25
Qari mill- Ittra lil-Lhud. Lhud 13, 15-17.20-21 Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir- Ragħaj il-kbir tan-

Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 1 3 , 15 - 17.20-21

  • Upload
    kent

  • View
    62

  • Download
    5

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 1 3 , 15 - 17.20-21. Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir-Ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b’kull ħaġa tajba. Ħuti , b ’ Ġesù , mela, ejjew noffru f’kull ħin lil Alla - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Qari mill-Ittra lil-Lhud.

Lhud 13, 15-17.20-21

Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir-Ragħaj

il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b’kull ħaġa tajba.

Page 2: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Ħuti, b’Ġesù, mela, ejjew noffru f’kull ħin lil Allasagrifiċċju ta’ tifħir, jiġifieri l-kelma ta’ xufftejna li tistqarru ismu.Tinsewx tagħmlu l-ġid lill-oħrajn, u taqsmu

Page 3: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

bejnietkom dak li għandkom, għax b’sagrifiċċji bħal dawn jitgħaxxaq Alla. Oqogħdu għal dawk li jmexxukom, u obduhom, għax huma jgħassu

Page 4: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

fuqkom għall-ġid tagħkom, bħala nies li għad iridu jagħtu kont tagħkom. Hekk huma jaqdu dan id-dmir bil-ferħ, u mhux bi swied il-qalb; għax dan ma jkun

Page 5: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

jiswielkom ta’ ebda ġid.U Alla tas-sliem, li bis-saħħa tad-demm tal-patt ta’ dejjem qajjem mill-imwiet lil Sidna Ġesù, li hu r-Ragħaj il-kbir tan-nagħaġ,

Page 6: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

iwettaqkom b’kull ħaġa tajba, biex tagħmlu r-rieda tiegħu; ħalli jagħmel hu fina dak li jogħġob lilu b’ Ġesù Kristu, li lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.

Page 7: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 8: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,xejn ma jonqosni.

Page 9: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;

hemm hu jrejjaqni.

Page 10: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

Page 11: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.Imqar jekk nimxi f’wied

mudlam,

Page 12: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek,

huma jwennsuni.

Page 13: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

Page 14: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Int tħejji mejda għalijaquddiem l-għedewwa

tiegħi.Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

Page 15: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

Page 16: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Miegħi, iva, jimxu it-tjieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.U ngħammar f’dar

il-Mulejsakemm indum ħaj.

Page 17: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

Page 18: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej, u jiena nagħrafhom

u huma jimxu warajja.Hallelujah, Hallelujah

Page 19: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Qari

mill-Evanġelju skont

San MarkMk 6, 30-34

R:/ Glorja lilek

MulejKienu qishom ngħaġ

bla ma għandhom ragħaj.

Page 20: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss

weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit.”

Page 21: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin,u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies

Page 22: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom,u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira

Page 23: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Page 24: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 25: Qari  mill-I ttra lil-Lhud . Lhud  1 3 ,  15 - 17.20-21

ĦSIEB