52
STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ EWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR MT

MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

  • Upload
    others

  • View
    13

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

STRATEĠIJA EWROPEA

TA’ SIGURTÀEWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR

MT

Page 2: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 3: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

STRATEĠIJA EWROPEA

TA’ SIGURTÀ

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

EWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR

Page 4: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Ammont kbir ta’ informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea jinsab

fuq l-Internet. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb permezz tas-server Europa

(www.europa.eu).

Informazzjoni dwar katalgi tinsab fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2009

ISBN 978-92-824-2428-5

doi: 10.2860/15845

© Komunitajiet Ewropej, 2009

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm il-darba jisemma s-sors

Printed in Belgium

STAMPAT FUQ KARTA BAJDA ĦIELSA MILL-KLORUR

Avviż

Il-kontenut ta’ dan il-fuljett, li ġie mfassal mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill,

ma jimplikax l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u lanqas il-gvernijiet tal-Istati

Membri.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja s-servizz Informazzjoni għall-

pubbliku tal-Unità tal-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali F fl-indirizz li ġej:

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

Rue de la Loi 175

B-1048 Brussell

Fax +32 (0)2 281 49 77

Internet www.consilium.europa.eu/infopublic

Page 5: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà ġiet adottata f’Diċembru

2003, u saret punt importanti fl -iżvilupp tal-politika estera

u ta’ sigurtà tal-UE.

Għall-ewwel darba, l-UE qablet dwar valutazzjoni konġunta

tat-theddid u ffi ssat objettivi ċari biex l-interessi ta’ sigurtà

tagħha jimxu ‘l quddiem abbażi tal-valuri ċentrali tagħna.

Xejn ma jiddeskrivi l-aspirazzjonijiet tagħna aħjar mit-titolu

tal-Istrateġija: ‘Ewropa Sigura f’Dinja Aħjar’ — dak huwa

l-għan aħħari tal-azzjonijiet tagħna.

Ħames snin wara, f’Diċembru 2008, ippreżentajt rapport ta’ implimentazzjoni lill-

Kunsill Ewropew b’segwitu ta’ mandat mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern. Bit-titolu

‘Niżguraw is-sigurtà f’dinja li qed tinbidel’, dan ir-rapport, elaborat f’assoċjazzjoni

mal-Kummissjoni Ewropea, jeżamina kif l-istrateġija ħadmet fi l-prattika, u x’għandu

jsir biex titjieb l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvernijiet endorsjaw

l-analiżi tiegħu.

Kif ser taraw intom stess, f’perijodu ta’ żmien qasir inkisbu ħafna aff arijiet. Iżda ma

hemmx lok għal kompjaċenza. Qed inkomplu niff aċċjaw sfi di kumplessi, f’dinja li

qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

Jien konvint li l-Ewropa ser tiff aċċja dawn l-isfi di ġodda b’determinazzjoni, bħalma

għamilna fl -imgħoddi.

Javier Solana

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE/Rappreżentant Għoli

għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni

Introduzzjoni

Page 6: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Merti tar-Ritratt

Paġna 3 Kunsill tal-UE — © Komunitajiet Ewropej

Paġna 10 Kunsill tal-UE — © Komunitajiet Ewropej

Paġna 15 © EC/ECHO/Adriaan Sullivan

Paġna 17 EULEX Kosovo

Paġna 25 © Komunitajiet Ewropej

Paġna 28 EUMM Georgia

Paġna 38 Kunsill tal-UE — © Komunitajiet Ewropej

Paġna 43 © Komunitajiet Ewropej

Page 7: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Introduzzjoni 3

RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI

TAL-ISTRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ

— Nipprovdu s-Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel 7

EWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR

— Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà 27

Werrej

Page 8: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 9: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Sommarju Eżekuttiv

Ħames snin wara l-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, l-Unjoni

Ewropea qed terfa’ responsabbiltajiet akbar milli qatt kellha fl -istorja

tagħha.

L-UE tibqa’ ankra ta’ stabbiltà. It-tkabbir ġab miegħu fi rxa akbar ta’

demokrazija u ta’ prosperità madwar il-kontinent tagħna. Il-Balkani qed

jinbidlu għall-aħjar. Il-politika tal-viċinat tagħna ħolqot qafas b’saħħtu

għar-relazzjonijiet mal-imsieħba fi n-Nofsinhar u fi l-Lvant, li issa ħa

dimensjoni ġdida bl-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant.

Mill-2003 ‘l hawn, l-UE għamlet diff erenza dejjem akbar fl -indirizzar

tal-kriżijiet u tal-konfl itti, f’postijiet bħall-Afganistan u l-Ġeorġja.

Safrattant, għoxrin sena wara l-Gwerra Bierda, l-Ewropa qed tiff aċċja

theddid u sfi di dejjem iżjed kumplessi.

Konfl itti fi l-Lvant Nofsani u f’postijiet oħra fi d-dinja jibqgħu mhux

solvuti, oħrajn faqqgħu anke fi l-viċinat tagħna. Il-falliment tal-istat

jaff ettwa s-sigurtà tagħna permezz tal-kriminalità, l-immigrazzjoni

illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità

organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż fi s-soċjetajiet tagħna

stess. Il-programm nukleari Iranjan avvanza b’mod sinifi kanti, u qed

ikun ta’ periklu għall-istabbiltà fir-reġjun u għas-sistema kollha

tan-nonproliferazzjoni.

RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI

TAL-ISTRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ

Nipprovdu s-Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel

Page 10: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

8

Il-globalizzazzjoni ġabet magħha opportunitajiet ġodda. Tkabbir

qawwi fi d-dinja li qed tiżviluppa, immexxija miċ-Ċina, ħeles lill-miljuni

mill-faqar. Iżda l-globalizzazzjoni ġabet magħha wkoll theddid aktar

kumpless u interkonness. L-arterji tas-soċjetà tagħna — bħas-sistemi

tal-informazzjoni u l-fornimenti tal-enerġija — huma aktar vulnerab-

bli. It-tisħin globali u d-degradazzjoni ambjentali qed ibiddlu wiċċ

il-pjaneta tagħna. Barra minn hekk, il-globalizzazzjoni qed taċċellera

ċ-ċaqliq fil-poter u qed tesponi differenzi fil-valuri. Taqlib finan-

zjarju riċenti heżżeż kemm ekonomiji żviluppati kif ukoll dawk li qed

jiżviluppaw.

L-Ewropa ser tiff aċċja dawn l-isfi di ġodda b’determinazzjoni, bħalma

għamilna fl -imgħoddi.

Waqt li tħaddem fi rxa unika ta’ strumenti, l-UE diġà qed tikkontribwixxi

biex id-dinja tkun aktar sigura. Aħna ħdimna biex nibnu s-sigurtà

tal-bniedem, billi naqqasna l-faqar u l-inugwaljanza, inkoraġġejna

l-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, għenna l-iżvilupp,

u indirizzajna l-kawżi fl -għeruq tal-konfl itt u tan-nuqqas ta’ sigurtà.

L-UE tibqa’ l-akbar donatur għall-pajjiżi fil-bżonn. Huwa meħtieġ

impenn fuq perijodu fi t-tul għall-istabbilizzazzjoni dejjiema.

Matul l-aħħar deċennju, il-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difi ża, bħala

parti integrali mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħna, kibret

fl -esperjenza u l-kapaċità, b’aktar minn 20 missjoni skjerata bħala

rispons għall-kriżijiet, li jvarjaw mill-konsolidazzjoni tal-paċi wara

t-tsunami f’Aceh għall-protezzjoni tar-refuġjati fi ċ-Ċad.

Dawn il-kisbiet huma r-riżultat ta’ approċċ Ewropew distintiv għall-

politika estera u ta’ sigurtà. Iżda ma hemmx lok għal kompjaċenza.

Biex niżguraw is-sigurtà tagħna u nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini

tagħna, irridu nkunu lesti nsawru l-ġrajjiet. Dan ifi sser li nsiru aktar

strateġiċi fi l-mod tal-ħsieb tagħna, u aktar eff ettivi u viżibbli madwar

id-dinja. Aħna nirnexxu l-aktar meta noperaw fi l-waqt u b’mod koerenti,

imsaħħa b’kapaċitajiet adatti u b’appoġġ pubbliku sostnut.

Page 11: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

9

Soluzzjonijiet dejjiema għall-konfl itt iridu jgħaqqdu fl imkien l-atturi

reġjonali kollha li għandhom interess komuni ta’ paċi. Gvernijiet

sovrani jridu jerfgħu r-responsabbiltà għall-konsegwenzi tal-azzjo-

nijiet tagħhom u jerfgħu responsabbiltà konġunta għall-protezzjoni

tal-popolazzjonijiet mill-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku

u d-delitti kontra l-umanità.

Huwa importanti li l-pajjiżi jimxu mal-prinċipji fondamentali tal-Karta

tan-NU u mal-prinċipji u l-impenji tal-OSKE. Irridu nkunu ċari li r-rispett

lejn is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Istati

u s-soluzzjoni paċifi ka għat-tilwim ma humiex negozjabbli. It-theddid

jew l-użu tal-forza militari ma tistax titħalla ssolvi kwistjonijiet territor-

jali — imkien.

Fuq livell globali, l-Ewropa għandha tmexxi tiġdid tal-ordni multila-

terali. In-NU tinsab fi l-quċċata tas-sistema internazzjonali. Dak kollu li

għamlet l-UE fi l-qasam tas-sigurtà kien marbut mal-objettivi tan-NU.

Għandna opportunità unika biex inġeddu l-multilateraliżmu, b’ħidma

mal-Istati Uniti u mal-imsieħba tagħna madwar id-dinja. Għall-Ewropa,

is-sħubija transatlantika tibqa’ pedament li ma jistax jinbidel, ibbażat

fuq storja u responsabbiltajiet komuni. L-UE u n-NATO jeħtiġilhom

japprofondixxu s-sħubija strateġika tagħhom għal kooperazzjoni aħjar

fl -immaniġġjar tal-kriżijiet.

L-UE għamlet progress sostanzjali tul l-aħħar ħames snin. Aħna

rikonoxxuti bħala kontributur importanti għal dinja aħjar. Iżda, minke-

jja dak kollu li nkiseb, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’

Sigurtà (SES) għadha għaddejja. Biex nilħqu l-potenzjal kollu tagħna

jeħtiġilna nkunu dejjem aktar kapaċi, aktar koerenti u aktar ħawtiela.

Page 12: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (SES)

f’Diċembru 2003. Għall-ewwel darba, huwa stabbilixxa prinċipji u ffi ssa

objettivi ċari biex l-interessi ta’ sigurtà tal-UE jimxu ‘l quddiem abbażi

tal-valuri ċentrali tagħna. L-SES hija komprensiva fl -approċċ tagħha

u tibqa’ kompletament rilevanti.

Dan ir-rapport ma jiħux post l-SES, iżda jsaħħaħha. Jagħti opportunità

biex isir studju ħalli naraw kif morna fi l-prattika, u x’jista’ jsir biex titjieb

l-implimentazzjoni.

Introduzzjoni

Ir-Rappreżentant

Għoli tal-UE Javier

Solana, il-President

tas-Somalja Sharif

Sheikh Ahmed

u s-Segretarju Ġenerali

tan-Nazzjonijiet

Uniti Ban Ki-moon

matul il-Konferenza

dwar is-Somalja, li

saret b’mod konġunt

min-Nazzjonijiet Uniti,

l-Unjoni Ewropea

u l-Unjoni Afrikana, fi

Brussell f’April 2009

Page 13: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

L-SES identifikat firxa ta’ theddid u sfidi għall-interessi ta’ sigurtà

tagħna. Wara ħames snin dawn għadhom hemm: x’uħud kisbu sinifi -

kat akbar, u kollha saru aktar kumplessi.

