8

Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għat-13-il Distrett - Għawdex

Citation preview

Page 1: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali
Page 2: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

Ejja nagħmlu

d-diffErEnza

“Ta’ Dovik”

Kandidat f ’isem il-Partit Nazzjonalista għat-13-il Distrett - Għawdex

Page 3: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali
Page 4: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

Samuel Azzopardi għandu tletin sena, avukat, Sindku tal-belt Victoria u President tar-Reġjun Għawdex. Huwa studja kemm fl-Universita` ta’ Malta u kemm fl-Universita` degli Studi di Verona fl-Italja u ggradwa ukoll fis-servizzi finanzjarji. Samuel daħal fil-politika ta’ eta` żgħira. Għal diversi snin okkupa l-kariga ta’ President tal-Grupp Universitarji Għawdxin fejn kien strumentali għal diversi bidliet li seħħew b’risq l-istudenti Għawdxin f’Malta. Hu ukoll kien membru ta’ diversi kummissjonijiet tal-Kunsill Studenti Universitarji u hu attiv fil-volontarjat. Serva ukoll f’diversi karigi fi ħdan l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, u kien membru tal-eżekuttiv tal-PN.

Fl-2003 ta’ għoxrin sena ikkontesta b’success għall-ewwel darba l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-belt Victoria f’isem il-Partit Nazzjonalista. Wara assenza ta’ tlett snin mill-politika fl-2009 huwa reġa kkontesta l-elezzjonijet tal-kunsill bl-għajta ta’ Viżjoni Ċara u din id-darba ġab l-akbar ammont ta’ voti u laħaq Sindku tal-belt Victoria – il-belt ta’ Għawdex.

Huwa mill-ewwel beda programm ta’ riformi fejn assigura ukoll finanzi fis-sod għal futur fis-sod. Fil-fatt il-kunsill taħt it-tmexxija tiegħu rnexxielu jikseb l-akbar ammont ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea li qatt ġie ġestit minn kunsill lokali f’Malta u Għawdex. Żewġ proġetti partikolari dak taċ-ċentru storiku tal-belt Victoria u dak tal-playing field jitilgħu għal €2.2 miljuni. L-impenn li ta’ lejn l-intrapriża lokali u reġjonali ġiet ppremjata meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria fl-2012 ġie fl-ewwel post fil-Premijiet Nazzjonali għall-Appoġġ lill-Intrapriża u wara rrapreżenta lil Malta fil-European Promotion Support Awards 2012 taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ewropea.

Page 5: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

Fl-2010 huwa ġie elett mill-kunsilliera ta’ Għawdex bħala l-ewwel President tar-Reġjun fejn ħadem bla nifs mas-Sindki kollha ta’ Għawdex sabiex r-reġjonalita ta’ Għawdex tiġi msaħħa u apprezzata aktar. Huwa daħħal ukoll lil Għawdex fil-European Regions for Youth – network importanti Ewropea illi tħaddan fiha għaxar reġjuni kbar membri tal-Unjoni Ewropea.

Huwa ukoll membru tal-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Kunsill Lokali u parti mid-delegazzjoni Maltija fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea fejn ressaq ukoll rapport fuq il-budget tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni rregolari, terroriżmu u l-fruntieri, fuq budget ta’ €10.5 biljuni. L-istess Kummissarju tal-Intern Cecilia Malmström irringrazzjat lil Dr Azzopardi ghar-rapport bilanċjat u raġunat li ta.

Samuel Azzopardi huwa miżżewweġ lil Dr Ramona Azzopardi, għandom tifla jisimha Emma u qed jistennew tarbija oħra.

Page 6: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali
Page 7: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

Il-viżjoni tiegħi għal Għawdex hija waħda ċara u netta, li inrid nara lil min jgħix f’Għawdex jgħix ħajja ta’ kwalita`. Inrid li nara iktar jobs jinħolqu f’ambjent tajjeb u nadif. Nixtieq li t-tfal tagħna jkollhom l-aqwa edukazzjoni possibli f’Għawdex u li nara li jkun hawn livell ogħla fil-qasam tas-saħħa. Gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista għamlu ħafna u jekk tagħtina l-fiduċja tiegħek nagħmlu iktar, nagħmlu qabża oħra ta’ kwalita`.

Naħseb illi f’Għawdex iridu jiġu msaħħa l-oqsma li s’issa ikkontribwew b’mod sħiħ għall-għixien tagħna bħall-agrikoltura u s-sajd u n-negozji żgħar u medji li huma s-sinsla tal-ekonomija reġjonali. Inridu nissalvagwardjaw u nirriġeneraw l-industrija tat-turizmu, inridu bis-sħiħ, flimkien naraw lil Għawdex jilħaq it-tragward importanti ta’ high end destination ħalli l-prodott turistiku tagħna jkun tal-ogħla livell u sostenibbli.

Jixraq li jinħolqu platforms fis-servizzi finanzjarji, il-gaming u t-teknologija tal-informatika għaliex b’hekk jitjiebu l-possibiltajiet ta’ iktar jobs ta’ kwalita`.

Nixtieq nara l-qasam tal-arti, drama, letteratura u l-mużika msaħħa u mtejba sabiex jagħtu iktar valur miżjud lis-soċjeta` tagħna.

Inrid nara l-futbol jieħu dimensjoni aqwa u iktar varjeta` ta’ dixxiplini sportivi f’Għawdex għaliex nemmen li l-isport huwa neċessarju għas-saħħa tagħna u ta’ uliedna.

Inridu flimkien nagħtu l-massimu tagħna għal iktar quality control fil-livelli kollha ħalli l-għixien tagħna ikun ta’ kwalita`.

Wara kollox ilkoll nixtiequ l-aqwa għall-gżira tagħna. Partit Nazzjonalista qiegħed iwegħedek illi Għawdex jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tal-gvern. Jiena qiegħed inwegħek il-massimu tiegħi sabiex flimkien nagħmlu qabża oħra ta’ kwalita`. Ejja nagħmlu d-differenza...

Samuel

Page 8: Samuel Azzopardi - Elezzjoni Generali

dr Samuel azzopardi42A Main Gate Street 

Victoria Gozo Malta VCT 1344Tel: 21563285 | Fax: 21563286 | Mob: 99803834

Web: www.samuelazzopardi.infoEmail: [email protected] L: twitter.com/samuel_azz

F: facebook.com/samuelazzopardipage