2
Da importan biex ngħaqdu magħna Awguri għas-sena skolaska l-ġdida 16 Oubru 2012 Bidu tal-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am 19.10.12 Qari ma’ Natalie Portelli fil-Kinder 1 & 2, Years 1 u 2 Ġenitur wieħed għal kull student/a hu miseden jaendi. 22.10.12 It-al tal-Year 3 flimkien ma’ ġenitur wieħed għandhom ħarġa edukava fil-Home Economics Centre. 23.10.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am 25.10.12 Laqgħa għall-ġenituri kollha dwar Internet Safety fid-9am 30.10.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am 01.11.12—02.11.12 Vaganzi tal–Mid-term 05 Novembru 2012 Laqgħa għall-ġenituri tal-Kinder 1 & 2 u Year 4 minn CSS (Child Safety Services) fid-9am; It-al kollha jispiċċaw f’nofsinhar għaliex l-għalliema għandhom laqgħa; jintbagħtu l-istudent progress cards 06.11.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am 07.11.12 08:45—13:00—Coffee Morning, Cerviola Hotel, M’Scala (Bilje mgħand il-Ġenituri tal-Kunsill) 07.11.12—09.11.12 Fiera tal-Pjan fl-Iskola miſtuħa għall-qraba tal-istuden 09.11.12 Ċelebrazzjoni ta’ San Marn fl-Iskola tagħna 09.11.12 PARENTS’ AFTERNOON bejn in-12:30 u s-14:30—it-al kollha jispiċċaw f’nofsinhar. Il-ġenituri mitluba jġibu lura magħhom l- iStudent Progress Cards. Laqgħa għall-ġenituri tas-6 sena mis-Sedqa mill-5pm sat-8pm 13.11.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am 15.11.12 Bidu tal-kors Let me Learn għall-ġenituri tal-Year 2 u 3 fid-9am 27.11.12 Ħarġa kulturali għall-ġenituri organizzata mill-kumitat tal- ġenituri tal-Kulleġġ San Benediu fiż-Żebbiegħ u l-Baħrija 28.11.12 Laqgħa għall-ġenituri “L-effe tal-firda” fid-9am 20 Diċembru 2012 Il-kunċert tal-Milied 2012 għall-ġenituri u qraba tal-istuden Aħna għandna għal qalbna d-dehra tal-iskola tagħna. Das-Sajf bdejna nagħtu dehra ġdida lill-bibien tal-klassijiet kollha. L-għalliema kollha rranġaw il-klassijiet tagħhom bl-aqwa mod possibbli. Intom ukoll stgħu tgħinu. Jekk għandkom xi ġugarelli, kotba jew kostumi li għadhom f’kundizzjoni tajba u m’għandkomx aktar użu għalikom stgħu tagħtuhom bħala donazzjoni lill-iskola. Aħna naċċertawkom li qed nagħmlu użu siewi minn kull donazzjoni ta’ affarijiet li nirċievu mingħandkom. Uliedkom stess żgur li jiġu d-dar jirrakkontawlkom kemm għandhom affarijiet sbieħ fil-klassi u fl-iskola in ġenerali. Nirringrazzjawkom ukoll tal-appoġġ li sibna fikom fil-ġbir ta’ tappijiet tal-plask. Fadal l-aħħar ſtit ġimgħat cans li ġġibu dawn it-tappijiet l-iskola. Grazzi tas- sapport. Il-kumpannija GreenPak se tagħ donazzjoni fi flus lill-Istrina 2012 għal kull kilo tappijiet tal-plask li se ġbor mill-iskejjel lokali. Nifirħu mill-ġdid lill-istuden kollha tagħna li s-sena li għaddiet kienu fir-raba’, l- ħames u s-si klassi tar-riżulta sbieħ li kisbu. Kif rajna fil-preżentazzjoni tal-bidu tas-sena, il-medja tal-iskola tagħna taqbeż fis-suġġe kollha l-medja tal-Kulleġġ u l-medja Nazzjonali. Dan jawgura tajjeb imma jfakkarna wkoll li biex nilħqu u naqbżu dawn il-miri rridu nkomplu naħdmu bir-reqqa bħal ma dejjem għamilna. Il-lezzjonijiet tax-Xjenza u l-użu tal-IT huma żewġ oqsma li qed niffukkaw sew fuqhom ukoll f’din is-sena skolaska. L-istuden wrew interess kbir f’dawn iż- żewġ oqsma u aħna qed ngħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fihom ukoll. Infakkrukom li l-ġranet tat-Tlieta u l-Ħamis għadhom iddedika għalikom il- ġenituri li tkunu xequ tkellmu lill-amministrazzjoni tal-iskola. Inħeġġukom tagħmlu appuntament mal-iskrivan tal-iskola b’hekk inżommu mal-ħin. Intennulkom il-moo tal-iskola tagħna: dak li nibqgħu pożivi fil-ħsieb, fil-ħidma u fl-għemil. B’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li qed inkunu ta’ ġid għall- istuden tagħna. Rwol il-ġenituri jibqa’ importan għalina għax b’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li dak li qed nibnu l-iskola qed ikompli jissaħħaħ id-dar ukoll. Nagħlqu l-messaġġ tagħna għal dan ix-xahar billi nisednu lil dawk li għandhom it-talent li joħolqu presepji biex jitkellmu ma’ xi ħadd minnha t-tlieta b’hekk nagħmlu lezzjonijiet ta’ kraſts mat-al dwar il-bini ta’ presepju sempliċi għal żmien il-Milied. Filwaqt li kumpanniji li les jagħtu daqqa t’id għall-borża ta’ San Marn jistgħu jkellmuna wkoll ħalli nimlew il-boroż tat-al kollha tal-iskola! Mr D Grech Ms E Vassallo Mr S Sammut