Il-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa

Il-proliferazzjoni, kemm mill-Istati kif ukoll mit-terroristi, kienet identi-

fikata fl-SES bħala ‘potenzjalment l-akbar theddida għas-sigurtà

tal-UE’. Ir-riskju żdied fl-aħħar ħames snin, u l-qafas multilaterali

sab ruħu taħt pressjoni. Waqt li l-Libja żarmat il-programm tal-Armi

tal-Qerda tal-Massa (AQM) tagħha, l-Iran, kif ukoll il-Korea ta’ Fuq,

għad iridu jiksbu l-fi duċja tal-komunità internazzjonali. Il-probabbiltà

tar-rilanċ tal-enerġija nukleari ċivili fi d-deċennji li ġejjin ukoll toff ri

sfi di għas-sistemi tan-nonproliferazzjoni, jekk ma tkunx imsieħba mill-

protezzjoni meħtieġa.

L-UE kienet attiva ħafna fi l-fora multilaterali, abbażi tal-Istrateġija

tal-AQM, adottata fl -2003, u fuq quddiem nett tal-isforzi internazzjo-

nali biex tindirizza l-programm nukleari tal-Iran. L-Istrateġija tenfa-

sizza l-prevenzjoni, billi taħdem permezz tal-ftehimiet tan-NU u dawk

multilaterali, billi taġixxi bħala donatur prinċipali u billi taħdem ma’

pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali biex ittejjeb il-kapaċitajiet

tagħhom ta’ prevenzjoni tal-proliferazzjoni.

Dan l-approċċ għandna nkompluh, b’azzjoni politika u fi nanzjarja. Huwa

kruċjali li jkun hemm eżitu b’suċċess għall-Konferenza għar-Reviżjoni

tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni fl -2010, bil-ħsieb b’mod partikolari

tat-tisħiħ tal-arranġamenti tan-nonproliferazzjoni. Aħna ser nistinkaw

biex niżguraw li, b’mod ibbilanċjat, eff ettiv, u konkret, din il-konferenza

I. Sfi di globali u theddidiet prinċipali

Page 14: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

12

teżamina l-mezzi għal żieda fl -isforzi internazzjonali kontra l-prolife-

razzjoni, issegwi d-diżarm u tiżgura l-iżvilupp responsabbli ta’ użi paċifi ċi

tal-enerġija nukleari mill-pajjiżi li jixtiequ jagħmlu dan.

Hija meħtieġa aktar ħidma dwar kwistjonijiet speċifi ċi, li jinkludu:

l-appoġġ tal-UE għal approċċ multilaterali għaċ-ċiklu tal-fjuwil

nukleari; il-ġlieda kontra l-finanzjament tal-proliferazzjoni; miżuri

dwar il-bijosikurezza u l-bijosigurtà; żamma taħt kontroll tas-sistemi

tal-kunsinja tal-proliferazzjoni, b’mod partikolari l-missili ballistiċi.

Għandhom jibdew negozjati dwar trattat multilaterali li jipprojbixxi

l-produzzjoni ta’ materjal fi ssili għall-armi nukleari.

Terroriżmu u Kriminalità Organizzata

It-terroriżmu, fl -Ewropa u madwar id-dinja, jibqa’ theddida prinċipali

għall-għixien tagħna. Saru attakki f’Madrid u f’Londra, waqt li oħrajn

ġew sfrattati; gruppi terroristiċi li jiff urmaw fl -istess pajjiż li jospita-

hom, għandhom rwol dejjem akbar fi l-kontinent tagħna. Il-kriminalità

organizzata tkompli thedded is-soċjetajiet tagħna, fl imkien mat-traffi -

kar tad-droga, tal-bedmin, u tal-armi, kif ukoll mal-frodi internazzjonali

u l-ħasil tal-fl us.

Mill-2003 ‘l hawn, l-UE għamlet progress fit-trattament tat-tnejn,

b’miżuri addizzjonali fl-Unjoni, taħt il-Programm tal-Aja tal-2004,

u l-Istrateġija ġdida għad-Dimensjoni Esterna tal-Ġustizzja u l-Aff ari-

jiet Interni, adottata fl -2005. Dawn għamluha iżjed faċli li jitkomplew

l-investigazzjonijiet transkonfi nali, u li l-prosekuzzjoni tkun koordinata.

L-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu, anke din mill-2005, hija bbażata

fuq ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali. Hija

timxi fuq erba’ linji: il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ

u l-fatturi warajhom; il-protezzjoni ta’ miri potenzjali; l-insegwiment

tat-terroristi; u r-rispons għal dak li jiġi wara attakk. Waqt li l-azzjoni

nazzjonali hija kruċjali, il-ħatra ta’ Koordinatur għall-Ġlieda Kontra

t-Terroriżmu kienet pass importanti ‘l quddiem fuq il-livell Ewropew.

Fl-UE, ħdimna ħafna biex nipproteġu s-soċjetajiet tagħna

mit-terroriżmu. Għandna nsaħħu l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni

għat-trattament ta’ inċident terroristiku kbir, b’mod partikolari jekk

Page 15: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

13

jintużaw materjali kimiċi, radjoloġiċi, nukleari u bijoterroristiċi, abbażi

tad-dispożizzjonijiet eżistenti bħall-Arranġamenti dwar il-Koordi-

nazzjoni ta’ Kriżi u l-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili. Hija meħtieġa

aktar ħidma dwar il-fi nanzjament tat-terroriżmu, fl imkien ma’ politika

tal-UE eff ettiva u komprensiva dwar il-qsim tal-informazzjoni, waqt li

titqies b’mod xieraq il-protezzjoni tad-data personali.

Jeħtieġ li naħdmu aktar kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, billi

nindirizzaw l-ideoloġija estremista u nittrattaw id-diskriminazzjoni.

Id-djalogu interkulturali, permezz ta’ fora bħall-Alleanza taċ-Ċiviltajiet,

għandha rwol importanti.

Dwar il-kriminalità organizzata, sħubiji eżistenti fi l-viċinat tagħna

u msieħba prinċipali, u fin-NU, għandhom ikunu approfonditi,

fl -indirizzar tal-moviment tal-persuni, u l-kooperazzjoni tal-pulizija

u dik ġudizzjarja. L-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti tan-NU

dwar il-kriminalità hija essenzjali. Għandna nsaħħu aktar is-sħubija

tagħna mal-Istati Uniti fi l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż fi l-qasam

tal-kondiviżjoni u l-protezzjoni tad-data. Għandna nsaħħu wkoll

il-kapaċità tal-imsieħba tagħna fl-Asja tan-Nofsinhar, fl-Afrika,

u fi l-viċinat tagħna tan-Nofsinhar. L-UE għandha tappoġġa l-isforzi

multilaterali, prinċipalment fi n-NU.

Jeħtiġilna ntejbu l-mod kif nressqu fl imkien id-dimensjonijiet interni

u esterni. Koordinazzjoni, trasparenza u flessibbiltà aħjar huma

meħtieġa bejn l-aġenziji diff erenti, fuq livell nazzjonali u Ewropew.

Dan kien identifi kat diġa fl -SES, ħames snin ilu. Il-progress s’issa mexa

bil-mod u ma kienx sħiħ.

Ċibersigurtà

L-ekonomiji moderni jiddependu bil-kbir fuq infrastruttura kritika,

inkluż it-trasport, il-komunikazzjoni u l-fornimenti tal-enerġija, iżda

wkoll fuq l-internet. L-Istrateġija tal-UE għal Soċjetà tal-Informazzjoni

Sigura, adottata fl -2006, tindirizza l-kriminalità bbażata fuq l-internet.

Madanakollu, attakki kontra s-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni

(TI) fl -Istati Membri ġabu magħhom dimensjoni ġdida f’dan kollu, bħala

arma ekonomika, politika u militari potenzjali ġdida.

Page 16: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

14

Hija meħtieġa aktar ħidma f’dan il-qasam, biex ikun esplorat approċċ

komprensiv tal-UE, biex titqajjem kuxjenza u biex tiżdied il-koope-

razzjoni internazzjonali.

Sigurtà tal-Enerġija

Il-preokkupazzjonijiet dwar id-dipendenza tal-enerġija żdiedu matul

l-aħħar ħames snin. Tnaqqis fi l-produzzjoni fl -Ewropa jfi sser li sal-2030

sa 75 % taż-żejt u l-gass tagħna jkollhom jiġu impurtati. Dawn ser jiġu

minn numru limitat ta’ pajjiżi, li ħafna minnhom jiff aċċjaw theddid kontra

l-istabbiltà. Għalhekk, għandna quddiemna fi rxa ta’ sfi di għas-sigurtà, li

jinvolvu r-responsabbiltà u s-solidarjetà tal-Istati Membri kollha.

Ir-rispons tagħna jeħtieġ li jieħu forma ta’ politika tal-enerġija tal-UE

li tgħaqqad id-dimensjonijiet esterni u interni. Ir-rapport konġunt

tar-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni f’Ġunju 2006 stabbilixxa

l-elementi prinċipali. Fl-Ewropa neħtieġu suq tal-enerġija aktar unifi kat,

b’aktar interkonnessjoni, b’attenzjoni partikolari għall-pajjiżi l-aktar iżolati

u l-mekkaniżmi ta’ kriżi biex nittrattaw l-interruzzjoni tal-forniment.

Diversifikazzjoni akbar, tal-karburanti, tas-sorsi ta’ forniment,

u tar-rotot ta’ transitu, hija essenzjali, bħalma huma l-governanza

tajba, ir-rispett għall-Istat tad-Dritt u l-investiment fi l-pajjiżi għejun.

Il-politika tal-UE tappoġġja dawn l-objettivi permezz tal-impenn

mal-Asja Ċentrali, il-Kawkasu u l-Afrika, kif ukoll permezz tas-Sħubija

tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran. L-enerġija hija fattur prinċipali

fi r-relazzjonijiet UE-Russja. Il-politika tagħna għandha tindirizza r-rotot

ta’ transitu, inkluż minn ġot-Turkija u l-Ukraina. Mal-imsieħba tagħna,

inklużi ċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun u l-Istati Uniti, għandna nippromwovu

l-enerġija li tiġġedded, it-teknoloġiji ta’ karbonju baxx u l-effi ċjenza

tal-enerġija, fl imkien ma’ swieq trasparenti u rregolati tajjeb.

It-tibdil fi l-klima

Fl-2003, l-SES kienet diġà identifikat l-implikazzjonijiet tat-tibdil

fi l-klima għas-sigurtà. Ħames snin wara dan sar aktar urġenti.

F’Marzu 2008, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni ppreżentaw

rapport lill-Kunsill Ewropew li ddeskriva t-tibdil fi l-klima bħala li hi “multi-

plikatur tat-theddid”. Id-diżastri naturali, id-degradazzjoni tal-ambjent

Page 17: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

15

u l-kompetizzjoni għar-riżorsi jkabbru l-konfl itt, speċjalment f’sitwazzjo-

nijiet ta’ faqar u ta’ żieda fi l-popolazzjoni, b’konsegwenzi umanitarji,

tas-saħħa, politiċi u ta’ sigurtà, inkluż żieda fil-migrazzjoni. It-tibdil

fi l-klima jista’ wkoll iwassal għal tilwim dwar ir-rotot tal-kummerċ, iż-żoni

marittimi u r-riżorsi li qabel kienu inaċċessibbli.

