20
Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 1 minn 3 L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: KWARTA KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop L-EŻAMI TANOFS IS-SENA – FRAR 2017 Rotta 3 IL-FEHIM MIS-SMIGĦ Il-Karta tal-Għalliema Gwida lill-għalliema għat-tmexxija tal-eżami tal-fehim mis-smigħ 1. L-għalliema tal-Malti li se jmexxu l-eżami tas-smigħ isellmu lill-istudenti u wara li jitqassmu l-karti tal-eżami tas-smigħ jgħidulhom: Bonġu. Nitlobkom biex tiktbu isimkom, kunjomkom u l- klassi fil-post ipprovdut fil-karta taquddiemkom.2. Meta l-għalliema jaraw li l-istudenti lestew, jgħidulhom: Issa se naqralkom is-silta. Nitlobkom toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed naqralkom is-silta.3. L-għalliema jaqraw is-silta kollha britmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu lill-istudenti: Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li għadkom kemm smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġatinqralkom darba oħra.4. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tas-silta. 5. L-għalliema jgħidu lill-istudenti: Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari.6. Kif l-għalliema jtemmu t-tieni qari jagħtu l-ħin biex l-istudenti jkomplu jaħdmu l-karta. Hekk kif tgħaddi kwarta mill-bidu tal-eżami, l-għalliema jgħidu lill-istudenti: Il-ħin tal-eżami għadda. Jekk jogħġobkom ieqfu mill-kitba u se niġbor il-karti. Grazzi.7. L-għalliema għandhom jaraw li l-karti kollha tal-eżami tas-smigħ jinġabru qabel l-istudenti jkomplu bl-eżami tal-qari u l-kitba.

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 1 minn 3

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: KWARTA

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU

Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

Rotta 3

IL-FEHIM MIS-SMIGĦ Il-Karta tal-Għalliema

Gwida lill-għalliema għat-tmexxija tal-eżami tal-fehim mis-smigħ

1. L-għalliema tal-Malti li se jmexxu l-eżami tas-smigħ isellmu lill-istudenti u wara li jitqassmu

l-karti tal-eżami tas-smigħ jgħidulhom: “Bonġu. Nitlobkom biex tiktbu isimkom, kunjomkom u l-

klassi fil-post ipprovdut fil-karta ta’ quddiemkom.”

2. Meta l-għalliema jaraw li l-istudenti lestew, jgħidulhom: “Issa se naqralkom is-silta. Nitlobkom

toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed

naqralkom is-silta.”

3. L-għalliema jaqraw is-silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu lill-istudenti:

“Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li għadkom kemm

smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’ tinqralkom darba

oħra.”

4. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari

l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tas-silta.

5. L-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien

mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari.”

6. Kif l-għalliema jtemmu t-tieni qari jagħtu l-ħin biex l-istudenti jkomplu jaħdmu l-karta. Hekk kif

tgħaddi kwarta mill-bidu tal-eżami, l-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Il-ħin tal-eżami għadda. Jekk

jogħġobkom ieqfu mill-kitba u se niġbor il-karti. Grazzi.”

7. L-għalliema għandhom jaraw li l-karti kollha tal-eżami tas-smigħ jinġabru qabel l-istudenti jkomplu

bl-eżami tal-qari u l-kitba.

Page 2: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 2 minn 3

FLAMINI: MIDFIELDER U INVESTITUR

L-ewwel darba li sħabu tat-tim tal-Arsenal raw lil Mathieu Flamini bis-suit, ħasbuh

li kien ħa xi żball u ħaseb li kienet il-ġurnata tal-logħba.

Fil-verità l-plejer Franċiż kien qed iżomm sigriet – huwa kien għal xi ftit tas-snin

qabel jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li huwa kien jemmen tista’ tgħin tindirizza l-

ħsara ambjentali. Filwaqt li l-plejers tal-futbol professjonali oħra jkunu qed iqattgħu l-ħin

liberu fuq consoles tal-logħob jew f’mumenti ta’ divertiment, il-midfielder tal-Arsenal

kien qed ikun f’laqgħat ta’ negozjar u jieħu telefonati marbuta ma’ dan l-investiment.