Newsletter October 2012

Embed Size (px)

DESCRIPTION

School's newsletter for October 2012

Citation preview

Page 1: Newsletter October 2012

Dati importanti biex tingħaqdu magħna Awguri għas-sena skolastika l-ġdida

16 Ottubru 2012 Bidu tal-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

19.10.12 Qari ma’ Natalie Portelli fil-Kinder 1 & 2, Years 1 u 2 Ġenitur wieħed għal kull student/a hu mistieden jattendi.

22.10.12 It-tfal tal-Year 3 flimkien ma’ ġenitur wieħed għandhom ħarġa edukattiva fil-Home Economics Centre.

23.10.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

25.10.12 Laqgħa għall-ġenituri kollha dwar Internet Safety fid-9am

30.10.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

01.11.12—02.11.12 Vaganzi tal–Mid-term

05 Novembru 2012

Laqgħa għall-ġenituri tal-Kinder 1 & 2 u Year 4 minn CSS (Child Safety Services) fid-9am; It-tfal kollha jispiċċaw f’nofsinhar għaliex l-għalliema għandhom laqgħa; jintbagħtu l-istudent progress cards

06.11.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

07.11.12 08:45—13:00—Coffee Morning, Cerviola Hotel, M’Scala (Biljetti mgħand il-Ġenituri tal-Kunsill)

07.11.12—09.11.12 Fiera tal-Pjanti fl-Iskola miftuħa għall-qraba tal-istudenti

09.11.12 Ċelebrazzjoni ta’ San Martin fl-Iskola tagħna

09.11.12

PARENTS’ AFTERNOON bejn in-12:30 u s-14:30—it-tfal kollha jispiċċaw f’nofsinhar. Il-ġenituri mitluba jġibu lura magħhom l-iStudent Progress Cards. Laqgħa għall-ġenituri tas-6 sena mis-Sedqa mill-5pm sat-8pm

13.11.12 Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

15.11.12 Bidu tal-kors Let me Learn għall-ġenituri tal-Year 2 u 3 fid-9am

27.11.12 Ħarġa kulturali għall-ġenituri organizzata mill-kumitat tal-ġenituri tal-Kulleġġ San Benedittu fiż-Żebbiegħ u l-Baħrija