Min-naħa tagħna tejjibna l-prevenzjoni tal-konfl itti u l-immaniġġjar

tal-kriżijiet, imma jeħtiġilna ntejbu l-analiżi u l-kapaċitajiet ta’ twissija

bikrija. L-UE ma tistax twettaq dan weħidha. Jeħtiġilna nżidu l-ħidma

tagħna ma’ pajjiżi li jinsabu l-aktar fi r-riskju billi nżidulhom il-kapaċità

biex ikampaw. Il-kooperazzjoni internazzjonali, man-NU u ma’ organiz-

zazzjonijiet reġjonali, ser tkun essenzjali.

Distribuzzjoni ta’ għajnuna

fi l-forma ta’ ikel mill-UE

u l-Programm Dinji tal-Ikel

tan-NU fi ż-Żimbabwe

Page 18: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Fil-kontinent tagħna, it-tkabbir ikompli jkun mutur b’saħħtu għall-

istabbiltà, il-paċi u r-riforma.

In-negozjati mat-Turkija bdew fl -2005, u minn dakinhar ‘il hawn nfetħu

numru ta’ kapitoli. Il-progress fi l-Balkani tal-Punent kien kontinwu, anke

jekk bil-mod. In-negozjati ta’ adeżjoni mal-Kroazja jinsabu fi stat avvan-

zat. Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja kisbet status ta’

kandidat. Ġew iffi rmati Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

mal-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent. Is-Serbja qorbot biex tisso-

disfa l-kondizzjonijiet kollha biex tersaq lejn relazzjonijiet approfonditi

mal-UE. L-UE tibqa’ twettaq rwol ewlieni fi l-Bosnja u Ħerzegovina, iżda,

minkejja l-progress, huma meħtieġa sforzi akbar mill-mexxejja politiċi

lokali biex jingħeleb l-istaġnar tar-riformi.

Aħna qed niskjeraw l-EULEX, l-akbar missjoni ċivili tal-PESD tagħna

s’issa, fi l-Kosovo, u ser inkomplu nagħtu appoġġ ekonomiku sostan-

zjali. Fir-reġjun kollu, il-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet tajbin bejn

il-ġirien huma indispensabbli.

Huwa fl -interess tagħna li l-pajjiżi mal-konfi ni tagħna jkunu iggvernati

tajjeb. Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), imnedija fl -2004, tappoġġja

dan il-proċess. Fil-Lvant, il-pajjiżi kollha eliġibbli jipparteċipaw, għajr

il-Bjelorussja, li magħha issa qed nieħdu passi f’din id-direzzjoni.

Mal-Ukraina, imxejna aktar minn hekk, bi ftehim ta’ assoċjazzjoni li

jimraħ fi l-bogħod u li wasal biex ikun iffi nalizzat. Dalwaqt nibdew

negozjati mar-Repubblika tal-Moldova dwar ftehim simili. Tnediet

is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed biex tikkumplementa l-politiki bilaterali

tal-UE f’dan ir-reġjun ta’ importanza partikolari għall-Ewropa.

II. Konsolidazzjoni tal-istabbiltà fl -Ewropa u

lil hinn minnha

Page 19: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

17

Issa qamu preokkupazzjonijiet ġodda dwar l-hekk imsejħa “konfl itti

ff riżati” fi l-viċinat tagħna tal-Lvant. Is-sitwazzjoni fi l-Ġeorġja, fi r-rigward

tal-Abkazja u l-Ossezja tan-Nofsinhar, eskalat u wasslet għall-konfl itt

armat bejn ir-Russja u l-Ġeorġja f’Awwissu 2008. L-UE mexxiet

ir-rispons internazzjonali, permezz ta’ medjazzjoni bejn il-partijiet,

assistenza umanitarja, missjoni ta’ monitoraġġ ċivili, u appoġġ fi nan-

zjarju sostanzjali. L-impenn tagħna ser ikompli, bl-UE tmexxi l-Proċess

ta’ Ġinevra. Soluzzjoni għall-konfl itt Transnistrijan saret aktar possibbli,

permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-UE fi l-format tan-negozjati 5+2,

u l-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fi l-Fruntiera.

Il-Mediterran, żona ta’ importanza u opportunità kbira għall-Ewropa,

għadu jippreżenta sfi di kumplessi, bħar-riforma politika insuffi ċjenti

u l-migrazzjoni illegali. L-UE u diversi msieħba Mediterranji, b’mod

partikolari l-Iżrael u l-Marokk, qed jaħdmu biex japprofondixxu

r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom. Il-PEV saħħet ir-riformi li oriġinaw

fil-proċess ta’ Barċellona fl-1995, iżda l-konflitt reġjonali, flimkien

mar-radikaliżmu li qed jiżdied, ikompli jiżra’ l-instabbiltà.

Il-Missjoni tal-Istat

tad-Dritt tal-UE

fi l-Kosovo (EULEX) hija

l-akbar missjoni ċivili

li qatt tnediet taħt

il-Politika Ewropea ta’

Sigurtà u Difi ża

Page 20: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

18

L-UE kienet ċentrali fl -isforzi lejn soluzzjoni fi l-Lvant Nofsani, permezz

tar-rwol tagħha fi l-Kwartett, il-kooperazzjoni mal-Iżrael u mal-Awtorità

Palestinjana, mal-Lega Għarbija u ma’ msieħba reġjonali oħrajn. L-UE

hija impenjata bis-sħiħ fi l-Proċess ta’ Annapolis lejn soluzzjoni b’żewġ

Stati, u qed tikkontribwixxi appoġġ fi nanzjarju u baġitarju sostnut

lill-Awtorità Palestinjana, u għall-konsolidazzjoni tal-kapaċità, inkluż

permezz tal-iskjerament fi l-post ta’ esperti tal-ġudikatura, tal-pulizija

u tal-ġestjoni tal-konfi ni. Fil-Libanu, l-Istati Membri jipprovdu s-sinsla

tal-missjoni taż-żamma tal-paċi UNIFIL. Dwar l-Iraq, l-UE appoġġjat

il-proċess politiku, ir-rikostruzzjoni, u l-Istat tad-Dritt, inkluż permezz

tal-missjoni EUJUST LEX.

Mill-2003 ‘l hawn, l-Iran qed ikun sors ta’ inkwiet dejjem akbar.

Il-programm nukleari Iranjan kien is-suġġett ta’ riżoluzzjonijiet

suċċessivi fi l-KSNU u l-IAEA. L-iżvilupp ta’ kapaċità militari nukleari

tkun ta’ theddida għas-sigurtà tal-UE li ma tistax tiġi aċċettata.

L-UE mexxiet approċċ fuq binarju doppju, li jgħaqqad id-djalogu

ma’ żieda fi l-pressjoni, fl imkien mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja.

Ir-Rappreżentant Għoli ppreżenta off erta lill-Iran li tista’ twasslu biex

jerġa’ jibni l-fi duċja u l-impenn mal-komunità internazzjonali. Iżda,

jekk minfl ok hekk, il-programm nukleari javvanza, tiżdied il-ħtieġa

ta’ miżuri addizzjonali b’appoġġ għall-proċess tan-NU. Fl-istess ħin,

għandna bżonn naħdmu mal-pajjiżi tar-reġjun, inklużi l-Istati tal-Golf,

biex nibnu s-sigurtà reġjonali.

L-SES irrikonoxxiet li l-Ewropa għandha interessi ta’ sigurtà lil hinn

mill-viċinat immedjat tagħha. F’dan ir-rigward, l-Afganistan huwa ta’

preokkupazzjoni partikolari. L-Ewropa għandha impenn fuq perijodu

fi t-tul biex iġġib l-istabbiltà. L-Istati Membri tal-UE jagħtu kontribut

kbir lill-missjoni tan-NATO, u l-UE hija impenjata għall-governanza

u l-iżvilupp fil-livelli kollha. Il-Missjoni tal-Pulizija tal-UE qed tiġi

estiża. Iżda dawn l-isforzi ma jirnexxux mingħajr il-kooperazzjoni

sħiħa tal-Afganistan, u l-appoġġ mill-pajjiżi ġirien: b’mod partikolari

l-Pakistan, iżda wkoll l-Indja, l-Asja Ċentrali u l-Iran. Tassew li prospetti

mtejba għal relazzjonijiet tajba bejn l-Indja u l-Pakistan fi s-snin riċenti

kienu element pożittiv fi r-rekord tal-bilanċ strateġiku.

Page 21: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

19

Ir-rabta bejn is-Sigurtà u l-Iżvilupp

Bħalma rrikonoxxew l-SES u l-Konsensus għall-Iżvilupp tal-2005, ma

jistax ikun hemm żvilupp sostenibbli mingħajr il-paċi u s-sigurtà,

u mingħajr l-iżvilupp u t-tneħħija tal-faqar mhux ser ikun hemm paċi

sostenibbli. Theddid għas-saħħa pubblika, b’mod partikolari l-pande-

miji, ikomplu jimminaw l-iżvilupp. Id-drittijiet tal-bniedem huma parti

fundamentali mill-bilanċ. F’ħafna żoni ta’ konfl itt jew ta’ wara l-konfl itt,

irridu nindirizzaw l-użu terribbli tal-vjolenza sesswali bħala arma ta’

intimidazzjoni u terrur. Implimentazzjoni eff ettiva tal-UNSCR 1820

dwar il-vjolenza sesswali f’sitwazzjonijiet ta’ konfl itt armat hija essen-

zjali.

Il-konfl itt huwa ħafna drabi marbut mal-fraġilità. Pajjiżi bħas-Somalja

huma maqbudin f’ċirku vizzjuż ta’ governanza dgħajfa u konfl itt rikor-

renti. Aħna stinkajna biex dan jitkisser, kemm permezz tal-assistenza

għall-iżvilupp kif ukoll permezz ta’ miżuri li jiżguraw sigurtà aħjar.

Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni

u Reintegrazzjoni, huma parti kruċjali mill-istabbilizzazzjoni u r-rikos-

truzzjoni ta’ wara l-konfl itt, u kienu l-punt fokali tal-missjonijiet tagħna

fi l-Ginea-Bissaw u r-RD tal-Kongo. Dan ikollu l-aktar suċċess meta jsir fi

sħubija mal-komunità internazzjonali u l-partijiet interessati lokali.

Esplojtazzjoni bla ħniena tar-riżorsi naturali spiss tkun kawża bażika

għall-konfl itt. Hemm żieda fi t-tensjonijiet dwar l-ilma u l-materja prima

li teħtieġ soluzzjonijiet multilaterali. Il-Proċess ta’ Kimberly u l-Inizjattiva

għat-Trasparenza tal-Industriji tal-Estrazzjoni joff ru mudell innovattiv

biex din il-problema tiġi indirizzata.

Page 22: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

20

Piraterija

L-SES enfasizzat li l-piraterija hija dimensjoni ġdida tal-kriminalità

organizzata. Hija wkoll ir-riżultat ta’ falliment tal-Istat. L-ekonomija

tad-dinja tiddependi fuq ir-rotot bil-baħar għal 90 % tal-kummerċ.

Il-piraterija fl -Oċean Indjan u l-Golf ta’ Aden wasslet biex din il-kwistjoni

tikseb aktar urġenza fl -aħħar xhur, u aff ettwat il-forniment tal-għajnuna

umanitarja lis-Somalja. L-UE rrispondiet, inkluż permezz tal-ATALANTA,

l-ewwel missjoni marittima tagħna tal-PESD, biex tiskoraġġixxi l-pirate-

rija lil hinn mill-kosta tas-Somalja, fl imkien mal-pajjiżi aff ettwati u atturi

internazzjonali oħrajn, inkluż in-NATO.

