24
It-tama tal-Kayakos

It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

It-tama tal-Kayakos

Page 2: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-internet.Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Informazzjoni dwar il-katalogar tinsab fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2010

ISBN 978-92-79-14313-7doi 10.2779/88959

© L-Unjoni Ewropea, 2010Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

Printed in Belgium

STAMPAT FUQ KARTA RICIKLATA LI NGHATAT L-ECO-TIKKETTA TA’ L-UE GHALL-KARTA GRAFIKA (WWW.ECOLABEL.EU)

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet

għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea.

Numru tat-telefon waħdieni bla ħlas (*) :

00 800 6 7 8 9 10 11

*Ċerti operaturi tat-telefonija ċellulari ma jippermettux aċċess għal numri 00 800 jew inkella dawn it-telefonati jkunu bi ħlas.

Din il-pubblikazzjoni kienet editjata minn DĠ Ambjent.

Il-pubblikazzjoni hi disponibbli wkoll fis-sit ta’ l-Internet ta’ DĠ Ambjent għaż-Żgħażagħ u l-Ambjent :http://ec.europa.eu/environment/youth/index_mt.html

Test : Benoît CoppéeStampi : Nicolas ViotProduzzjoni teknika : European Service Network

Page 3: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

1

Kemm hija sabiħa l-foresta tropikali ! Kemm hija sabiħa dik l-art kbira kollha ħaxix ! Fil-foresta jinstema’ l-kant tal-għasafar, tiela’ ’l fuq fis-sema kaħlani. Fil-basket tal-mongolfjera li kellha l-kuluri tal-qawsalla, Tom u Lila bdew jistagħġbu b’dak li kienu qegħdin jaraw. Fleur, il-ħabiba kbira tagħhom, kienet stidnithom biex jiltaqgħu mal-Kayakos. Il-Kayakos kienu jgħixu fil-foresta u kienu kuġini mill-bogħod ta’ omm Fleur.

Page 4: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Fleur kienet ferħana. Fi ftit ħin ieħor, il-mongolfjera kienet sejra tgħaddi minn fuq l-art tal-Kayakos. Fleur bdiet tħoss qalbha tħabbat sitta, sitta bil-ferħ. Hija kienet marret hemmhekk meta kienet għadha żgħira. Ma’ missierha. Ma’ ommha. Kellha seba’ mitt sena sakemm terġa’ tara lill-kuġini tagħha. F’daqqa waħda, taħt il-bużżieqa, imma stenna ! X’ġara ? Il-foresta fejn kienet ? Tom beda jinkwieta.

“Fleur, hawn m’hawnx aktar foresta ! ? Int għidtli li l-foresta kienet enormi ! ?” staqsa Tom.

“Ma nistax nifhem, Tom ! Suppost dan it-territorju miksi kollu bil-foresta ! ?”

Mori, il-pilota tal-mongolfjera, lissen “X’ħasra…”

2

Page 5: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

3

Fleur għajtet għajta.

“Il-… Il-villaġġ tal-Kayakos sparixxa ! Skont il-mappa tiegħi, il-villaġġ tal-Kayakos għandu jkun hawn ! Ċerta minn dan !”

Mori reġa’ lissen

“X’ħasra… Din hija l-qerda tal-foresti…”

Tom beda jinkwieta.

”X’inhu ! ? Qegħdin iqaċċtu s-siġar tal-foresta ! ? U fl-istess ħin, jeqirdu l-villaġġi ! ? Mori, qerdu l-villaġġ tal-Kayakos ? Hekk qed tgħid ?”

Mori għamel sinjal ta’ “iva” b’rasu.

Page 6: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Mori niżżel il-mongolfjera bejn żewġt izkuk maqlugħin. Il-ħbieb tagħna qabżu barra mill-basket. Ix-xena kienet waħda ta’ tkexkix. Tom, Lila u Fleur bdew jimxu qalb iz-zkuk. Imxew minn ġol-kanali kbar li ħallew warajhom ir-roti. Ma kienx fadal ħajja, hemmhekk.

Fleur kienet imbeżża’. Qabdet tgħajjat.

“Fejn huma l-kuġini tiegħi ! ? Xi ġralhom ! ? Fejn huma l-Kayakos ! ?”

Tom ipprova jikkalma lil Fleur. Iżda ma rnexxielux. Fleur bdiet tiġri min-naħa għal oħra. Bdiet titfixkel, taqa’ u tqum. Terġa’ taqa’ u tqum.

