10
L-Istorja Is-Seba’ Sena L5 sa L8 2017 Paġna 1 minn 10 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 IS-SEBA’ SENA L-ISTORJA IL-ĦIN : Siegħa u nofs L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________ 1. Qiegħed dawn id-dati fil-kaxxi skont kif inhu posthom fuq ir-riga taż-żmien. 1000 Q.K. 90 Q.K. 1500 Q.K. 1974 W.K. 1789 W.K. 1090 W.K. (Total: 6 marki) 2. Sib it-tifsira tal-kelma. L-ewwel waħda hi lesta bħala eżempju. 1 Kronoloġija hu xi dokument, oġġett jew pittura li saru fiż-żmien li nkunu qegħdin nistudjaw dwaru. 2 Evidenza hu riżultat ta’ sensiela ta’ avvenimenti. 3 Anakroniżmu hi meta jien nifhem lil ħaddieħor tant li nkun qisni dħalt fil-ħsibijiet u l-esperjenzi tal-persuna. 4 Kawża 1 hi kif seħħew il-ġrajjiet wara xulxin skont iż-żmien. 5 Effett turi dak li ġara fl-imgħoddi. 6 Empatija hi avveniment jew ġrajja li tkun kaġun ta’ xi ġrajjiet jew avvenimenti oħra li seħħew qabilha. 7 Sors Primarju hi xi ħaġa li tkun barra minn żmienha. (Total: 6 marki) 2017 0 IL-LIVELLI 5 - 6 7 8

IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

  • Upload
    others

  • View
    7

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017 Paġna 1 minn 10

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

IS-SEBA’ SENA L-ISTORJA IL-ĦIN : Siegħa u nofs

L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________

1. Qiegħed dawn id-dati fil-kaxxi skont kif inhu posthom fuq ir-riga taż-żmien.

1000 Q.K.

90 Q.K. 1500 Q.K.

1974 W.K. 1789 W.K. 1090 W.K.

(Total: 6 marki)

2. Sib it-tifsira tal-kelma. L-ewwel waħda hi lesta bħala eżempju.

1 Kronoloġija hu xi dokument, oġġett jew pittura li saru fiż-żmien li nkunu

qegħdin nistudjaw dwaru.

2 Evidenza hu riżultat ta’ sensiela ta’ avvenimenti.

3 Anakroniżmu hi meta jien nifhem lil ħaddieħor tant li nkun qisni dħalt

fil-ħsibijiet u l-esperjenzi tal-persuna.

4 Kawża 1 hi kif seħħew il-ġrajjiet wara xulxin skont iż-żmien.

5 Effett turi dak li ġara fl-imgħoddi.

6 Empatija hi avveniment jew ġrajja li tkun kaġun ta’ xi ġrajjiet jew

avvenimenti oħra li seħħew qabilha.

7 Sors Primarju hi xi ħaġa li tkun barra minn żmienha.

(Total: 6 marki)

2017

0

IL-LIVELLI

5 - 6 – 7 – 8

Page 2: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

Paġna 2 minn 10 L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017

3. Uża s-sorsi biex twieġeb il-mistoqsijiet.

Sors A: Għar Dalam

Sors B: Oġġetti wżati fil-preistorja

li nstabu f’Għar Dalam

3.1 F’Għar Dalam instabu kemm fdalijiet differenti ta’ annimali li llum ma jgħixux f’Malta, kif

ukoll oġġetti li jintużaw min-nies (sors B). X’nitgħallmu minn dawn il-fdalijiet dwar

il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar?

(i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _________________________________________________ (1)

(ii) Dwar Għar Dalam: _____________________________________________________(1)

3.2.1 Sorsi C u D jagħtuna ħjiel ta’ kif kienu jidhru t-tempji. X’juru li kellhom it-tempji li llum il-

ġurnata ma għandhomx? _____________________ (1)

3.2.2 X’wassal biex it-tempji llum ma għadhomx jidhru kif narawhom f’sorsi C u D?

_______________________________________________________________________ (1)

3.3 X’naħsbu li kien isir ġewwa t-tempji? ________________________________________ (1)

3.4.1 Fuq wara tat-tempju ta’ Skorba, fil-ġenb ta’ sors E hemm oġġett li jistona mat-tempju.

X’inhu dan il-oġġett?______________________________________________________ (1)

3.4.2 Kif naħsbu li kienu jibnu t-tempji fi żmien il-Preistorja jekk ma kellhomx dan l-oġġett u

għodod oħra moderni?