Armamenti Żgħar u Armi Ħfi ef (SALW), Munizzjonijiet

Raggruppati u Mini Splussivi

Fl-2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE biex tikkumbatti

l-akkumulazzjoni illeċita u t-traffi kar ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom.

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tagħha, l-UE tappoġġja l-Programm

ta’ Azzjoni tan-NU f’dan il-qasam. L-UE ser tkompli tiżviluppa attivitajiet

biex tikkumbatti t-theddid ikkawżat mis-SALW illeċiti.

L-UE tat appoġġ qawwi lill-kunċett ta’ Trattat dwar il-Kummerċ

tal-Armi internazzjonali u ddeċidiet li tappoġġja l-proċess li jwassal

għall-adozzjoni tiegħu. L-UE hija wkoll donatur ewlieni għall-azzjoni

kontra l-mini. Hija appoġġjat attivament u ppromwoviet il-Konven-

zjoni ta’ Ottawa dwar il-Mini Splussivi Kontra l-Persunal madwar

id-dinja. Il-Konvenzjoni ta’ Oslo dwar il-Munizzjonijiet Raggruppati,

maqbula f’Dublin f’Mejju 2008, tirrappreżenta pass importanti ‘l

quddiem fi r-rispons għall-problemi umanitarji kkawżati minn dan

it-tip ta’ munizzjon, li jikkostitwixxu preokkupazzjoni prinċipali għall-

Istati Membri kollha tal-UE. L-adozzjoni ta’ protokoll dwar dan it-tip ta’

munizzjon fi l-qafas tan-NU li tinvolvi l-potenzi militari prinċipali kollha

tkun pass importanti ‘l quddiem.

Page 23: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

21

Biex nirrispondu għal ambjent ta’ sigurtà li qed jinbidel għandna nkunu

aktar eff ettivi — bejnietna, fi l-viċinat tagħna u madwar id-dinja.

A. Ewropa aktar eff ettiva u kapaċi

Il-kapaċità tagħna li nindirizzaw l-isfi di evolviet matul l-aħħar ħames

snin, u rridu nkomplu naħdmu għal dan il-għan. Irridu nsaħħu

l-koerenza tagħna, permezz ta’ koordinazzjoni istituzzjonali aħjar

u teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod aktar strateġiku. Id-dispożizzjonijiet

tat-Trattat ta’ Liżbona jipprevedu qafas biex dan jintlaħaq.

Il-prevenzjoni minn kmieni li t-theddid isir sors ta’ konfl itt, hemm bżonn

li tkun fi l-qalba tal-approċċ tagħna. It-tisħiħ tal-paċi u t-tnaqqis tal-faqar

fuq perijodu fi t-tul huma essenzjali għal dan. Kull sitwazzjoni tirrikjedi

użu koerenti tal-istrumenti tagħna, inklużi dawk politiċi, diplomatiċi, ta’

żvilupp, umanitarji, ta’ rispons għall-kriżijiet, ta’ kooperazzjoni ekono-

mika u kummerċjali, u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili u militari. Għandna

wkoll nespandu l-kapaċitajiet tagħna tad-djalogu u l-kapaċitajiet ta’

medjazzjoni. Ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE qed iwasslu l-infl uwenza

tal-UE f’diversi reġjuni ta’ konfl itt. Is-soċjetà ċivili u l-NGOs għandhom

rwol vitali bħala atturi u msieħba. Il-missjonijiet tagħna ta’ monitoraġġ

fl -elezzjonijiet, immexxija mill-membri tal-Parlament Ewropew, ukoll

jagħtu kontribut importanti.

Is-suċċess tal-PESD bħala parti integrali mill-Politika Komuni Esterna

u ta’ Sigurtà tagħna huwa rifl ess fi l-fatt li l-għajnuna tagħna qiegħda

tkun dejjem iżjed mitluba. Il-missjoni tagħna fi l-Ġeorġja wrietna dak li

jista’ jintlaħaq meta naġixxu kollettivament bir-rieda politika meħtieġa.

Imma aktar ma jkunu kumplessi l-isfi di li niff aċċjaw, aktar hemm bżonn

III. L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel

Page 24: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

22

li nkunu flessibbli. Irridu nipprijoritizzaw l-impenji tagħna, skont

ir-riżorsi. Truppi Tattiċi u Skwadri ta’ Rispons Ċivili żiedu l-kapaċità

tagħna li nirreaġixxu malajr.

L-istrutturi ta’ kmand adatti u eff ettivi u l-kapaċità tal-kwartieri ġenerali

huma kruċjali. Il-kapaċità tagħna li ngħaqqdu l-kompetenza ċivili ma’

dik militari sa mit-tnissil ta’ missjoni, matul il-fażi tat-tfassil sal-implimen-

tazzjoni tagħha trid tkun imsaħħa. Qed niżviluppaw dan l-aspett tal-PESD

billi npoġġu f’posthom l-istrutturi amministrattivi u l-mekkaniżmi fi nan-

zjarji adatti. Hemm ukoll ambitu fejn jitjieb it-taħriġ, waqt li nibnu fuq

il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u Difi ża u fuq l-iskema ta’ skambju ġdida

għall-uffi ċjali żgħażagh Ewropej, immodellata fuq l-Erasmus.

Jeħtieġ li nkomplu nintegraw il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem

fl-attivitajiet kollha f’dan il-qasam, inklużi l-missjonijiet tal-PESD,

permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-persuni li jkun koerenti mal-kunċett

tas-sigurtà tal-persuni. L-UE rrikonoxxiet ir-rwol tan-nisa fi t-tisħiħ

tal-paċi. L-implimentazzjoni eff ettiva tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-KSNU

dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u r-Riżoluzzjoni 1612 tal-KSNU dwar

it-Tfal u l-Konfl itt Armat, hija essenzjali f’dan il-kuntest.

Għal missjonijiet ċivili, irridu nkunu kapaċi nlaqqgħu persunal imħarreġ

b’varjetà ta’ ħiliet u kompetenzi, niskjerawhom fi żmien qasir u nsost-

nuhom fi l-post fuq perijodu fi t-tul. Għandna bżonn interoperabbiltà

sħiħa bejn il-kontinġenti nazzjonali. B’appoġġ għal dan, l-Istati Membri

kkommettew ruħhom li jfasslu strateġiji nazzjonali biex jipprovdu

d-disponibbiltà ta’ esperti, ikkomplementati b’aktar persunal li jista’ jiġi

skjerat b’appoġġ għall-missjoni, inkluż il-baġitjar u l-ksib tal-apparat.

Il-mod li bih jinkiseb l-apparat u l-mos kif jitpoġġa għad-dispożizzjoni,

għandhom isiru aktar eff ettivi biex jippermettu skjerament tal-missjo-

nijiet f’waqtu.

Għal missjonijiet militari rridu nkomplu nsaħħu l-isforzi tagħna fi l-qasam

tal-kapaċitajiet, kif ukoll bħala kollaborazzjoni reċiproka u arranġamenti

ta’ kondiviżjoni tal-piż. L-esperjenza wriet li hemm il-ħtieġa li jsir

aktar, b’mod partikolari dwar il-kapaċitajiet prinċipali bħat-trasport

strateġiku bl-ajru, ħelikopters, assi spazjali, u sorveljanza marittima (kif

stabbilit f’aktar dettal fi d-Dikjarazzjoni dwar ir-Rinforz tal-Kapaċitajiet).

Page 25: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

23

Dawn l-isforzi għandhom ikunu appoġġjati minn industrija tad-difi ża

kompetittiva u robusta fl -Ewropa kollha, b’investiment akbar fi r-riċerka

u l-iżvilupp. Mill-2004 ‘l hawn, l-Aġenzija Ewropea tad-Difi ża mexxiet

il-proċess b’suċċess, u għandha tkompli tagħmel dan.

B. Impenn akbar mal-viċinat tagħna

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) saħħet ir-relazzjonijiet bilaterali

mal-UE. Il-proċess issa jeħtieġ li jibni l-integrazzjoni reġjonali.

L-Unjoni għall-Mediterran, li ġiet imnedija f’Lulju 2008, tipprovdi

mument politiku mġedded biex dan ikun segwit mal-imsieħba tagħna

tan-Nofsinhar, permezz ta’ aġenda wiesgħa, li tinkludi s-sikurezza

marittima, l-enerġija, l-ilma u l-migrazzjoni. L-indirizzar tat-theddid

għas-sigurtà bħal dak tat-terroriżmu ser ikun parti importanti.

Is-Sħubija tal-Lvant tipprevedi qabża reali ta’ bidla fi r-relazzjonijiet

mal-ġirien tagħna tal-Lvant, b’titjib sinifi kanti fi r-relazzjonijiet politiċi,

ekonomiċi u kummerċjali. L-għan huwa t-tisħiħ tal-prosperità u l-istab-

biltà ta’ dawn il-pajjiżi, u għalhekk tas-sigurtà tal-UE. Il-proposti jkopru

fi rxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ kooperazzjoni bilaterali u multilaterali

inkluża s-sigurtà tal-enerġija u l-mobilità tal-persuni.

L-istabbiltà dejjiema fi l-viċinat tagħna ser tirrikjedi sforz kontinwu

mill-UE, fl imkien man-NU, l-OSKE, l-Istati Uniti u r-Russja. Ir-relazzjo-

nijiet tagħna mar-Russja ħżienu minħabba l-konfl itt mal-Ġeorġja. L-UE

tistenna li r-Russja tonora l-impenji tagħha b’mod li terġa’ tkun stabbi-

lita l-fi duċja meħtieġa. Is-sħubija tagħna għandha tkun ibbażata fuq

ir-rispett għall-valuri komuni, b’mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem,

id-demokrazija, u l-Istat tad-Dritt, u l-prinċipji ekonomiċi tas-suq kif

ukoll fuq interessi u objettivi komuni.

Neħtieġu sforz sostnut biex nindirizzaw il-konflitti fil-Kawkasu

tan-Nofsinhar, fi r-Repubblika tal-Moldova u bejn Iżrael u l-Istati Għarab.

Hawnhekk, bħal fi bnadi oħra, impenn sħiħ mal-Istati Uniti ser ikun

kruċjali. F’kull każ, is-soluzzjoni dejjiema għandha tlaqqa’ fl imkien

l-atturi reġjonali kollha. Pajjiżi bħat-Turkija, l-Eġittu, il-Ġordan, l-Arabja

Sawdita u l-Qatar kellhom rwol dejjem iżjed importanti fi r-reġjun, waqt

Page 26: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

24

li għall-Iran dan ma kienx il-każ. Hemm opportunità partikolari biex issir

ħidma mat-Turkija, inkluż permezz tal-Alleanza taċ-Ċiviltajiet.

C. Sħubiji għal Multilateraliżmu Eff ettiv

Is-SES talbet biex l-Ewropa tikkontribwixxi għal ordni multilaterali

aktar eff ettiva madwar id-dinja. Mill-2003, aħna saħħaħna s-sħubiji

tagħna biex nilħqu dak l-objettiv. L-imsieħba ewlenija tal-Ewropa f’dan

il-qasam u f’oħrajn hija l-Istati Uniti. Fejn ħdimna fl imkien, l-UE u l-Istati

Uniti kienu forza formidabbli ta’ ġid fi d-dinja.

In-NU jinsab fl -ogħla quċċata tas-sistema internazzjonali. Dak kollu li

għamlet l-UE fi l-qasam tas-sigurtà kien marbut mal-objettivi tan-NU.