Wara li għamel bosta snin iżomm għalih dan is-sigriet kummerċjali tiegħu mill-

istess sħabu, supporters u anke l-familja, Flamini beda issa jgħid lill-pubbliku dwar din l-

intrapriża tiegħu. Il-kumpanija ta’ Flamini hija Biochemicals GF: il-G tirreferi għal

Pasquale Granata, sieħbu fin-negozju u F ta’ Flamini. Hi tipproduċi kimika fil-forma ta’

aċidu li hija prodotta minn skart ta’ injam, li mbagħad tieħu post iż-żejt fil-prodotti

magħmula mill-plastik.

Flamini u Granata kienu t-tnejn ferm ikkonċernati mit-tibdil fil-klima u riedu

jagħmlu xi ħaġa dwar dan. Bdew jiltaqgħu max-xjenzati fl-Università ta’ Milan u bdew

jinvestu f’din ir-riċerka biex jiżviluppaw din it-teknoloġija.

Illum il-kumpanija għandha uffiċċji fl-Italja, l-Olanda u l-Istati Uniti, u fabbrika

f’Caserta fl-Italja li jistgħu jipproduċu 10,000 tunnellata ta’ kimika fis-sena. Din is-sena

GF xtrat Segetis, kumpanija Amerikana li tieħu l-aċidu u tibdlu f’firxa ta’ prodotti tad-

dar, bħal fwejjaħ u għat-tindif.

Flamini jattribwixxi r-riskju li ħa meta beda din il-kumpanija minn dak li tgħallem

mill-futbol. Jgħid li fil-karriera tal-futbol, ħa diversi riskji u anke f’din il-kumpanija qed

jieħu diversi riskji, imma m’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr riskji.

(Adattament minn artiklu mir-rivista Xehda Għasel Lulju-Awwissu 2016)

Page 3: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ - Il-Karta tal-Għalliema - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 3 minn 3

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet:- (10 marki = marka kull

tweġiba)

1. Minn liema pajjiż hu Mathieu Flamini?

_______________________________________________________________________________

2. Ma’ liema tim tal-futbol jilgħab?

_______________________________________________________________________________

3. X’kien is-sigriet ta’ Flamini?

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

4. Semmi mod kif jgħaddu l-ħin liberu tagħhom il-plejers tal-futbol professjonali.

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

5. Isem il-kumpanija ta’ Flamini.

_______________________________________________________________________________

6. Il-kumpanija ta’ Flamini tipproduċi (Agħżel it-tajba)

⎕ injam riċiklat;

⎕ kimika fil-forma t’aċidu;

⎕ plastik riċiklat.

7. X’kien qed idejjaq lil Flamini u Granata? (Agħżel it-tajba)

⎕ it-tibdil fil-klima;

⎕ ir-riċiklaġġ;

⎕ iż-żibel fl-ibliet.

8. Fejn kienu jiltaqgħu max-xjenzati Flamini u Granata?

_______________________________________________________________________________

9. Il-fabbrika tinsab f’____________________, l-Italja.

10. M’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr ____________________.

Page 4: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ—Il-Karta tal-Istudenti - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 1 minn 2

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: KWARTA

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU

Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

Rotta 3

IL-FEHIM MIS-SMIGĦ

L-Isem: _________________________________________ Il-Klassi: __________________

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet:- (10 marki = marka kull

tweġiba)

1. Minn liema pajjiż hu Mathieu Flamini?

_______________________________________________________________________________

2. Ma’ liema tim tal-futbol jilgħab?

_______________________________________________________________________________

3. X’kien is-sigriet ta’ Flamini?

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

4. Semmi mod kif jgħaddu l-ħin liberu tagħhom il-plejers tal-futbol professjonali.

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

10 marki

Page 5: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti - Il-Fehim mis-Smigħ—Il-Karta tal-Istudenti - L-Għaxar Sena - Sekondarja - Rotta 3 - 2017 Paġna 2 minn 2

5. Isem il-kumpanija ta’ Flamini.

_______________________________________________________________________________

6. Il-kumpanija ta’ Flamini tipproduċi (Agħżel it-tajba)

⎕ injam riċiklat;

⎕ kimika fil-forma t’aċidu;

⎕ plastik riċiklat.

