-planċier artistiku. Dan ser isir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijjet tal-200 sena mill-miġja tal-Istatwa Titulari.

Imla' l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jintlew bin-numru 1 sa 9.

Min ser jikkompeti jista’ jibgħat it-tweġiba tiegħu lis-Segretarju tas-Soċjetà: Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq sal-20 ta' Diċembru 2017.

2 6 3 5

5

1 7

5 4 9 2 1

6 3

9 5 2 6 8

6 3

7 9 1 4

A

B

C

D

E

F

G

H

I

F’din il-ħarġa fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. ser nagħtu ħarsa lejn niċċa sabiħa oħra ta’ Santa Katarina V.M. li tinsab fi Triq San Martin. Din hija

statwa sabiħa ħafna li mal-ewwel kif taraha dlonk ħsibijietek itiru lejn l-istatwa titulari ta’ Santa Katarina V.M. tal-Knisja arċipretali għax ix-xebħ qiegħed kważi identiku mal-vara proċessjonali għajr xi dettalji żgħar u l-kobor tal-istatwa. Tinħass sew l-influwenza tal-iskultur Marjanu Gerada però minn skolpa din l-istatwa stradali tal-ġebel kien skultur ta’ ċerta ħila wkoll. Ta’ min jinnota l-wiċċ grazzjuż, id-delikatezza tal-idejn, il-panneġġi tal-ilbies u fuq kollox l-eleganza ta’ din il-vara. Il-ħasra hi li ma tantx tista’ titgawda kif suppost peress li t-triq kemmxejn dejqa u n-niċċa qegħdha ftit fl-għoli. Din l-istatwa tidher li tmur lura lejn is-seklu 19 però tidher li m’għandiex skrizzjoni u għalhekk ma nistgħux nieħdu idea ta’ liema perjodu hi.

In-niċċa ta’ din l-istatwa hija strutturalment skolpita b’arkitettura sabiħa. L-entablatura ta’ fuq (il-gwarniċa) sal-iskudett t’isfel fiha mal-ħdax -il filata għolja. Din in-niċċa fuq tispiċċa bis-Salib però ma tantx jidher tajjeb. Dan minħabba li l-ġebla tas-Salib u tal-ħajt ta’ madwarha rabbew patina bijoloġika qawwija (dik il-qoxra ħoxna ta’ lewn skur ħafna) u għalhekk ġiet kulur wieħed. Wieħed jinnota tajjeb li taħt l-entablatura ta’ fuq hemm l-arma sabiħa

ta’ Santa Katarina V.M. – żewġ palmiet ħerġin minn ġol-kuruna; emblemi marbuta mal-Qaddisa Katarina.

In-Niċċa ta’ San Mikiel ArkanġluB’sodisfazzjon kbir għal din in-newsletter u għal ħafna Żrieraq ninnutaw li din in-niċċa bl-istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu fi Triq San Bert, ġiet irrestawrata – grazzi għall-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għat-Taqsima tad-Direttorat tar-Restawr. Din in-niċċa sfat abbandunata wisq b’konsegwenza li l-ġebla tħalliet tiddeterjora ħafna u b’xi partijiet minnha neqsin ukoll. Issa din qed titgawda fl-istat oriġinali tagħha.

Fuq nota personali nixtieq nirringrazzja lis-sur Charlie Tanti li provdieli r-ritratti neċessarji.

Referenzi:-Schembri P., Il-Qima Popolari taż-Żrieraq lejn il-Patruna tar-Raħal – Santa Katarina V.M., Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Programm tal-Festa 2002, Malta, 2002, p117-p118.

MATUL IS-SENA 2018 SEJRIN INFAKKRU:

L-400 sena minn meta t-Tempju Katarinjan sar Matriċi bit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Qrendi 1618-2018.

Il-125 sena mill-għoti tad-Dinjità Arċipretali lill-Knisja Matriċi ta’ Santa Katarina V.M. 1893-2018.

Il-200 sena mill-miġja tal-Istatwa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. 1818-2018.

Design & Printing: Tel: 21250994/3