4

Page 7: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Fleur niżlet għarkupptejha. B’subgħajha, uriet il-fdal tan-nar.

“Il-Kayakos isajru l-ikel tagħhom fuq il-ftit ħatab li huma jaħarqu.

Hija mellset bieqja żgħira tat-tafal b’subgħajha. B’vuċi miksura, qalet:

“In-nies li jqaċċtu s-siġar keċċew lill-kuġini tiegħi… Xi dwejjaq ! Xi dwejjaq ! XI DWEJJAQ !”

Tom poġġa idu fuq spallet il-ħabibha tiegħu. Ftit ’il bogħod minn hemmhekk, Lila bdiet tingħi bil-mod. Qisha bdiet tgħajjat lill-ħbieb tagħna… tgħid Lila sabet lil xi ħadd ?

5

Page 8: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

6

Tom u Fleur telqu jiġru lejn Lila.

“Isma’ !”, qal Tom. “Qed nisma’ għanja ! Għanja ta’ dieqa kbira !”

“Din għanja tal-Kayakos !” qalet Fleur.

Il-ħbieb tagħna resqu lejn iz-zokk. Wara z-zokk imqaċċat raw raġel xwejjaħ. Fleur għajtet

“Dan ix-xwejjaħ Naori ! L-iktar kuġin xwejjaħ ta’ ommi !”

Ir-raġel xwejjaħ ma baqax ikanta.

“O, Fleur, bint Babounie, il-kuġina tagħna… Kemm jien ferħan li qed narak…”

“Naori ! X’int tagħmel hemm ! ? Fejn huma l-Kayakos ! ?” staqsiet Fleur.

Page 9: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Fleur għannqet lil Naori.

“X’inhu jiġri, Naori ! ?”

B’ħarsa mnikkta, Naori melles wiċċ Fleur.

“Il-Kayakos kellhom jitilqu minn hawn għax ġew xi nies u qerdulna d-djar tagħna ! Jien ma ridtx nitlaq l-art tal-antenati tiegħi…”

“Imxu mmorru nsibu lill-Kayakos !” issuġġerixxa Tom.

F’daqqa waħda, ħoss kbir kiser il-kwiet li kien hemm.

7

Page 10: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Waslet ringiela ta’ trakters li bdew iqaċċtu s-siġar. Kienu qegħdin jibnu triq. Ir-roti tagħhom kienu

kbar ħafna. Fleur twerwret. Tom qabeż quddiem it-trakters.

Fetaħ dirgħajh beraħ.

8

Page 11: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

“IEQFU ! Tkomplux tqaċċtu s-siġar ! Dawk ħbieb tagħna ! Għandna bżonnhom ! Dawk jassorbu l-gassijiet li jagħmlulna ħsara ! Jekk ma jibqax siġar, il-gassijiet kollha b’effett serra, li nipproduċu aħna, jibqgħu maqbudin fl-arja, madwarna… u d-dinja tagħna tkompli tisħon !”

L-irġiel ta’ fuq it-trakters ma bdewx jifhmu. Il-kap tagħhom għamlilhom sinjal biex ikomplu xogħlhom. It-trakters bdew jiċċaqilqu. Tom kellu jgħajjat biex jinstema’ minħabba l-ħoss tal-magni.

“Jekk id-Dinja ser tkompli tisħon, il-klima tagħna sejra tinbidel ! Ser ikun hemm inħawi bla ilma ! U nbatu nixfa kbira ! Inħawi oħrajn sejrin ikunu mifqugħin bl-ilma ! U jkollna nbatu l-għargħar ! Ser ikollna aktar maltemp u uragani ! Ħafna annimali u pjanti sejrin jinqerdu darba għal dejjem ! Id-dinja sejra tinqered u l-għajxien tagħna stess ser ikun fil-periklu !”

L-irġiel tat-trakters ma ridux jisimgħu. Fleur kienet ixxokkjata. Hija stiednet lil sħabha sabiex jitilqu jfittxu lill-Kayakos.

9

Page 12: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

10

Fleur, Tom, Lila u Naori tbiegħdu mit-trakters. Qabdu t-triq lejn il-foresta. Naori kemmex wiċċu.

“Xxxxx ! Qed tisimgħu xi ħaġa ?” qal Naori.

Tom u Fleur ippruvaw jisimgħu. Ma semgħu xejn. Naori għamel widintu mal-art. Mexxa widintu mal-art. Daħħal idu f’toqba. U ħariġha. Hemm fuq id Naori kien hemm żrinġ aħdar b’saqajh ħomor jirtogħod bil-biża’.