7. X’kien qed idejjaq lil Flamini u Granata? (Agħżel it-tajba)

⎕ it-tibdil fil-klima;

⎕ ir-riċiklaġġ;

⎕ iż-żibel fl-ibliet.

8. Fejn kienu jiltaqgħu max-xjenzati Flamini u Granata?

_______________________________________________________________________________

9. Il-fabbrika tinsab f’____________________, l-Italja.

10. M’hemm l-ebda storja ta’ suċċess mingħajr ____________________.

Page 6: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 3 – 2017 Paġna 1 minn 5

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

Rotta 3

L-ISKEMA TAL-MARKI

Il-Marki Il-Kummenti

FEHIM IS-SMIGĦ 10

F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

1. Franza 1

2. Arsenal 1

3. Huwa kien għal xi ftit snin qabel jaħdem fuq kumpanija

bijoteknoloġika li kienet tista’ tindirizza l-ħsara ambjentali.

1

4. Jilagħbu fuq consoles tal-logħob jew f’mumenti ta’

divertiment.

1

5. Biochemicals GF 1

6. Kimika fil-forma t’aċidu. 1

7. It-tibdil fil-klima. 1

8. Fl-Università ta’ Milan. 1

9. Caserta, fl-Italja. 1

10. Riskju. 1

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA 50 marka

A. FEHIM IT-TEST 10 marki

F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

1. teatru popolari li kien jipprovdi divertiment

kien ikun magħmul mid-dilettanti, ħafna drabi fi strutturi

żgħar jew improvviżati

jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi

assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta'

2 marki agħti nofs marka

għal kull tweġiba

tajba; aċċetta wkoll

kull

tweġiba b’tifsira

simili

Page 7: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 3 – 2017 Paġna 2 minn 5

Il-Marki Il-Kummenti

2. Meta l-għannejja jwieġbu lil xulxin joħolqu djalogu u

karatterizzazzjoni. Kull għannej jibni karattru li jidħol fis-seħħ

meta jibda jgħanni, l-istess bħalma attur jieħu karattru

differenti meta jibda jirreċta.

2 marki aċċetta wkoll kull

tweġiba b’tifsira

simili

3. Dan narawh fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bil-

movimenti u l-personaġġi interpretati mill-abitanti tal-

komunita' li fiha jsiru l-purċissjonijiet.

2 marki aċċetta wkoll kull

tweġiba b’tifsira

simili

4. Xena li tirrappreżenta kuntratt ta’ żwieġ moqri min-nutar

waqt il-karnival. L-iskop kien li l-udjenza tiddeverti u

jitwaqqa’ għaċ-ċajt in-nutar, li kien igawdi rispett kbir.

Kienet issir fil-karnival meta r-regoli kienu jiġu mwarrba xi

ftit.

2 marki aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

simili

5. Tirrappreżenta l-mewt tas-sena l-qadima u t-twelid tas-sena l-

ġdida. 2 marki aċċetta wkoll kull

tweġiba b’tifsira

simili

B. GĦARFIEN IL-LINGWA 4 marki

F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

1. (i) in-nies li joqogħdu hemm nofs marka

(ii) jagħtu gost nofs marka

2. L-istudenti jridu jiktbu sentenza li fiha jdaħħlu l-qawl u

joħorġu t-tifsira tiegħu. marka

3. niftakru marka aċċetta wkoll kull tweġiba b’tifsira

simili

4. improvviżati marka

Ċ. GRAMMATIKA 8 marki

Matul dan it-taħriġ jekk f’xi tweġiba l-istudenti jkollhom żball ortografiku ma jiħdux il-marka

allokata.