28.11.12 Laqgħa għall-ġenituri “L-effetti tal-firda” fid-9am

20 Diċembru 2012 Il-kunċert tal-Milied 2012 għall-ġenituri u qraba tal-istudenti

Aħna għandna għal qalbna d-dehra tal-iskola tagħna. Das-Sajf bdejna nagħtu dehra ġdida lill-bibien tal-klassijiet kollha. L-għalliema kollha rranġaw il-klassijiet tagħhom bl-aqwa mod possibbli. Intom ukoll tistgħu tgħinu. Jekk għandkom xi ġugarelli, kotba jew kostumi li għadhom f’kundizzjoni tajba u m’għandkomx aktar użu għalikom tistgħu tagħtuhom bħala donazzjoni lill-iskola. Aħna naċċertawkom li qed nagħmlu użu siewi minn kull donazzjoni ta’ affarijiet li nirċievu mingħandkom. Uliedkom stess żgur li jiġu d-dar jirrakkontawlkom kemm għandhom affarijiet sbieħ fil-klassi u fl-iskola in ġenerali. Nirringrazzjawkom ukoll tal-appoġġ li sibna fikom fil-ġbir ta’ tappijiet tal-plastik. Fadal l-aħħar ftit ġimgħat cans li ġġibu dawn it-tappijiet l-iskola. Grazzi tas-sapport. Il-kumpannija GreenPak se tagħti donazzjoni fi flus lill-Istrina 2012 għal kull kilo tappijiet tal-plastik li se tiġbor mill-iskejjel lokali. Nifirħu mill-ġdid lill-istudenti kollha tagħna li s-sena li għaddiet kienu fir-raba’, l-ħames u s-sitt klassi tar-riżultati sbieħ li kisbu. Kif rajna fil-preżentazzjoni tal-bidu tas-sena, il-medja tal-iskola tagħna taqbeż fis-suġġetti kollha l-medja tal-Kulleġġ u l-medja Nazzjonali. Dan jawgura tajjeb imma jfakkarna wkoll li biex nilħqu u naqbżu dawn il-miri rridu nkomplu naħdmu bir-reqqa bħal ma dejjem għamilna. Il-lezzjonijiet tax-Xjenza u l-użu tal-IT huma żewġ oqsma li qed niffukkaw sew fuqhom ukoll f’din is-sena skolastika. L-istudenti wrew interess kbir f’dawn iż-żewġ oqsma u aħna qed ngħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fihom ukoll. Infakkrukom li l-ġranet tat-Tlieta u l-Ħamis għadhom iddedikati għalikom il-ġenituri li tkunu tixtiequ tkellmu lill-amministrazzjoni tal-iskola. Inħeġġukom tagħmlu appuntament mal-iskrivan tal-iskola b’hekk inżommu mal-ħin. Intennulkom il-motto tal-iskola tagħna: dak li nibqgħu pożittivi fil-ħsieb, fil-ħidma u fl-għemil. B’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li qed inkunu ta’ ġid għall-istudenti tagħna. Rwol il-ġenituri jibqa’ importanti għalina għax b’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li dak li qed nibnu l-iskola qed ikompli jissaħħaħ id-dar ukoll. Nagħlqu l-messaġġ tagħna għal dan ix-xahar billi nistiednu lil dawk li għandhom it-talent li joħolqu presepji biex jitkellmu ma’ xi ħadd minnha t-tlieta b’hekk nagħmlu lezzjonijiet ta’ krafts mat-tfal dwar il-bini ta’ presepju sempliċi għal żmien il-Milied. Filwaqt li kumpanniji li lesti jagħtu daqqa t’id għall-borża ta’ San Martin jistgħu jkellmuna wkoll ħalli nimlew il-boroż tat-tfal kollha tal-iskola!

Mr D Grech Ms E Vassallo Mr S Sammut

Page 2: Newsletter October 2012

Attivitajiet fuq l-Internet

Is-sit uffiċċjali tal-iskola tagħna:

www.ghaxaqprimary.wordpress.com

Nieħdu l-okkażjoni biex infakkrukom fis-sit uffiċċjali tal-iskola tagħna.

Issa tistgħu ssibu wkoll il-kalendarju bl-attivitajiet kollha għall-ewwel term, b’hekk tkunu tistgħu tibbukkjaw il-leave tagħkom biex tipparteċipaw

magħna. Is-sit qed ikun aġġornat ta’ sikwit b’attivitajiet u informazzjoni relatata mal-ħajja tal-iskola tagħna. Fil-ġenb issibu wkoll għadd ta’ links

edukattivi fejn it-tfal jitgħallmu permezz ta’ logħob interattiv. S’issa qbiżna l-11-il elf hit fuq dil-paġna. Grazzi tal-interess.