“Miskin… Dak imwerwer…” qal Naori.

Għajta ġibdet l-attenzjoni ta’ Lila.

“Hemm, isimgħu… Dak tukan… Ma jiflaħx itir !”

Page 13: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

11

Naori melles it-tukan. Qal

”Din il-qerda tal-foresta hija diżastru. In-nies u l-annimali qegħdin ibatu. Qegħdin iqaċċtu s-siġar biex joħolqu artijiet fejn jistgħu jaħdmu l-agrikultura industrijali… biex jisfruttaw il-mini tad-deheb jew tad-djamanti… biex jużaw l-injam eżotiku ! U minħabba li hawn dejjem aktar nies li jridu dejjem aktar, qegħdin iqaċċtu aktar u aktar siġar…”

Tom ġibed nifs qawwi.

“Jekk kulħadd jikkonsma l-affarijiet bħall-abitanti tal-Belt ta’ Merlin, il-belt fejn noqgħod jien, sejrin ikollna bżonn aktar minn Dinja waħda…”

F’daqqa waħda, ċediet biċċa art. Lila nqalbet u weġġgħet.

Page 14: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

12

Naori qabad lil Lila f’dirgħajh.

“Ma ġara xejn, sabiħa tiegħi ! Waqajt għax l-art ċediet taħtek ! L-għeruq tas-siġar jgħinu l-art tibqa’ f’postha u ma ċċedix ! Iżda d-deforestazzjoni teqred kollox ! Naf b’xi pjanti li jistgħu jfejquk !”

Meta waslu fil-foresta, Naori ipponta fl-għoli, lejn il-weraq ta’ siġra li setgħu jfejqu lil Lila. Taħt il-ħarsa mbellħa ta’ Tom, Fleur telgħet mas-siġra. Kemm kienet ħafifa Fleur !

Page 15: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

13

Hemm fuq, żewġ xadini żgħar bdew josservaw lil Fleur b’kurżità kbira. Taħt is-siġra, Naori beda jitkellem ma’ Tom.

“Jiena nħobbha l-foresta, Tom. Aħna parti minnha. Din hija d-dar tagħna. Ir-ruħ tagħna. Hija l-art tal-antenati tagħna. Kemm hija importanti għalina l-Kayakos ! U kemm hija importanti għalina l-bnedmin kollha !”

Fleur għajtet għajta ta’ ferħ.

“Hawn ara ! Qtajt il-weraq li jistgħu jfejqu lil Lila ! Stennew ftit, isimgħu, qegħdin tisimgħu xi vuċijiet ? JEEEE ! Il-villaġġ tal-Kayakos m’huwiex ’il bogħod !”

Page 16: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

14

Il-ħbieb tagħna komplew mixjin fil-foresta. Imxew fid-direzzjoni tal-ħsejjes tal-villaġġ tal-Kayakos. Tom baqa’ msaħħar b’dak il-ġmiel kollu. Xi xadini żgħar kienu qegħdin jilagħbu noli. Xi għasafar kollha lwien kienu qegħdin isaffru ferħanin. Ir-raġġi tax-xemx kienu qegħdin jinfdu l-friegħi tas-siġar u joħolqu kolonni ta’ dawl. Tom melles fjura.L-anzjan Naori qal “Fil-foresta, kollox huwa marbut flimkien… Il-fjura għandha bżonn in-naħla… L-għasfur għandu bżonn l-insetti… L-insetti għandhom bżonn is-siġar…”

Page 17: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

15

Naori waqaf ħdejn siġra enormi. Il-ħarsa tiegħu mxiet maz-zokk sal-quċċata tas-siġra. Kont tista’ tara s-sema minn bejn il-weraq tagħha. Naori qal:

“Ara, Tom… Meta dawk l-irġiel ikunu qaċċtu l-aħħar siġra u jsibu quddiemhom Dinja meqruda, x’ser jibqgħalhom ?”

Tom ħassu jitkexkex.

F’daqqa waħda, minn wara siġra ta’ eluf ta’ snin tfaċċaw l-ewwel Kayakos ! Fleur qabdet tiġri.

Page 18: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

16

Hemm kienu l-Kayakos ! Fleur kienet ferħana ħafna. Tom mar fiċ-ċentru tal-villaġġ u ġabar lill-Kayakos kollha.