1. (a) inqatta’ - it-tieni forma ; għerq : q-t-għ

(b) tiltaqa’ - it-tmien forma ; għerq : l-q-għ

(ċ) tmur – l-ewwel forma ; għerq : m-w-r

(d) jiġġieldu – is-sitt forma ; għerq : ġ-l-d

4 marki :

nofs marka

għal kull

tweġiba

2. għalhekk marka

3. speċjalment marka

4. zokk morfemiku : valor

prefiss : niv suffiss : izzaw

marka

nofs marka nofs marka

Page 8: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 3 – 2017 Paġna 3 minn 5

Il-Marki Il-Kummenti

D. IL-KITBA L-QASIRA 8 marki

Imxi mal-iskema ta’ marki li ġejja. L-istudenti jridu jagħżlu rapport (i) jew (ii). F’din it-taqsima

jitnaqqsu l-marki għall-ortografija. F’każ li l-kitba tkun 10% anqas mill-ammont mitlub,

naqqas marka għal kull 10 kelmiet nieqsa.

Ir-rapport irid jinkludi : Titlu Isem u kunjom min qed jikteb ir-rapport Il-ġurnata u d-data Il-ħin

Il-post

3 marki

Ortografija 2 marki

Kontenut 3 marki

E. IL-LETTERATURA 30 marka

F’din it-taqsima ma jitnaqqsux marki għall-ortografija.

E. i. Bejn Ħaltejn - Il-Poeżiji 15-il marka

1. Iż-żwieġ ta’ poeta ma’ martu. marka

2. u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer marka

3. Eleġija marka

4. a. l-kejk qisu torri bajdan / bħal Eva u Adam

b. xita ta’ ross / qalb waħda nifs wieħed

c. qajla qajla / ftit ftit

d. u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer, u s-sakra u ż-żifna

marka

marka

marka

marka

5. a. versi ħielsa

b. ritmu mexxej, ferrieħi u allegru

c. vokabularju pożittiv adattat għall-atmosfera festiva u

jqanqal sewwa s-sensi tas-smigħ, tal-vista u tal-moviment.

marka

marka

marka

6. Ir-relazzjoni ta’ bejn il-miżżewġin - sens ta’ paċi u mħabba.

Ħajja kuntenta mimlija sliem u tgawdija, marka

1. Xewqa li tingħaqad mal-maħbub tagħha; xewqa li tibda ħajja

ġdida; xewqa li ma tibqax tgħix fit-tined. marka

2. Lil Rena Balzan, il-qamar l-ewwel tgħajru għax hu fqir u bla

ħajja u wara tfaħħru jagħtiha l-ispirazzjoni biex tikteb il-

poeżiji.

marka L-istudenti jridu

jagħtu ż-żewġ

raġunijiet.

3. Il-ħarruba qed tħares lejn il-bnedmin u qiegħda tistaqsi diversi

mistoqsijiet dwar il-ħajja tagħhom, Qed tgħid li moħħhom fil-

ħajja tas-suq u tilfu l-mistrieħ kollu tagħhom.

marka

4. Hemm passaġġi li jwassluk biex temmen f’Alla. marka

Page 9: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 3 – 2017 Paġna 4 minn 5

E. ii Bejn Ħaltejn - In-Novelli 15-il marka

1. In-nies tar-raħal ħassru t-tieġ tal-Koranta. Hi żżewġet lil Indri

l-landier. 2 marki

2. Espressjoni li turina bidla fil-ħajja tal-Koranta. Minn mara

mxenqa li tiżżewweġ saret mara li kienet sabet l-imħabba ta’

ħajjitha.

2 marki

3. Daħlet mill-bieb iż-żgħir tas-sagristija. Iżżewġet quddiem

artal qadim fis-sagristija. 2 marki

4. In-nies lill-Koranta kienu jafuha biss b’laqamha u mhux

b’isimha. Ħadd ma kien jinteressa ruħu fiha b’mod ġenwin.

Kienu jibbuljawha b’mod kollettiv. Kien saret parti mill-

folklor tar-raħal.

2 marki

5. Mara bieżla, moħħha kien biss fix-xogħol tad-dar. Kien

tinteressa ruħha fl-irġiel għożżieb li kienet tara, forsi

tiżżewweġ xi wieħed minnhom. Mara tal-knisja, devota ta’

San Ġużepp. Kien jisimha Anjeżi.