L-UE taħdem mill-qrib fl -imkejjen ta’ gwerer prinċipali, inklużi l-Kosovo,

l-Afganistan, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, is-Sudan/Darfur,

iċ-Ċad u s-Somalja, u dan tejjeb ir-rabtiet istituzzjonali, konforme-

ment mad-Dikjarazzjoni konġunta tagħna UE-NU tal-2007. Aħna

nappoġġjaw is-sittax-il operazzjoni attwali tal-paċi tan-NU.

L-UE u n-NATO ħadmu tajjeb fl imkien fuq il-post fi l-Balkani u fl -Afganis-

tan, anke jekk ir-relazzjonijiet formali ma avvanzawx. Jeħtieġ li nsaħħu din

is-sħubija strateġika b’servizz għall-interessi ta’ sigurtà kondiviżi tagħna,

b’kooperazzjoni operazzjonali aħjar, b’rispett sħiħ lejn l-awtonomija

tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull organizzazzjoni, u ħidma kontinwata

dwar il-kapaċitajiet militari. Mill-2003, aħna saħħaħna r-relazzjoni tagħna

mal-OSKE, speċjalment fi l-Ġeorġia u l-Kosovo.

Aħna espandejna sostanzjalment ir-relazzjoni tagħna maċ-Ċina.

Ir-rabtiet mal-Kanada u mal-Ġappun huma mill-qrib u ilhom jeżistu.

Ir-Russja tibqa’ msieħba importanti dwar kwistjonijiet globali. Għad

hemm x’isir fi r-relazzjoni tagħna mal-Indja. Ir-relazzjonijiet ma’ msieħba

oħrajn, inklużi l-Brażil, l-Afrika t’Isfel u, fl-Ewropa, man-Norveġja

u l-Iżvizzera, kibru fi s-sinifi kat tagħhom mill-2003.

L-UE qed taħdem aktar mill-qrib mal-organizzazzjonijiet reġjonali,

u b’mod partikolari mal-Unjoni Afrikana. Permezz tal-Istrateġija

Konġunta Afrika-UE, aħna qed nappoġġjaw il-kapaċitajiet Afrikani

fi l-ġestjoni tal-kriżijiet, inklużi l-forzi tal-għassa reġjonali u l-allert bikri.

Aħna saħħaħna r-rabtiet mal-imsieħba tagħna tal-Asja Ċentrali permezz

Page 27: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

25

tal-Istrateġija adottata fl -2007, bi djalogu politiku msaħħaħ, u ħidma

dwar kwistjonijiet bħall-ilma, l-enerġija, l-istat tad-dritt u s-sigurtà.

Bnadi oħra l-UE żviluppat impenn mal-ASEAN, dwar kwistjonijiet

reġjonali bħall-Burma, mas-SAARC, u mal-Amerka Latina. L-esper-

jenza tagħna tagħti rwol partikolari lill-UE fi t-trawwim tal-integrazzjoni

reġjonali. Fejn oħrajn ifi ttxu li jimitawna, skont iċ-ċirkostanzi partikolari

tagħhom, aħna għandna nappoġġjawhom.

Is-sistema internazzjonali, maħluqa fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija,

qed tiff aċċja pressjonijiet minn diversi naħat. Qed jitqajmu dubji dwar

ir-rappreżentazzjoni fl -istituzzjonijiet internazzjonali. Il-leġittimità

u l-eff ettività jeħtieġ li jitjiebu, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet f’fora multilate-

rali jeħtieġ li jsiru aktar effi ċjenti. Dan ifi sser li jkun hemm kondiviżjoni

akbar tad-deċiżjonijiet, u ħolqien ta’ aktar interess għall-oħrajn. Meta

nkunu ffaċċjati bi problemi komuni, ma hemm xejn aħjar minn

soluzzjonijiet komuni.

Il-prijoritajiet prinċipali huma t-tibdil fi l-klima u t-tkomplija sat-tmiem

tar-Round ta’ Doha fi d-WTO. L-UE qed tmexxi n-negozjati għal ftehim

internazzjonali ġdid dwar tal-ewwel, u jeħtiġilha tuża l-mezzi kollha

L-għan tal-»EU NAVFOR

Somalia — Operation

Atalanta» huwa li

tipproteġi bastimenti

kontra atti ta’ piraterija

u serq armat

Page 28: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

26

tagħha biex tasal għal eżitu ambizzjuż f’Kopenħagen fl -2009. Jeħtiġilna

nkomplu bir-riforma tas-sistema tan-NU, li bdiet fl -2005, u nmantnu r-rwol

kruċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà u r-responsabbiltà primarja tiegħu għall-

manteniment tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Inter-

nazzjonali għandha żżid l-eff ettività tagħha, fl imkien ma’ sforzi usa’ tal-UE

biex tissaħħaħ il-ġustizzja internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem. Hemm

bżonn li nagħtu forma lill-Fond Monetarju Internazzjonali u istituzzjonijiet

fi nanzjarji oħrajn b’mod li jkunu rifl essi r-realtajiet moderni. Il-G8 għandu

jkun ittrasformat. U aħna jeħtieġ li nkomplu l-isforzi kollettivi tagħna biex

nilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

Dawn il-kwistjonijiet jidħlu f’oqsma differenti, u jmissu mal-politika

domestika daqskemm ma’ dik barranija. Tassew, huma juru kif fi s-seklu

wieħed u għoxrin, aktar minn qatt qabel, is-sovranità titlob ir-responsab-

biltà. Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, l-UE għandha

tkompli tmexxi ‘l quddiem il-ftehim milħuq fis-Summit Dinji tan-NU

fl -2005, li nikkondividu r-responsabbiltà biex nipproteġu l-popolazzjonijiet

mill-ġenoċidju, reati tal-gwerra, tindif etniku u reati kontra l-umanità.

***

Iż-żamma tal-appoġġ pubbliku għall-impenn globali tagħna hija funda-

mentali. F’demokraziji moderni, fejn il-mezzi tax-xandir u l-opinjoni

pubblika huma kruċjali fi t-tfassil tal-politika, l-impenn tal-poplu huwa

essenzjali għas-sostenn tal-impenji tagħna barra minn pajjiżna. Aħna

niskjeraw il-pulizija, l-esperti ġudizzjarji u s-suldati f’żoni instabbli

madwar id-dinja. Ir-responsabbiltà taqa’ fuq il-gvernijiet, il-parlamenti

u l-istituzzjonijiet tal-UE biex ifi ssru liċ-ċittadini kif dan kollu jikkontri-

bwixxi għas-sigurtà ukoll f’pajjiżhom.

Ħames snin ilu, is-SES stabbiliet viżjoni ta’ kif l-UE tista’ tkun forza

biex ikollna dinja aktar ġusta, sigura u magħquda. Qrobna ħafna lejn

dak il-għan. Imma d-dinja madwarna qed tinbidel b’mod mgħaġġel,

b’theddid li qed jevolvi u poteri li qed jiċċaqalqu. Biex nibnu Ewropa

sigura f’dinja aħjar, jeħtieġ li naħdmu aktar biex infasslu l-ġrajjiet aħna.

U dan irridu nagħmluh issa.

Page 29: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

27

Introduzzjoni

L-Ewropa qatt ma kienet daqshekk prospera, sigura u lanqas daqshekk

libera. Wara l-vjolenza tal-ewwel nofs tas-seklu 20 beda perijodu ta’

paċi u stabbiltà li qatt ma kien hawn bħalu fl -istorja Ewropea.

Il-ħolqien tal-Unjoni Ewropea kien ċentrali għal dan l-iżvilupp. Hija

ttrasformat ir-relazzjonijiet bejn l-Istati tagħna, u l-ħajja taċ-ċittadini

tagħna. Il-pajjiżi Ewropej huma impenjati li jittrattaw it-tilwim b’mod

paċifi ku u li jikkooperaw permezz ta’ istituzzjonijiet komuni. Matul

dan il-perijodu, il-fi rxa progressiva tal-istat tad-dritt u d-demokrazija

rat reġimi awtoritarji jinbidlu f’demokraziji siguri, stabbli u dinamiċi.

Tkabbir wara l-ieħor qed iwettaq il-viżjoni ta’ kontinent magħqud

u paċifi ku f’realtà.

L-Istati Uniti kellha rwol prinċipali fl -integrazzjoni Ewropea u s-sigurtà

Ewropea, b’mod partikolari permezz tan-NATO. It-tmiem tal-Gwerra

Bierda ħalla lill-Istati Uniti f’pożizzjoni dominanti bħala attur militari.

Madankollu, l-ebda pajjiż mhu kapaċi jegħleb waħdu l-problemi

komplessi ta’ llum.

L-Ewropa għadha tiff aċċja theddid u sfi di għas-sigurtà. It-tfaqqigħ

tal-konfl itt fi l-Balkani jfakkar li l-gwerra ma għebitx mill-kontinent

tagħna. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-ebda reġjun tad-dinja ma

ħelisha minn konfl itt armat. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-konfl itti saru

fi ħdan l-Istat aktar milli bejn l-Istati, u l-biċċa l-kbira tal-vittmi kienu

persuni ċivili.

EWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR

Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà

Brussell, 12 ta’ Diċembru 2003

Page 30: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

28

Bħala unjoni ta’ 25 stat b’aktar minn 450 miljun persuna li jipproduċu

kwart tal-Prodott Nazzjonali Gross (PNG) tad-dinja, u b’fi rxa wiesgħa

ta’ strumenti li tista’ tuża, l-Unjoni Ewropea hija inevitabbilment attur

globali. Fl-aħħar għaxar snin il-forzi Ewropej ġew skjerati barra mill-

Unjoni lejn postijiet imbiegħda bħall-Afganistan, Timor tal-Lvant

u r-RDK. Il-konverġenza dejjem akbar tal-interessi Ewropej u t-tisħiħ

tas-solidarjetà reċiproka tal-UE jagħmilna attur aktar kredibbli u eff et-

tiv. L-Ewropa għandha tkun lesta li tikkondividi r-responsabbiltà għal

sigurtà globali u biex tinbena dinja aħjar.

Osservaturi tal-UE

jitkellmu ma’ persuni

spostati internament

f’ċentru kollettiv

fi l-Ġeorġja

Page 31: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

29

Sfi di Globali

L-ambjent ta’ wara l-Gwerra Bierda huwa wieħed ta’ fruntieri dejjem

aktar miftuħa fejn l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà huma marbuta

b’mod indissolubbli. Il-fl ussi ta’ kummerċ u investiment, l-iżvilupp

tat-tekonoloġija u l-fi rxa tad-demokrazija ġabu l-libertà u l-prospe-

rità lil ħafna nies. Oħrajn interpretaw il-globalizzazzjoni bħala kawża

ta’ frustrazzjoni u inġustizzja. Dawn l-iżviluppi żiedu wkoll l-ambitu

fejn gruppi non-statali jistgħu jieħdu sehem fl -aff arijiet internazzjo-

nali. U huma żiedu d-dipendenza — u għalhekk il-vulnerabbiltà —

tal-Ewropa fuq infrastruttura interkonnessa fi t-trasport, l-enerġija,

l-informazzjoni u oqsma oħrajn.

Mill-1990 ‘l hawn, kważi 4 miljun persuna mietu fi gwerer, 90%

minnhom persuni ċivili. ‘Il fuq minn 18-il miljun persuna madwar

id-dinja ħarbu minn djarhom minhabba l-konfl itt.