“Għeżież Kayakos, jiena Tom ! Ngħix fil-Belt ta’ Merlin ! Belt li tikkonsma żżejjed ! Nikkunsmaw wisq laħam u ħaxix li jkunu ġejjin minn postijiet oħrajn ! Nikkunsmaw wisq injam eżotiku ! Ma kontx naf kemm il-foresta u l-Kayakos kienu qegħdin ibatu mill-konsum żejjed tagħna !”

Tom baxxa rasu. Tifla żgħira Kayakos resqet lejh.

Page 19: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

17

“Jien dalwaqt nerġa’ lura fil-Belt ta’ Merlin. Issa nkellem lil sħabi. Nurihom ir-ritratti tal-foresta meqruda u tal-villaġġ tagħkom li nqered. Ngħidilhom li jekk nieklu inqas laħam nistgħu ngħinu sabiex inħarsu l-foresta ! Ngħidilhom li nistgħu mmorru btajjel f’pajjiżi oħrajn u xorta waħda nirrispettaw il-foresti sbieħ ! Ngħidilhom li madwar il-Belt ta’ Merlin, hemm injam tajjeb… il-lerċi, il-ballut, il-fagu ! Ngħidilhom li huwa importanti li nieħdu ħsieb il-foresti kollha tad-dinja, b’mod sostenibbli u b’rispett !”

Page 20: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

18

Ix-xemx niżlet fuq il-foresta. U beda jidlam. Tom poġġa bilqiegħda. Kompla jkellem lill-Kayakos.

“Ngħidilhom ukoll li huwa importanti li noħolqu ġonna jew riservi sabiex nipproteġu lill-annimali, lill-pjanti u l-ilma ! Ngħidilhom li huwa importanti li nużaw prodotti maħduma jew li jikbru qrib il-Belt ta’ Merlin ! Prodotti li ma jiġux min-naħa l-oħra tad-dinja !”

Ix-xwejjaħ Naori resaq lejn Tom.

“Inti tifel għaqli, Tom. Il-Kayakos għandhom fiduċja fik. Jixtiequ joffrulek rigal.”

Il-Kayakos kollha bdew jiżfnu madwar Tom.

Page 21: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

19

Naori resaq lejn Tom, Fleur u Lila. Daħħal sebgħu fi skutella tal-fuħħar. Minnha ħareġ ftit tajn ikkulurit. Ix-xwejjaħ Naori għamel ftit minn dak it-tajn fuq moħħ il-ħbieb tagħna.

“Tom, Fleur u Lila, il-Kayakos jixtiequ joffrulkom dan ir-rigal… Qed nagħmilkom ċittadini ta’ unur tal-Kayakos !”

Tom qatt ma ħassu daqshekk emozzjonat f’ħajtu. Beda jibki. Naori għannqu miegħu.

“Taf, Tom… Il-Kayakos jieklu l-prodotti tagħhom… Jgħixu f’armonija mal-foresta… Nixtiequ nkomplu ngħixu b’dan il-mod…”

Page 22: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

20

L-għada sebaħ. Fleur iddeċidiet li tqatta’ ftit jiem mal-Kayakos. Tom u Lila reġgħu lura lejn il-mongolfjera. Il-mongolfjera telgħet fl-ajru. Minn hemm fuq, Tom u Lila bdew isellmu lill-ħbieb tagħhom. F’fetħa fil-foresta, il-Kayakos kienu qegħdin jiżfnu. Riedu jawguraw kull riżq lil Tom u lil Lila f’dak kollu li kienu sejrin jagħmlu fil-futur. It-tukan beda jtir u jgħajjat madwar il-mongolfjera. Tom u Lila semgħu dak l-għajjat tal-għasfur filwaqt li ħadu magħhom, it-tama tal-Kayakos !

Page 23: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

It-tama tal-Kayakos

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

2010 – 20 pp. – 16,2 x 22,9 cm

ISBN 978-92-79-14313-7doi 10.2779/88959

Kopji ta’ din il-pubblikazzjoni huma disponibbli b’xejn sakemm iservi l-istokk mingħand il- :Kummissjoni EwropeaDirettorat Ġenerali ta’ l-AmbjentĊentru tat-Tagħrif (BU-9 0/11)B-1049 Brussell

http://bookshop.eu/

Page 24: It-tama tal-Kayakos - ec.europa.euec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/hope_kayakos/mt.pdf · It-tama tal-Kayakos Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni

KH

31

09

25

2M

TC