2 marki

6. Kien il-kappillan li ddefenda lill-Koranta mis-seksieka tar-

raħal li ħarbtula t-tieġ. Kien hu li rrabbja magħhom. Barra

minn hekk, kien hu li daħħal fiha t-tagħlim morali rigward iż-

żwieġ.

marka

1. Lina qatt ma żżewġet għax moħħha kien biss fil-kotba. Qatt

ma ħadet ħsieb is-sura tagħha u qatt ma telqet mill-istamperija

u mill-ħanu tal-kotba ta’ missierha.

marka

2. Missier qatt ma ried jippubblika kotba ta’ awturi nisa. Hu ried

jippubblika biss kotba li jħallu l-qligħ, u fil-fehma tiegħu,

kienu kotba miktuba mill-irġiel.

marka

3. Ix-xiħ ta diversi pariri tajbin lit-tifel biex jasal għall-għan

aħħari tiegħu. marka

4. Il-pustier-pittur jilgħab bis-sentimenti ta’ Marta. Marta

tgħaddi minn waqtiet mimlija tensjoni tistenna l-ittra, għal

waqtiet mimlija biża’ u fl-aħħar tispiċċa tibki.

marka

Page 10: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – L-Għaxar Sena - Sekondarja – Rotta 3 – 2017 Paġna 5 minn 5

Page 11: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 1 minn 10

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI ĦIN: SAGĦTEJN

Mistoqsija A B Ċ D E i. E ii Taħdit TOTAL Smigħ F.

Marki 10 4 8 8 15 15 10 100 10 20

Marki tal-istudent

Marka

KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – FRAR 2017

Rotta 3

IL-QARI U L-KITBA

Isem: _________________________________ Klassi: ___________

L-Istruzzjonijiet lill-istudenti:

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub.

Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin

jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.

Kummenti:

_______________________________________________________________________

Page 12: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 2 minn 10

SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ:

It-Teatrin

Nies differenti jkollhom ideat diversi ta’ kif jistgħu jiddevertu għax

bħalma jgħid qawl Malti: “Mitt bniedem mitt fehma.” (par.1)

Bil-kelma “teatrin” nifhmu dak it-tip ta’ teatru popolari li kien jipprovdi

divertiment. It-teatrin kien ikun magħmul mid-dilettanti, ħafna drabi fi

strutturi żgħar jew improvviżati u marbutin mal-komunità li toħloqhom.

Hu teatru li jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi u ħafna drabi hu assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjetà,

għalkemm ma kienx dejjem hekk. It-teatrin beda jeżisti f’Malta ftit qabel nofs is-seklu dsatax. F’ħafna

sensi kien fenomenu ddeterminat mill-iżviluppi politiċi u kulturali li seħħew f’Malta mal-bidu tal-ħakma

Ingliża. Biex nifhmu kif beda u għaliex beda t-teatrin, irridu nħarsu lejh fid-dawl tal-kuntest ta’ żmienu.

(par.2)

L-ewwel nett hu importanti nżommu f’moħħna li bħal kull komunità żviluppata oħra, il-Maltin

ta’ mingħajr skola, minn żmien il-qedem kellhom id-divertiment tagħhom, li f’ċerti aspetti kien jersaq

lejn it-teatralità. Ħafna forom ta’ għana, pereżempju, jinkludu aspetti importanti ta’ teatralità. Meta l-

għannejja jwieġbu lil xulxin, mhux biss ikunu qed joħolqu djalogu iżda wkoll element qawwi ta’

karatterizzazzjoni. Kull għannej jibni karattru pubbliku li jidħol fis-seħħ meta jibda jgħanni, l-istess

bħalma attur jieħu fuqu karattru differenti meta jibda jirreċta. (par.3)

Bħalma kellhom (u għad għandhom) ħafna kulturi, il-Maltin kellhom ir-rakkuntaturi tagħhom.