F’parti kbira mid-dinja li qed tiżviluppa, il-faqar u l-mard jikkawżaw

sofferenza kbira u jikkaġunaw preokkupazzjonijiet urġenti dwar

is-sigurtà. Kważi 3 biljun persuna, nofs il-popolazzjoni tad-dinja, jgħixu

b’anqas minn 2 Euro kuljum. 45 miljun kull sena jmutu minħabba l-ġuħ

u l-mard marbut ma’ nuqqas ta’ ikel bnin. L-AIDS issa saret waħda

mill-aktar pandemiji devastanti fl-istorja umana u tikkontribwixxi

għat-tifrik ta’ soċjetajiet sħaħ. Mard ġdid jista’ jinfi rex malajr u jsir

theddida globali. L-Afrika tas-Sub-Saħara hija ifqar illum milli kienet

10 snin ilu. F’ħafna każijiet, il-falliment ekonomiku huwa marbut ma’

problemi politiċi u konfl itti vjolenti.

I. L-ambjent ta’ sigurtà:

sfi di globali u theddid prinċipali

Page 32: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

30

Is-sigurtà hija pre-kondizzjoni għall-iżvilupp. Il-konfl itt mhux biss jeqred

l-infrastruttura, inkluża l-infrastruttura soċjali; huwa jinkoraġġixxi wkoll

il-kriminalità, igerrex l-investiment u jirrendi impossibbli l-attività

ekonomika normali. Numru ta’ pajjiżi u reġjuni huma maqbuda f’ċiklu

ta’ konfl itt, insigurtà u faqar.

Huwa probabbli li l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali — b’mod

speċjali l-ilma — li ser tkun aggravata bit-tisħin globali fi s-snin li ġejjin,

ser toħloq aktar taqlib u movimenti migratorji f’diversi reġjuni.

Id-dipendenza fuq l-enerġija hija preokkupazzjoni speċjali għall-

Ewropa. L-Ewropa hija l-akbar importatur taż-żejt u l-gass fi d-dinja.

Illum l-importazzjonijiet jilħqu l-50% tal-konsum tal-enerġija. Dan

għandu jitla’ għal 70% fl -2030. Il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet

jiġu mill-Golf, mir-Russja u mill-Afrika ta’ Fuq.

Theddid Prinċipali

Agressjoni fuq skala kbira kontra xi Stat Membru illum hija improbab-

bli. Minfl ok dan, l-Ewropa qed tiff aċċja għamliet ġodda ta’ theddid li

huma aktar diversi, jidhru anqas u huma anqas prevedibbli.

Terroriżmu: It-terroriżmu jpoġġi l-ħajja fir-riskju; huwa jikkawża

spejjeż kbar; ifi ttex li jimmina l-ftuħ u t-tolleranza tas-soċjetajiet tagħna,

u jimponi theddida strateġika dejjem akbar għall-Ewropa kollha. Kulma

jmur l-movimenti terroristiċi qed ikollhom riżorsi tajbin, huma konnessi

b’netwerks elettroniċi, u huma lesti li jużaw vjolenza mingħajr limitu

biex jikkawżaw diżgrazzji massivi.

Il-mewġa l-aktar reċenti ta’ terroriżmu hija globali fl -ambitu tagħha

u hija marbuta mal-estremiżmu reliġjuz vjolenti. Hija tinbet minn

kawżi komplessi. Dawn jinkludu l-pressjonijiet tal-modernizzazzjoni,

il-kriżijiet kulturali, politiċi u soċjali, u l-aljenazzjoni taż-żgħażagħ

li jgħixu f’soċjetajiet barranin. Dan il-fenomenu huwa wkoll parti

mis-soċjetà tagħna stess.

Page 33: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

31

L-Ewropa hija kemm mira kif ukoll bażi ta’ dan it-tip ta’ terroriżmu:

pajjiżi Ewropej huma miri u ġew attakkati. Bażijiet loġistiċi għaċ-ċelloli

tal-Al Qaeda nstabu fi r-Renju Unit, fl -Italja, fi l-Ġermanja, fi Spanja

u fi l-Belġu. Azzjoni Ewropea miftiehma fl imkien hija indispensabbli.

Il-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa hija potenzjalment

l-akbar theddida għas-sigurtà tagħna. Is-sistemi tat-trattati inter-

nazzjonali u l-arranġamenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni naqqsu

l-fi rxa tal-AQM u s-sistemi ta’ kunsinja. Madankollu, issa qed nidħlu

f’perijodu ġdid u perikoluż li jżid il-possibbiltà ta’ tellieqa għall-AQM,

speċjalment fi l-Lvant Nofsani. Avvanzi fi x-xjenza bijoloġika jistgħu

jżidu s-saħħa tal-armi bijoloġiċi fi s-snin li ġejjin; attakki b’materjali

kimiċi u radjoloġiċi huma wkoll possibbiltà serja. Il-fi rxa tat-teknoloġija

tal-missili żżid element ulterjuri ta’ instabbiltà u tista’ tpoġġi lill-Ewropa

f’riskju dejjem akbar.

L-aktar xenarju tal-biża’ huwa wieħed fejn gruppi terroristiċi jakkwistaw

armi tal-qerda tal-massa. F’dan il-każ, grupp żgħir ikun jista’ jagħmel

ħsara fuq livell li qabel kien possibbli biss għall-Istati u l-armati.

Konfl itti Reġjonali: Problemi bħal dawk fi l-Kashmir, ir-Reġjun tal-Lagi

l-Kbar u l-Peniżola Koreana għandhom impatt dirett u indirett fuq

interessi Ewropej, bħalma għandhom il-konfl itti aktar viċini, l-aktar

dawk fi l-Lvant Nofsani. Konfl itti vjolenti jew iff riżati, li jippersistu wkoll

fuq il-fruntieri tagħna, jheddu l-istabbiltà reġjonali. Huma jeqirdu

l-ħajjiet umani u l-infrastrutturi soċjali u fi żiċi, jheddu l-minoranzi,

il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem. Il-konfl itt jista’

jwassal għall-estremiżmu, it-terroriżmu u l-falliment tal-Istat, u jista’

jipprovdi opportunitajiet għal kriminalità organizzata. L-insigurtà

reġjonali tista’ żżid id-domanda għall-AQM. L-aktar mod prattiku biex

jingħeleb it-theddid ġdid, li spiss ikun elużiv, xi drabi jkun bl-indirizzar

ta’ problemi eqdem ta’ konfl itt reġjonali.

Page 34: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

32

Falliment tal-Istat: Il-governanza ħażina — il-korruzzjoni, l-abbuż

tal-poter, l-istituzzjonijiet dgħajfa u n-nuqqas ta’ responsabbiltà —

u l-konfl itt ċivili jħassru l-Istati minn ġewwa. F’xi każijiet, dan ikkawża

l-kollass tal-istituzzjonijiet tal-Istat. Is-Somalja, il-Liberja u l-Afganis-

tan taħt it-Taliban huma l-eżempji riċenti l-aktar magħrufa. Il-kollass

tal-Istat jista’ jkun assoċjat ma’ theddid ovvju, bħalma huma l-kriminalità

organizzata u t-terroriżmu. Il-falliment tal-Istat huwa fenomenu allar-

manti, li jimmina l-governanza globali, u jżid l-instabbiltà reġjonali.

Kriminalità organizzata: L-Ewropa hija mira primarja għall-kriminalità

organizzata. Din it-theddida interna għas-sigurtà tagħna għandha

dimensjoni esterna importanti: it-traffi kar transkonfi nali tad-droga,

tan-nisa, tal-immigranti illegali u tal-armi huma parti kbira mill-attivi-

tajiet tal-klikek kriminali. Hija jista’ jkollha rabtiet mat-terroriżmu.

Attivitajiet kriminali bħal dawn ħafna drabi huma assoċjati ma’ Stati

dgħajfa jew li qed ifallu. Il-qligħ mid-drogi qed idgħajjef aktar l-istrut-

turi tal-Istat f’diversi pajjiżi li jipproduċu d-droga. Il-qligħ mill-kummerċ

fi l-ħaġar prezzjuż, l-injam u l-armi żgħar, iżidu l-konfl itt f’partijiet oħra

tad-dinja. Dawn l-attivitajiet kollha jimminaw kemm l-istat tad-dritt kif

ukoll l-ordni soċjali innifi sha. F’każijiet estremi, il-kriminalità organiz-

zata tista’ tasal biex tiddomina l-Istat. 90% tal-eroina fl -Ewropa tiġi

mill-peprin imkabbar fl -Afganistan — fejn il-kummerċ fi d-droga jħallas

għall-armati privati. Il-biċċa l-kbira tad-droga titqassam permezz ta’

netwerks kriminali Balkani li huma wkoll responsabbli għal madwar

200,000 mis-700,000 vittma nisa tal-kummerċ ta’ natura sesswali

madwar id-dinja. Dimensjoni ġdida tal-kriminalità organizzata li ser

jistħoqqilha aktar attenzjoni hija ż-żieda fi l-piraterija marittima.

Jekk nieħdu dawn l-elementi differenti flimkien — it-terroriżmu

bil-għan ta’ vjolenza massima, id-disponibbiltà ta’ armi tal-qerda

tal-massa, il-kriminalità organizzata, id-dgħufi ja tas-sistema tal-Istat

u l-privatizzazzjoni tal-forza — tassew nistgħu niff aċċjaw theddida

radikali ħafna.

Page 35: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

33

Aħna ngħixu f’dinja li għandha prospetti isbaħ iżda wkoll theddid

akbar milli qatt rajna s’issa. Il-futur ser jiddependi parzjalment fuq

l-azzjonijiet tagħna. Jeħtieġ kemm li naħsbu globalment kif ukoll li

naġixxu lokalment. Sabiex tiddefendi s-sigurtà tagħha u tippromwovi

l-valuri tagħha, l-UE għandha tliet objettivi strateġiċi:

L-indirizzar tat-Theddid

L-Unjoni Ewropea kienet attiva fl -ittrattar tat-theddid prinċipali.

Hija rrispondiet wara l-11 ta’ Settembru b’miżuri li inkludew l-adozzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, passi sabiex ikun

attakkat l-iffi nanzjar tat-terroriżmu u ftehim dwar assistenza

legali reċiproka mal-Istati Uniti. L-UE qed tkompli tiżviluppa

l-kooperazzjoni f’dan il-qasam u ttejjeb id-difi żi tagħha.

Hija ħaddnet politiki kontra l-proliferazzjoni għal ħafna snin. L-Unjoni għadha kif qablet dwar programm ta’ azzjoni

ieħor li jipprevedi passi li jsaħħu l-Aġenzija Internazzjonali

tal-Enerġija Atomika u miżuri li jsaħħu l-kontrolli ta’ espor-

tazzjoni u jittrattaw il-kunsinni illegali u l-akkwist illeċitu. L-UE

hija impenjata biex tikseb aderenza universali mas-sistemi

li jirregolaw it-trattati multilaterali, kif ukoll biex issaħħaħ

it-tratatti u d-dispożizzjonijiet ta’ verifi ka tagħhom.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri intervjenew biex jgħinu fl -ittrattar ta’ konfl itti reġjonali u jgħinu lil Stati falluti biex

jirkupraw, inkluż fi l-Balkani, l-Afganistan u r-RDK. Wieħed

mill-modi l-aktar effettivi biex tiġi ttrattata l-kriminalità

II. Objettivi strateġiċi

Page 36: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

34

organizzata fl-UE huwa r-restawr ta’ governanza tajba

fi l-Balkani, it-trawwim tad-demokrazija u billi jsir possibbli

għall-awtoritajiet li jegħlbu l-kriminalità organizzata.

