3
Organizzat mill-“Bord Qari għall-Anzjani” fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva TA’ PROŻA BIL-MALTI GĦALL-ANZJANI KONKORS SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÁ U L-ANZJANITÁ ATTIVA

KONKORS TA' PROŻA ta...Il-konkors huwa miftuħ għall-anzjani Maltin u Għawdxin. It-tul tal-kitba ma jridx ikun iżjed minn 1,200 kelma. Kull kittieb jista’ jibgħat kitba waħda

  • Upload
    others

  • View
    24

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Organizzat mill-“Bord Qari għall-Anzjani” fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva

TA’ PROŻA BIL-MALTI GĦALL-ANZJANI

KONKORS

SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PERSUNIB’DIŻABILITÁ U L-ANZJANITÁ ATTIVA

Il-konkors huwa miftuħ għall-anzjani Maltin u Għawdxin.

It-tul tal-kitba ma jridx ikun iżjed minn 1,200 kelma.

Kull kittieb jista’ jibgħat kitba waħda biss.

Il-proża għandha tkun addattata għal persuni adulti u speċjalment persuni anzjani.

Il-kitbiet għandhom ikunu oriġinali u qatt ma xxandru jew ġew ippubblikati qabel.

Erba’ kopji ta’ din il-proża fuq karta ta’ daqs A4 għandhom jintbagħtu f’envelop postali u għandhom ikunu i�rmati biss bi psewdonimu u miktub ukoll l-isem tal-kitba. Ebda informazzjoni oħra li tista’ tagħti ħjiel ta’ min hu l-awtur, m’għandha tkun miktuba fuq dawn l-erba’ kopji.

Dawn l-erba’ kopji m’għandhomx jintbaghtu lura lill-kittieb.

F’envelop separat u ssiġilat, il-konkorrent għandu jniżżel l-isem tal-kitba, il-psewdonimu, ismu u kunjomu, in-numru telefoniku u ċellulari, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku tiegħu u kopja tal-karta tal-identità. Fuq barra tal-envelop jitniżżel il-kliem: “Dettalji Personali”.

Fuq barra ta’ dawn iż-żewġ envelops m’għandux jinkiteb l-indirizz jew l-isem u kunjom jew xi marka oħra li tista’ tikxef l-identità tal-kittieb. Dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz postali:

“Konkors ta’ Kitba bil-Malti”Segretarjat Parlamentarigħal Persuni b’Dizabilità u Anzjanità Attiva,Palazzo Ferreria,Triq ir-Repubblika,Il-Belt Valletta

Id-dettalji personali għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz:

“Dettalji Personali”Segretarjat Parlamentarigħal Persuni b’Dizabilità u Anzjanità Attiva,Palazzo Ferreria,Triq ir-Repubblika,Il-Belt Valletta

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

10.

1.

Id-data tal-għeluq hija 12 ta’ April 2019.

Min jikser xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat.

Id-deċiżjoni tal-Bord hija finali.

Il-membri tal-Bord ma jistgħux jieħdu sehem.

Il-Bord jirriżerva d-dritt li xi premju ma jingħatax jekk iħoss li ma ntlaħaqx il- livell meħtieġ.

Il-Bord iżomm id-dritt li jkun jista’ jippubblika l-kitba f’pubblikazzjonijiet futuri.

11.

12.

13.

14.

15.

16.

17. Premjijiet: L-Ewwel Post: € 1,000It-Tieni Post: € 500It-Tielet Post: € 250

2.