Xi ħadd li jaf jirrakkonta storja b’tali mod li jiġbed u jżomm udjenza, qed jaġixxi bħala performer u

minkejja li r-rakkont is-soltu jitqies bħala forma ta’ narrattiva, hemm ħafna tradizzjonijiet teatrali li

jistrieħu fuq ir-rakkuntatur biex joħolqu l-ispettaklu. Pereżempju, ħafna xogħlijiet li kiteb u rreċta Dario

Fo, rebbieħ ta’ Premju Nobel, huma mibnija fuq il-ħila tal-attur jew ir-rakkuntatur. Uħud miċ-

ċelebrazzjonijiet tal-Knisja wkoll żviluppaw sew fl-aspett teatrali tagħhom, speċjalment il-purċissjonijiet

tal-Ġimgħa l-Kbira bil-movimenti u l-persunaġġi interpretati mill-abitanti tal-komunità li fiha jsiru l-

purċissjonijiet. (par.4)

Minbarra dawn l-attivitajiet li jinkludu t-teatralità, il-Maltin komuni, mingħajr skola, kellhom

ukoll żewġ tradizzjonijiet speċifikament teatrali. (par.5)

L-ewwel waħda kienet il-Qarċilla, xena li tirrappreżenta kuntratt taż-żwieġ moqri min-nutar waqt il-

karnival. Dan l-ispettaklu kien jiddeverti lill-udjenza billi jwaqqa’ għaċ-ċajt il-figura tan-nutar, li fis-

soċjetà tradizzjonali Maltija kien igawdi rispett kbir, bħalma ngħidu aħna kellhom il-kappillan jew it-

tabib tar-raħal. Għalhekk il-Qarċilla kienet att li seta’ jseħħ biss fil-karnival meta r-regoli kienu jiġu

mwarrba xi ftit. Tip ta’ spettaklu ieħor li Ġużè Cassar Pullicino u Ġorġ Mifsud Chircop isejħulu “dramm

folkloristiku” kien il-Qarinża. Dan kien iseħħ fl-irħula fil-lejl tal-aħħar tas-sena, meta gruppi ta’ rġiel

kienu jduru d-djar jirreċtaw xena li tirrappreżenta l-mewt tas-sena l-qadima u t-twelid tas-sena l-ġdida.

(par.6)

(minn “It-Teatrin: bejn il-Protesta u l-Biża'” ta’ Marco Galea)

Page 13: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 3 minn 10

A. FEHIM IT-TEST (10 marki)

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. Spjega x’inhu teatrin (semmi mill-inqas erba’ punti). (2 marki)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

2. X’rabta hemm bejn l-għana u t-teatru? (2 marki)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

3. Kif jidħol l-aspett teatrali fil-Knisja? (2 marki)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

4. Xi skop kellha l-Qarċilla u għaliex kienet issir biss fil-karnival? (2 marki)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

5. X’simboliżmu fiha l-Qarinża? (2 marki)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

B. GĦARFIEN IL-LINGWA (4 marki)

1. Fisser dan il-kliem skont kif użat fis-silta: (marka)

i. “abitanti” (par.4): ________________________________ (nofs marka)

ii. “jiddeverti” (par.6): ________________________________ (nofs marka)

2. Ikteb sentenza bil-qawl “Mitt bniedem mitt fehma” (par. 1) biex turi li taf xi jfisser. (marka)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

3. Xi tfisser l-idjoma “nżommu f’moħħna”? (par.3) (marka)

__________________________________________________________________________________

4. Mit-tieni paragrafu sib u ikteb il-kelma li tfisser “bla preparamenti”. (marka)

___________________________________________________________________________________

Page 14: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 4 minn 10

Ċ. GRAMMATIKA (8 marki)

Aqra din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet:

Ritratt tan-Natura

Aħna nivvalorizzaw ritratt proprju minħabba f’dik il-kapaċità li naqbdu mument qasir u irrepetibbli fil-

ħajja u nagħnuh bl-eternità. Imbagħad wieħed jista’ jibqa’ jara u jifli dik l-azzjoni għal kemm-il darba

jrid. Inqatta’ sigħat sħaħ, speċjalment fil-ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa, nistenna - bosta drabi

f’pożizzjonijiet skomdi, kultant mixħut mal-art għal tuli fit-tajn, fil-kesħa u fis-sħana, għall-gdim tal-

insetti u dak kollu li tista’ tiltaqa’ miegħu f’dawn is-sitwazzjonijiet. Għalhekk, meta jirnexxilek tmur

lura d-dar b’erba’ ritratti sbieħ, tħoss sodisfazzjon kbir. Bħal meta inzertajt żewġt isriep qed jiġġieldu u

rnexxieli naqbad dak il-mument taħt il-lenti tiegħi.