F’era ta’ globalizzazzjoni, it-theddid fi l-bogħod jista’ jkun preokku-

pazzjoni daqs dak li hu viċin. L-attivitajiet nukleari fi l-Korea ta’ Fuq,

ir-riskji nukleari fl -Ażja t’Isfel u l-proliferazzjoni fi l-Lvant Nofsani huma

kollha preokkupazzjonijiet għall-Ewropa.

It-terroristi u l-kriminali issa jistgħu joperaw madwar id-dinja kollha:

l-attivitajiet tagħhom fi ċ-Ċentru jew ix-Xlokk tal-Ażja jistgħu jkunu ta’

theddida għall-pajjiżi Ewropej jew għaċ-ċittadini tagħhom. Sadattant,

il-komunikazzjoni globali iżżid l-għarfi en fl -Ewropa ta’ konfi tti reġjonali

jew traġedji umanitarji kullimkien fi d-dinja.

Il-kunċett tradizzjonali tagħna ta’ difi ża personali — sal-Gwerra Bierda

u din inkluża — kien ibbażat fuq it-theddida tal-invażjoni. Bit-theddid

il-ġdid, l-ewwel front ta’ difi ża spiss ikun barra minn pajjiżna. It-theddid

il-ġdid huwa dinamiku. Ir-riskji tal-proliferazzjoni jikbru biż-żmien; jekk

jitħallew waħedhom, in-netwerks terrorostiċi ser isiru dejjem aktar

perikolużi. Il-falliment tal-Istat u l-kriminalità organizzata jinfi rxu jekk jiġu

ttraskurati — bħalma rajna fl -Afrika tal-Punent. Dan jimplika li għandna

nkunu lesti biex naġixxu qabel ma tfaqqa’ xi kriżi. Il-prevenzjoni ta’

konfl itt u l-prevenzjoni ta’ theddid qatt ma jibdew kmieni biżżejjed.

B’kuntrast mat-theddida massiva viżibbli fi l-Gwerra Bierda, l-ebda

waħda mit-theddid il-ġdid mhi purament militari; u l-ebda waħda

ma tista’ tiġi ttrattata b’mezzi purament militari. Kull waħda tirrikjedi

taħlita ta’ strumenti. Il-proliferazzjoni tista’ tkun ikkontrollata permezz

tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni u tiġi attakkata permezz ta’ pressjoni-

jiet politiċi, ekonomiċi u oħrajn, fi lwaqt li jiġu ttrattati wkoll il-kawżi

politiċi sottostanti. It-trattament tat-terroriżmu jista’ jirrikjedi taħlita

ta’ ġbir ta’ informazjoni sensittiva, il-pulizija, mezzi ġudizzjarji, militari

u oħrajn. Fi Stati falluti, jista’ jkun hemm bżonn ta’ strumenti militari

biex tiġi restawrata l-ordni u mezzi umanitarji biex tingħeleb il-kriżi

immedjata.

Page 37: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

35

Il-konflitti reġjonali jeħtieġu soluzzjonijiet politiċi iżda jistgħu

jkunu meħtieġa mezzi militari u ħidma ta’ pulizija effikaċi fil-fażi

ta’ wara l-konfl itt. L-istrumenti ekonomiċi jgħinu fi r-rikostruzzjoni,

u l-immaniġġjar ta’ kriżi ċivili jgħin biex jiġi restawrat gvern ċivili.

L-Unjoni Ewropea hija attrezzata partikolarment tajjeb biex twieġeb

għal tali sitwazzjonijiet multidimensjonali.

Bini ta’ Sigurtà fi l-Viċinat tagħna

Anke f’era ta’ globalizzazzjoni, il-ġeografi ja għadha importanti. Huwa

fl -interess Ewropew li l-pajjiżi fuq il-konfi ni tagħna jkunu ggvernati

tajjeb. Ġirien li jkunu impenjati f’konfl itti vjolenti, Stati dgħajfa fejn

tiffjorixxi l-kriminalità organizzata, soċjetajiet disfunzjonali jew

splużjoni fi ż-żieda tal-popolazzjoni fi l-konfi ni tagħha, kollha jikkawżaw

problemi għall-Ewropa.

L-integrazzjoni ta’ Stati aderenti żżid is-sigurtà tagħna iżda tqarreb

ukoll ‘il-UE lejn żoni problematiċi. Il-kompitu tagħna huwa li nipprom-

wovu ċirku, lejn il-Lvant tal-Unjoni Ewropea u fuq il-konfi ni tal-Mediter-

ran, ta’ pajjiżi ggvernati sew li magħhom jista’ jkollna relazzjonijiet

viċini u ta’ kooperazzjoni.

L-importanza ta’ dan tidher l-aktar fi l-Balkani. Permezz tal-isforzi miftie-

hma tagħna mal-Istati Uniti, ir-Russja, in-NATO u msieħba internazzjo-

nali oħrajn, l-istabbiltà tar-reġjun m’għadhiex mhedda bit-tfaqqigħ ta’

konfl itt kbir. Il-kredibbiltà tal-politika estera tagħna tiddependi fuq

il-konsolidazzjoni tal-kisbiet tagħna hemmhekk.

Il-perspettiva Ewropea toff ri kemm objettiv strateġiku kif ukoll inċentiv

għar-riforma. M’huwiex fl -interess tagħna li t-tkabbir joħloq linji diviżorji

ġodda fl -Ewropa. Jeħtieġ li nestendu l-benefi ċċji tal-kooperazzjoni

ekonomika u politika lill-ġirien tagħna fi l-Lvant fi lwaqt li negħlbu

l-problemi politiċi ta’ hemmhekk. Issa jeħtieġ li nieħdu interess aktar

qawwi u attiv fi l-problemi tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, li, meta jasal

il-waqt, ukoll ser ikun reġjun ġar.

Page 38: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

36

Ir-riżoluzzjoni tal-konfl itt Għarbi-Iżraeljan hija prijorità strateġika għall-

Ewropa. Mingħajr dan, ikun hemm ftit possibbiltà li nittrattaw problemi

oħrajn fi l-Lvant Nofsani. Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tibqa’ impenjata

u lesta li tikkommetti riżorsi għall-problema sakemm tkun solvuta.

Is-soluzzjoni ta’ żewġ Stati — li l-Ewropa ilha tappoġġja — issa hija

aċċettata b’mod wiesa’. Biex tiġi implimentata, jeħtieġ li jkun hemm

sforz unit u kooperattiv mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, in-Nazzjo-

nijiet Uniti u r-Russja, u l-pajjiżi tar-reġjun, iżda l-aktar mill-Iżraeljani

u l-Palestinjani nnifi shom.

Iż-żona tal-Mediterran ġeneralment għadha tgħaddi minn problemi

serji ta’ staġnar ekonomiku, diżordni soċjali u konflitti mhux

solvuti. L-interessi tal-Unjoni Ewropea jirrikjedu impenn kontinwu

mal-imsieħba tal-Mediterran, permezz ta’ kooperazzjoni ekonomika,

ta’ sigurtà u kulturali aktar eff ettiva fi l-qafas tal-Proċess ta’ Barċellona.

Impenn usa’ mad-Dinja Għarbija għandu jiġi kkunsidrat ukoll.

Ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu eff ettiv

F’dinja ta’ theddid globali, swieq globali u midja globali, is-sigurtà

u l-prosperità tagħna jiddependu dejjem aktar minn sistema multila-

terali eff ettiva. L-iżvilupp ta’ soċjetà internazzjonali aktar b’saħħitha,

istituzzjonijiet internazzjonali li jaħdmu tajjeb u ordni internazzjonali

bbażat fuq ir-regoli huwa objettiv tagħna.

Aħna impenjati li nirrispettaw u niżviluppaw id-Dritt Internazzjonali.

Il-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali huwa il-Karta

tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti

għandu r-responsabbiltà primarja għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà

internazzjonali. It-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti, billi tiġi mgħammra

biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha u taġixxi b’mod eff ettiv,

huwa prijorità Ewropea.

Aħna rridu li l-organizzazzjonijiet internazzjonali, ir-reġimi u t-trattati

jkunu eff ettivi fi l-konfront ta’ theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjo-

nali, u għalhekk jeħtieġ li nkunu lesti li naġixxu meta jinkisru r-regoli

tagħhom.

Page 39: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

37

Istituzzjonijiet prinċipali fi s-sistema internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni

Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali

wessgħu is-sħubija tagħhom. Iċ-Ċina ingħaqdet mad-WTO u r-Russja

qed tinnegozja l-adeżjoni tagħha. Għandu jkun l-objettiv tagħna li

nwessgħu is-sħubija ta’ tali korpi fi lwaqt li nżommu l-istandards għoljin

tagħhom.

Wieħed mill-elementi ċentrali tas-sistema internazzjonali huwa

r-relazzjoni transatlantika. Din mhijiex biss fl -interess bilaterali tagħna

iżda ssaħħaħ ukoll il-komunità internazzjonali sħiħa. In-NATO hija

espressjoni importanti ta’ din ir-relazzjoni.

L-organizzazzjonijiet reġjonali wkoll isaħħu l-governanza globali. Għall-

Unjoni Ewropea, is-saħħa u l-eff ettività tal-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa

għandhom sinifi kat partikolari. Organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn

bħall-ASEAN, il-MERCOSUR u l-Unjoni Afrikana jagħtu kontribut impor-

tanti għal dinja aktar ordnata.

Hija kondizzjoni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli li l-liġi tevolvi

bħala rispons għal żviluppi bħall-proliferazzjoni, it-terroriżmu u t-tisħin

globali. Għandna interess li niżviluppaw aktar l-istituzzjonijiet eżistenti

bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li nappoġġjaw dawk ġodda

bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali. L-esperjenza tagħna stess fl -Ewropa

turi li s-sigurtà tista’ tiżdied permezz ta’ bini ta’ fiduċja u sistemi ta’

kontroll tal-armi. Tali strumenti jistgħu ukoll jagħtu kontribut importanti

għas-sigurtà u l-istabbiltà fi l-viċinat tagħna u lil hinn minnu.

Il-kwalità tas-soċjetà internazzjonali tiddependi fuq il-kwalità tal-gverni-

jiet li huma l-pedament tagħha. L-aqwa protezzjoni għas-sigurtà

tagħna hija dinja ta’ stati demokratiċi rregolati tajjeb. It-tixrid ta’

governanza tajba, l-appoġġ ta’ riforma soċjali u politika, it-trattament

tal-korruzzjoni u tal-abbuż tal-poter, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt

u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem huma l-aqwa mezzi ta’ tisħiħ

tal-ordni internazzjonali.

Il-kummerċ u l-politiki ta’ żvilupp jistgħu jkunu għodda qawwija għall-

promozzjoni tar-riforma. Bħala l-akbar fornitur ta’ għajnuna uffi ċjali

fi d-dinja u l-akbar entità kummerċjali tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Istati

Membri tagħha qegħdin f’pożizzjoni tajba biex isegwu dawn il-miri.

Page 40: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

38

Li nikkontribwixxu għall-governanza aħjar permezz ta’ programmi

ta’ assistenza, il-kondizzjonalità u l-miżuri ta’ kummerċ iff okati, tibqa’

karatteristika importanti fi l-politika tagħna li għandna nirrinforzaw

aktar. Dinja li tidher li qed toff ri ġustizzja u opportunità għal kulħadd

tkun aktar sigura għall-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini taghħa.