_______________________________________________________________________ (2)

Sors D: Graffit ta’ tempju

li nstab minqux fuq ħaġra

Sors E: Fdalijiet tat-tempju

ta’ Skorba

Sors C: Mudell ta’

Tempju li nstab

fit-Tempju ta’ Ħaġrat

Page 3: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017 Paġna 3 minn 10

3.5 Għaliex ma nstabux dokumenti dwar il-bini ta’ dawn it-tempji?

_______________________________________________________________________ (1)

3.6 Semmi t-tempju Preistoriku li nsibu fix-Xagħra Għawdex._________________________ (1)

Sors F: Statwa ta’ persuna

liebsa l-ħwejjeġ

Sors G: Ġiżirana magħmula

minn ċagħaq u għadam

3.7 Sors F turina statwa ta’ persuna liebsa l-ħwejjeġ. Minn xiex taħseb li kien magħmul

l-ilbies fi żmien il-Preistorja? ______________________________________________ (1)

3.8 Kif nindunaw, minn sorsi F u G, li n-nies tal-Preistorja kienu jagħtu kas id-dehra tagħhom?

_______________________________________________________________________ (1)

(Total: 12-il marka)

4. Uża s-sorsi biex twieġeb il-mistoqsijiet.

Sors H: Feniċi qegħdin

jinnegozjaw il-prodotti

tagħhom

Sors I: Rotot li kienu jieħdu l-Feniċi fil-Mediterran

Page 4: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

Paġna 4 minn 10 L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017

Sors J

4.1 Bil-miġja tal-Feniċi spiċċa perjodu

partikolari hawn Malta. X’kien jissejjaħ

dan il-perjodu? __________________ (1)

4.2 F’Sors H naraw l-Feniċi jinnegozjaw.

Semmi l-prodott li baqgħu magħrufa għalih

il-Feniċi. ________________________ (1)

4.3 Minn sors I naraw li minbarra Malta,

il-Feniċi baħħru lejn artijiet oħra.

Mill-istess sors, semmi żewġ postijiet fejn

marru l-Feniċi.

________________________________

________________________________(2)

4.4 X’użu kellhom il-Gżejjer Maltin għall-Feniċi?

_______________________________________________________________________ (2)

4.5 Għaliex taħseb li l-Feniċi kellhom bilfors iduru lejn il-baħar għan-negozju tagħhom?

_______________________________________________________________________ (2)

4.6 X’jidher f’sors J? ________________________________________________________ (1)

4.7 X’informazzjoni ġabru l-arkeologi dwar il-Feniċi minn fdalijiet bħal dak li jidher f’sors J?

_______________________________________________________________________ (2)

4.8.1 Liema minn dawn it-tliet sorsi hu ta’ żmien il-Feniċi? Immarka billi tagħmel salib fil-kaxxa

provduta. (1)

4.8.2 Kif inhu magħruf is-sors li mmarkajt? _______________________________________ (1)

4.8.3 X’sejba importanti dwar il-Feniċi għamlu l-arkeologi u l-istoriċi bis-saħħa ta’ dan is-sors?

_______________________________________________________________________ (1)

(Total: 14-il marka)

Page 5: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017 Paġna 5 minn 10

5. Aqra sors K u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Sors K

Fil-pjanura ta’ Burmarrad, tagħti għal fuq port Ruman, insibu villa

Rumana. Din tmur lura għat-tielet seklu Q.K. It-tradizzjoni tgħid

li Publius, kien laqa’ lil San Pawl f’dawn l-inħawi... Minkejja li

l-fatti arkeoloġiċi u storiċi għadhom ma kkonfermawx din

it-tradizzjoni, dan is-sit jagħti ħjiel dwar l-ekonomija Maltija

fil-perjodu Ruman... Parti żgħira mill-villa ġiet skavata... Tliet

preses ...bosta buqari nstabu f’din il-villa. Dan juri li f’din il-villa

kienu jipproduċu ż-żejt... Fit-tielet seklu W.K. inbena ħajt oħxon

madwar il-villa.

(Silta addattata mit-Times of Malta, 19 ta’ Marzu 2012.)

5.1 F’sors K tissemma t-tradizzjoni. Nistgħu nqisu t-tradizzjoni bħala evidenza tal-imgħoddi?

Għid għaliex. ___________________________________________________________ (2)

5.2 Sors K hu sors primarju jew sekondarju? Għaliex? _________________________________

_______________________________________________________________________ (2)

5.3 X’kien l-isem ta’ Malta fi żmien ir-Rumani? ___________________________________ (1)

5.4 Biex kienu jżejnu l-art tad-djar tagħhom ir-Rumani sinjuri? _______________________ (1)

5.5 Semmi tliet oġġetti ta’ żmien ir-Rumani li nstabu fid-Domus Rumana tar-Rabat.

______________________ _______________________ ________________________ (3)

5.6 F’sors K insibu li nbena ħajt oħxon madwar il-villa. Għaliex taħsbu li nħass il-bżonn li

jinbena dan il-ħajt?