(minn “Ġmiel in-Natura Maltija” ta’ Fiona Vella)

1. Ikteb f’liema forma qegħdin dawn il-verbi u agħti l-għerq: (4 marki)

Verb Forma Għerq

a. inqatta’

b. tiltaqa’

ċ. tmur

d. jiġġieldu

2. Immarka l-konġunzjoni f’din is-sentenza billi taqta’ linja taħtu: (marka)

Għalhekk, meta jirnexxilek tmur lura d-dar b’erba’ ritratti sbieħ, tħoss sodisfazzjon kbir.

3. Immarka l-avverbju f’din is-sentenza billi taqta’ linja taħtu: (marka)

Qattajt sigħat sħaħ, speċjalment fil-ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa, nistenna ......

4. Mill-verb nivvalorizzaw ikteb: (2 marki)

iz-zokk morfemiku ________________ (marka)

il-prefiss ________________ (nofs marka)

is-suffiss ________________ (nofs marka)

Page 15: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 5 minn 10

D. ĦILIET FIL-MALTI KOMUNIKATTIV (8 marki)

Ikteb RAPPORT ta’ bejn 60 u 80 kelma.

Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

i) Dan l-aħħar inqaleb krejn f’sit ta’ kostruzzjoni. Fortunatament ħadd ma tilef ħajtu.

Ikteb rapport dwar dan l-inċident.

JEW

ii) Kantant jew kantanta magħruf/a ġie/t mistieden/mistiedna biex jagħti/tagħti kunċert

żgħir fil-grawnd tal-iskola tiegħek. Ikteb rapport dwar din l-attività.

Ikteb liema rapport għażilt: ___

________________________________________________________________________

Page 16: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 6 minn 10

E. BEJN ĦALTEJN (30 marka)

i. TAQSIMA TAL-POEŻIJA (15-il marka)

Aqra din il-poeżija u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:- (11-il marka)

Niftakar - Anton Buttigieg id-dija u d-dawl tal-parilja,

il-ħsejjes taż-żwiemel għaddejja,

u ġemgħa bil-ħrara

ma’ biebna biex tara

sbuħitna,

mħabbitna;

u xita ta’ ross

li niżlet għal fuqna bla ħoss;

imb’għad ix-xampanja

li tfawwar bil-qawwa,

bir-ragħwa,

u l-kejk qisu torri bajdan,

u l-foxtrot, u t-tango, u l-waltzer,

u s-sakra u ż-żifna

tal-qraba u l-ħbieb;

u mb’għad qajla qajla

ftit ftit qabdu l-bieb,

u bqajna ġo darna

fid-dawl tal-Madonna

waħedna flimkien

jien u int

u int u jien;

u jien kolli tiegħek

u int kollok tiegħi,

bħal Eva u Adam;

qalb waħda, nifs wieħed,

int rieqda, jien rieqed,

u l-ħolma ta’ hena,

ta’ ferħ, ta’ tgawdija,

ta’ dawl u ta’ dija,

ta’ ġid u u ta’ sliem

bla tmiem!

Page 17: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 7 minn 10

1. Liema ġrajja f’ħajjet il-poeta tfakkar din is-silta? (marka)

____________________________________________________________________________________

2. Sib vers mis-silta li jqanqal fina sens ta’ moviment, ferħ u allegrija. (marka)

____________________________________________________________________________________

3. X’tip ta’ poeżija hi din? (marka)

____________________________________________________________________________________

4. Mis-silta, sib u ikteb: (4 marki)

a. similitudni _________________________________________________________

b. metafora _________________________________________________________

ċ. epiżewski _________________________________________________________

d. polisindeto _________________________________________________________

5. Ikkummenta dwar: (3 marki)

a. l-għamla tal-versi _________________________________________________________

b. ir-ritmu tas-silta _________________________________________________________

ċ. il-vokabularju tas-silta ___________________________________________________

6. Spjega l-metafora “qalb waħda, nifs wieħed” billi tikkummenta fuq x’effett tħalli fik bħala qarrej.

(marka)

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

Mistoqsijiet fuq il-poeżiji l-oħrajn. (4 x 1 = 4 marki)

1. Semmi xewqa li għandha r-refuġjata fil-poeżija ta’ Mario Azzopardi?

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

2. Għalfejn Rena Balzan, l-ewwel tgħajjar lill-qamar, imbagħad tfaħħru fil-poeżija Lill-Qamar

Kwinta?