Numru ta’ pajjiżi poġġew lilhom innifishom barra mill-konfini

tas-soċjetà internazzjonali. Uħud fi ttxew l-iżolament; oħrajn jiksru

n-normi internazzjonali b’mod persistenti. Huwa mixtieq li tali pajjiżi

jingħaqdu mill-ġdid mal-komunità internazzjonali, u l-UE għandha

tkun lesta biex tipprovdi assistenza. Dawk li ma jixtiqux jagħmlu

dan għandhom jifhmu li dan ser iġib miegħu konsegwenzi, inkluż

fi r-relazzjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE Javier Solana, is-Segretarja tal-Istat tal-Istati Uniti Hillary

Rodham Clinton, il-Ministru tal-Aff arijiet Barranin Ċek Karel Schwarzenberg u l-Kummissarju

tal-UE għar-Relazzjonijiet Esterni Benita Ferrero-Waldner, fi s-sala tal-konferenzi stampa wara

l-laqgħa Ministerjali UE-US li saret matul il-Presidenza Ċeka tal-UE

Page 41: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

39

L-Unjoni Ewropea għamlet progress lejn politika estera koerenti

u immaniġġjar effettiv ta’ kriżijiet. Għandna strumenti li jistgħu

jintużaw b’mod eff ettiv, bħalma urejna fi l-Balkani u lil hinn. Iżda jekk

għandna nagħmlu kontribut li jaqbel mal-potenzjal tagħna, jeħtieġ li

nkunu aktar attivi, aktar koerenti u aktar kapaċi. U jeħtieġ li naħdmu

ma’ oħrajn.

Aktar attivi meta nsegwu l-objettivi strateġiċi tagħna. Dan japplika

għall-fi rxa sħiħa ta’ strumenti li nistgħu nużaw għall- immaniġġjar

ta’ kriżijiet u l-prevenzjoni ta’ konflitt, inklużi attivitajiet politiċi,

diplomatiċi, militari u ċivili, kummerċjali u ta’ żvilupp. Jenħtieġu politiki

attivi kontra t-theddid dinamiku ġdid. Jeħtieġ li niżviluppaw kultura

strateġika li trawwem l-kapaċità ta’ interventi f’waqthom, rapidi u,

meta jkun meħtieġ, robusti.

Bħala Unjoni ta’ 25 membru li tonfoq aktar minn 160 biljun Euro

fuq id-difi ża, għandna nkunu kapaċi nsostnu diversi operazzjonijiet

f’daqqa. Nistgħu nżidu valur partikolari billi niżviluppaw operazzjoni-

jiet li jinvolvu kapaċitajiet kemm militari kif ukoll ċivili.

L-UE għandha tappoġġja n-Nazzjonijiet Uniti fir-rispons tagħha

għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. L-UE hija impenjata

li tirrinforza l-kooperazzjoni tagħha man-NU biex tassisti pajjiżi li ħerġin

mill-konfl itt u li ttejjeb l-appoġġ tagħha għan-NU f’sitwazzjonijiet ta’

immaniġġjar ta’ kriżijiet fuq medda ta’ żmien qasir.

III. Implikazzjonijiet ta’ politika

għall-Ewropa

Page 42: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

40

Jeħtieġ li nkunu kapaċi naġixxu qabel ma’ pajjiżi madwarna jmorru

għall-agħar, meta jiġu skoperti sinjali ta’ proliferazzjoni u qabel

ma jinħolqu emerġenzi umanitarji. L-impenn preventiv jista’ jevita

problemi aktar serji fi l-futur. Unjoni Ewropea li tieħu responsabbiltà

akbar u li tkun aktar attiva tkun waħda li jkollha infl uwenza politika

akbar.

Aktar Kapaċi. Ewropa aktar kapaċi hija possibbli għalina, għalkemm

jeħtieġ aktar żmien biex il-potenzjal kollu tagħna jkun realizzat. Azzjo-

nijiet li jinsabu għaddejjin — notevolment l-istabbiliment ta’ aġenzija

għad-difi ża — huma pass fi d-direzzjoni t-tajba.

Sabiex nittrasformaw il-korpi militari tagħna f’forzi aktar fl essibbli

u mobbli, u sabiex nagħtuhom il-mezzi biex jindirizzaw it-theddid

il-ġdid, huma meħtieġa aktar riżorsi għad-difi ża u użu aktar eff ettiv

tar-riżorsi.

L-użu sistematiku ta’ assi akkomunati u kondiviżi għandu jnaqqas

id-duplikazzjonijiet, l-ispejjeż ġenerali u, fuq medda ta’ żmien medju,

iżid il-kapaċitajiet.

Kważi f’kull intervent maġġuri, l-effi ċjenza militari ġiet segwita minn

kaos ċivili. Neħtieġu kapaċità akbar biex nimmobilizzaw ir-riżorsi ċivili

f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ postkriżi.

Kapaċità diplomatika aktar b’saħħitha: neħtieġu sistema li tgħaqqad

ir-riżorsi tal-Istati Membri ma’ dawk tal-istituzzjonijiet tal-UE. It-tratta-

ment ta’ problemi li huma aktar ‘il bogħod u aktar barranin jirrikjedi

fehim u komunikazzjoni aħjar.

Il-valutazzjonijiet tat-theddid komuni huma l-aħjar bażi għal azzjonijiet

komuni. Dan jirrikjedi qsim aħjar tal-ġbir ta’ informazzjoni sensittiva

fost l-Istati Membri u mal-imsieħba.

Page 43: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

41

Filwaqt li nżidu l-kapaċitajiet f’oqsma diff erenti, jeħtieġ li naħsbu f’sens

ta’ fi rxa usa’ ta’ missjonijiet. Dan jista’ jinkludi operazzjonijiet konġunti

għad-diżarm, sostenn għal pajjiżi terzi fi l-ġlieda kontra t-terroriżmu

u riforma tas-settur tas-sigurtà. Dan tal-aħħar ikun parti mill-bini usa’

ta’ istituzzjonijiet.

L-arranġamenti permanenti UE-NATO, b’mod partikolari il-Berlin Plus,

itejbu l-kapaċità operattiva tal-UE u jipprovdu l-qafas għas-sħubija

strateġika bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet fl-immaniġġjar ta’

kriżijiet.

Aktar Koerenti. Il-punt tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni

u tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difi ża huwa li aħna aktar b’saħħitna

meta naġixxu fl imkien. Matul dawn l-aħħar snin, ħloqna numru ta’

strumenti diff erenti, li kull wieħed minnhom għandu struttura u bażi

loġika proprji.

L-isfi da issa hija li jinġiebu fl imkien l-istrumenti u l-kapaċitajiet diversi:

il-programmi ta’ assistenza Ewropea u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

il-kapaċitajiet ċivili u militari mill-Istati Membri u strumenti oħra. Dawn

kollha jista’ jkollhom impatt fuq is-sigurtà tagħna u dik ta’ pajjiżi terzi.

Is-sigurtà hija l-ewwel kondizzjoni għall-iżvilupp.

L-isforzi diplomatiċi, l-iżvilupp, il-kummerċ u l-politiki ambjentali

għandhom isegwu l-istess aġenda. Fi kriżi, xejn ma jieħu post l-unità

fi t-tmexxija.

Koordinazzjoni aħjar bejn il-politika ta’ azzjoni esterna u dik tal-Ġustizzja

u Aff arijiet Interni hija kruċjali fi l-ġlieda kemm kontra t-terroriżmu kif

ukoll kontra l-kriminalità organizzata.

Koerenza akbar hija meħtieġa mhux biss bejn l-istrumenti tal-UE iżda

wkoll fl -attivitajiet esterni tal-Istati membri individwali.

Page 44: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

42

Politiki koerenti huma wkoll meħtieġa f’kuntest reġjonali, speċjalment

meta wieħed ikun qed jittratta każ ta’ konfl itt. Huwa rari li l-problemi

jissolvew fuq bażi ta’ pajjiż wieħed, jew mingħajr appoġġ reġjonali,

bħalma juruna, b’modi diff erenti, l-esperjenzi tal-Balkani u tal-Afrika

tal-Punent.

Naħdmu mal-imsieħba. Ftit li xejn hemm problemi li nistgħu nsolvu

waħedna. It-theddid deskritt hawn fuq huwa theddid komuni, kondiviż

mal-eqreb sħab tagħna. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija neċessità.

Jeħtieġ li nsegwu l-objettivi tagħna kemm permezz ta’ kooperazzjoni

multilaterali f’organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll permezz ta’

sħubijiet ma’ atturi prinċipali.

Ir-relazzjoni transatlantika xejn ma jista’ joħdilha postha. Jekk jaġixxu

fl imkien, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jistgħu jkunu forza formidab-

bli għat-tajjeb fi d-dinja. L-għan tagħna għandu jkun sħubija eff ettiva

u bbilanċjata mal-Istati Uniti tal-Amerika. Din hija raġuni oħra għall-UE

biex tibni aktar il-kapaċitajiet tagħha u żżid il-koerenza tagħha.

Għandna nkomplu naħdmu għal relazzjonijiet eqreb mar-Russja, fattur

kbir fi s-sigurtà u l-prosperità tagħna. Ir-rispett għall-valuri komuni ser

jirrinforza l-progress lejn sħubija strateġika.

L-istorja, il-ġeografi ja u r-rabtiet kulturali tagħna jagħtuna rabtiet ma’

kull parti tad-dinja: il-ġirien tagħna fi l-Lvant Nofsani, l-imsieħba tagħna

fl -Afrika, fl -Amerika Latina u fl -Ażja. Dawn ir-relazzjonijiet huma assi

importanti li wieħed jista’ jibni fuqu. B’mod partikolari għandna nħarsu

lejn l-iżvilupp ta’ sħubiji strateġiċi mal-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada

u l-Indja kif ukoll ma’ dawk kollha li jikkondividu l-miri u l-valuri tagħna,

u li huma lesti li jaġixxu biex jappoġġjawhom.

Page 45: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

43

Konklużjoni

Din hija dinja ta’ perikli ġodda iżda wkoll ta’ opportunitajiet ġodda.

L-Unjoni Ewropea għandha l-potenzjal li tagħti kontribut kbir, kemm

fi t-trattament tat-theddid kif ukoll billi tgħin biex jiġu realizzati l-oppor-

tunitajiet. Unjoni Ewropea attiva u kapaċi tagħmel impatt fuq skala

globali. Permezz ta’ hekk, tkun qed tikkontribwixxi għal sistema mutila-

terali eff ettiva li twassal għal dinja aktar ġusta, sigura u magħquda.

Page 46: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 47: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 48: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 49: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ — EWROPA SIGURA F’DINJA AĦJAR

Il-Lussemburgu: L-Uffi ċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

2009 — p. 43 — 14,8 x 21,0 cm

ISBN 978-92-824-2428-5

doi: 10.2860/15845

QC-78-09-568-MT-C

Page 50: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż
Page 51: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Kif jiġu akkwistati l-pubblikazzjonijiet tal-UE

Pubblikazzjonijiet għall-bejgħ:

• permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• mill-ħanut tal-kotba tiegħek billi tikkwota t-titlu, il-pubblikatur

u/jew in-numru tal-ISBN;

• billi tikkuntattja wieħed mill-aġenti tagħna direttament inkarigat mill-bejgħ.

Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-link

http://bookshop.europa.eu, jew billi tibgħat faks fi n-numru +352 2929-42758.

Pubblikazzjonijiet mingħajr ħlas:

• permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• mir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea jew mid-delegazzjonijiet.

Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-link

http://ec.europa.eu/ jew billi tibgħat faks fi n-numru +352 2929-42758.

Page 52: MT STRATEĠIJA EWROPEA TA’ SIGURTÀ · 2017-10-23 · illegali u, l-aktar riċenti, il-piraterija. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata evolvew f’theddida ġdida, inkluż

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

www.consilium.europa.eu

QC

-78

-09

-56

8-M

T-C

ISBN 978-92-824-2428-5