St Benedict College Ħal Għaxaq Primary School

Gudja Road ĦAL GĦAXAQ

Phone: 21898260

E-mail: [email protected]

OTTUBRU 2012 Għeżież ġenituri u kustodji tal-istudenti tagħna, Insellmulkom u nagħtukom merħba għal din is-sena skolastika ġdida. Ftaħna dis-sena skolastika b’tislima permezz ta’ quddiesa lill-ex-Prinċipal tal-Kulleġġ tagħna Ms M. Sciortino li rtirat f’Settembru 2012. Dak inhar ltqajna wkoll mal-Prinċipal il-ġdid tal-Kulleġġ tagħna, is-Sur C. Micallef. Permezz ta’ din il-ħarġa nixtiequ li f’isimkom nirringrazzjaw lil Ms Sciortino tas-sapport kontinwu li tat lill-iskola tagħna fil-ħtiġijiet kollha li kellna bżonn l-interventi tagħha u fl-istess waqt nagħtu merħba lill-Prinċipal il-ġdid u nawgurawlu li flimkien nibqgħu nindukraw dan is-sens ta’ għaqda li hemm bejn l-iskola tagħna u l-kumplament tal-kulleġġ għall-ġid tal-istudenti tagħna. Ma nistgħux ma ninnutawx b’sodisfazzjon l-interess li bqajtu turu intom il-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti tagħna fil-ħajja skolastika ta’ uliedkom. ‘Il fuq minn 96% tagħkom attendejtu għall-ewwel laqgħa tagħkom magħna fil-ftuħ ta’ din is-sena skolastika. L-4% l-oħra qed insibu mezzi kif nilħquhom ukoll. Ħabbarna li tul din is-sena skolastika, l-iskola tagħna se tkun qed taħdem fuq 3 pjani ta’ azzjoni biex tindirizza dawn l-oqsma: (i) Literacy and Oracy; (ii) Assessjar u (iii) Riżorsi. Ħabbarna b’mod uffiċċjali li nhar ta’ Erbgħa fl-iskola tagħna se tibda’ tittella’ l-ġurnata li fiha l-kommunikazzjoni kollha ssir bl-Ingliż. It-tfal kollha mistennija jitkellmu bl-Ingliż matul il-ġurnata kollha. Ikun t’għajnuna kbira jekk jirnexxielkom iżżommuha d-dar ukoll. Apparti hekk l-għalliema kollha fehemu l-ħtieġa li l-lezzjonijiet kollha tal-Ingliż isiru dejjem bl-Ingliż matul il-ġimgħa kollha. Se nkomplu għaddejin bl-inizjattiva tax-Show & Tell u minn dis-sena se nintroduċu sessjonijiet ta’ Qari ta’ Stejjer minn awturi u mistiedna oħra. Dan kollu qed nagħmluh biex l-istudenti jitrawmu f’imħabba dejjem akbar lejn il-qari. Dis-sena qed nintroduċu wkoll l-iStudents Progress Cards. Dawn se joffru l-opportunità lilkom il-ġenituri u kustodji biex issegwu aħjar il-progress li qed jagħmlu uliedkom fil-ħiliet li mistennija jiżviluppaw tul is-sena skolastika. Dawn il-Progress Cards jingħatawlkom tliet darbiet fis-sena. L-ewwel waħda se tingħatalkom f’Novembru. Intom mistennija taqrawha, tniżżlu l-kummenti tagħkom u tirritornawha l-iskola fi żmien tlitt ijiem minn meta tirċevuha. Ta’ min ifakkar li dawn il-Progress Cards huma fuq l-inizjattiva tal-għalliema tal-iskola tagħna għaliex huma professjonali biżżejjed li għarfu l-ħtieġa li intom bħala ġeni-turi huwa tajjeb li jkollkom bil-miktub dak li fi snin imgħoddija konna ngħidulkom permezz tal-fomm biss. It-tielet pjan ta’ azzjoni huwa dwar ir-riżorsi. (artiklu jkomplu f’paġna 3)

Are you practicing

your English at home?

How many books have you read so

far?