____________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________

Page 18: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 8 minn 10

3. Fil-poeżija Quo Vadis ta’ Rużar Briffa, il-ħarruba tħares madwarha u tara lin-nies għaddejjin.

X’qiegħda taħseb dwarhom?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

4. Il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg tilħaq il-klajmaks fl-aħħar żewġ versi: “Hemm oħrajn li jwassluk

temmen fl-infinit”. x’tifhem bih dan il-vers?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

ii. TAQSIMA TAL-PROŻA (15-il marka)

Aqra din is-silta ta’ proża u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:- (11-il marka)

Silta minn Il-Koranta ta’ Oliver Friggieri

[…]

Meta qatgħuha li jiżżewġu, il-Koranta kienet

qisha twieldet mill-ġdid. Il-biċċa qanqlet lil min

jibda jitħasseb, u s-seksieka tat-triq ma damux ma

bdew iqasstu fuqha, min jgħid ħaġa u min ipaspar

oħra. Dak li kien se jiġri tabilħaqq kien ilu jingħad

biss bħala ċajta, impossibiltà ċara, ħlieqa tal-ġirien li

jridu jsibu lil xi ħadd biex jitkellmu fuqu, u kien ‘il

bogħod wisq minn dak li ħasbu li seta’ jsir.

‚U le, il-Koranta qatt ma tasal tiżżewweġ. Issa kibret ġmielha u l-

istramberiji tagħha mhuma se jlaqqgħuha ma’ ħadd...‛

‚Mhux minnha naqas, għaliex sehemha għamlitu, u mhix xi waħda

mitluqa. Tilbes u tindilek daqs kulħadd, u anki iżjed.‛

[…]

Dakinhar taż-żwieġ it-triq kollha kienet mixgħula bil-mistennija […]

Page 19: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 9 minn 10

1. X’ġara dakinhar tat-tieġ tal-Koranta? Lil min iżżewġet? (2 marki)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

2. X’ried ifisser biha Oliver Friggieri l-espressjoni “Il-Koranta kienet qisha twieldet mill-ġdid.”

___________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

3. Minn fejn daħlet il-Koranta fil-knisja biex tiżżewweġ? Fejn seħħ it-tieġ? (2 marki)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

4. “Ħadd ma kien jaf x’jisimha.” B’dan il-kliem tiftaħ din il-ġrajja. X’turina din l-istqarrija dwar in-

nies tar-raħal. (2 marki)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

5. Iddeskrivi lill-Koranta. X’jisimha? (2 marki)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

6. Il-kappillan għandu rwol importanti ħafna. Għaliex? (marka)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Mistoqsijiet fuq in-novelli l-oħrajn. (4 x 1 = 4 marki)

1. Għaliex Lina fin-novella Aqrali xi ħaġa ġdida, qaltilha qatt ma żżewġet?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Page 20: KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal … · jiffunzjona bi ftit li xejn riżorsi assoċjat mal-klassijiet il-baxxi tas-soċjeta' 2 marki agħti nofs marka għal kull tweġiba

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Sekondarja – Rotta 3 – Frar 2017 Paġna 10 minn 10

2. Maurice kien bniedem konservattiv. Fisser.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

3. Il-qawl Malti jgħid: “Kliem ix-Xiħ żomm fih”. Kemm taħseb li dan il-qawl jgħodd għall-ħrafa Ix-

xini jimxi fl-art.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

4. Tkellem dwar is-sentiment uman li joħroġ min-novella Ittri lil Marta.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Agħżel wieħed u ikteb madwar 300 kelma fuq karta separata.

Aqsam f’paragrafi.

1. Ħolma li saret realtà.

2. L-użu tal-elettriku fil-ħajja llum.

3. Raħal twelidi

4. Kemm hu importanti li nistudjaw il-lingwi?

TMIEM IL-KARTA

F. KOMPONIMENT (20 marka)