_______________________________________________________________________ (2)

5.7 Xi fdal instab f’sors K li juri li f’dan is-sit kien jingħasar iż-żebbuġ?

_______________________________________________________________________ (1)

5.8 Minbarra l-għasir taż-żebbuġ, semmi industrija oħra li kienet ipprattikata hawn Malta fi

żmien ir-Rumani. ________________________________________________________ (1)

5.9 F’paragrafu qasir ta’ madwar 40 kelma, iddeskrivi l-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta.

__________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (3)

(Total:16-il marka)

Page 6: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

Paġna 6 minn 10 L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017

6. Uża s-sorsi biex twieġeb il-mistoqsijiet.

Sors L:________________________________

Sors M: _____________________________

6.1 Taħt is-sors, ikteb liema hu t-teatru Grieg u liema hu l-Kolossew. (2)

6.2 X’tip ta’ spettaklu kien isir fil-binja ta’ sors L? ___________________________________

_______________________________________________________________________ (1)

6.3 Semmi post pubbliku fejn ir-Rumani kienu jiltaqgħu. ____________________________ (1)

Sors N: Ir-Rumani u l-Griegi kienu

differenti mhux biss fil-lingwa imma

anki fl-interpretazzjoni tal-arti.

Fl-istatwi tal-Griegi naraw li dawn kienu

jonqxu figuri umani perfetti, sbuħija

ideali, filwaqt li r-Rumani kienu

jagħmluhom kif jidhru, bid-difetti. Dan

narawh anke fil-mużajk u fl-affreski

Rumani. Ateni bniet is-saħħa tagħha

permezz tal-kummerċ fuq il-baħar,

filwaqt li r-Rumani kibru billi ħakmu

l-artijiet. F’Ateni n-nisa ma kinux

meqjusa bħala ċittadini, filwaqt li

f’Ruma kienu meqjusa bħala ċittadini.

L-ekonomija taż-żewġ ċiviltajiet kienu

jiddependu fuq l-agrikoltura. It-tnejn

kienu jesportaw il-qamħ, iż-żejt

taż-żebbuġa u l-inbid.

Sors O : It-toroq tal-Imperu Ruman

6.4 Minn sors N, x’differenza ninnutaw bejn l-arti Griega u dik Rumana?

_______________________________________________________________________ (1)

Page 7: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017 Paġna 7 minn 10

6.5 Minbarra l-arti, semmi punt ieħor fejn iċ-Ċiviltà Rumana u dik Griega kienu differenti.

_______________________________________________________________________ (1)

6.6 Minn sors N, x’kienu jesportaw ir-Rumani u l-Griegi? ___________________________ (1)

6.7 Mill-mappa tat-toroq Rumani f’sors O, semmi żewġ pajjiżi li kienu taħt il-ħakma Rumana.

__________________________________(1) ___________________________________(1)

6.8 Għaliex kien importanti għar-Rumani li jkollhom toroq tajbin? _____________________

_______________________________________________________________________ (1)

6.9 Qiegħed f’ordni kronoloġiku dawn l-istampi billi tikteb in-numri minn 2 sa 6 sabiex turi

l-proċess ta’ kif kienet tinbena triq Rumana. L-ewwel waħda hi mogħtija bħala eżempju. (5)

It-triq

Rumana.

Jitqiegħdu

l-pedamenti

tat-triq.

Perit jippjana minn fejn l-aħjar

tgħaddi t-triq.

Jitpoġġa l-ġebel tal-wiċċ.

Għalqa maħduma mill-bdiewa

Rumana.

Ilsiera jħammlu t-triq.

1

Page 8: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

Paġna 8 minn 10 L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017

6.10 Ir-Rumani kienu jqisu l-Baħar Mediterran bħala ‘Għadira Rumana’. Għaliex kienu jqisuh

hekk?

_______________________________________________________________________ (1)

6.11 X’nifhmu meta ngħidu ‘Pax Romana’? _______________________________________ (1)

6.12 Liema kien l-akbar għadu tar-Rumani fil-Mediterran? ____________________________ (1)

6.13 X’kienu jissejħu l-gwerer ta’ bejn ir-Rumani u dan l-għadu? _______________________ (1)

6.14 F’liema minn dawn il-gwerer rebħu ’l Malta r-Rumani? __________________________ (1)

(Total: 20 marka)

7. Uża sors P biex twieġeb il-mistoqsijiet.

7.1 Sors P jurina kif inqasam l-Imperu Ruman fis-sena 400 W.K.

(a) Kif kien magħruf il-parti tal-Imperu Ruman immarkat bl-ittra A fuq il-mappa?

_______________________________________________________________________ (1)

(b) Kif kien magħruf il-parti tal-Imperu Ruman immarkat bl-ittra B fuq il-mappa?

_______________________________________________________________________ (1)

7.2 Liema kienu l-bliet kapitali tal-Imperu mmarkat bl-ittra A u tal-Imperu mmarkat bl-ittra B?

A:__________________________________ B: ________________________________(2)

7.3 Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinqasam dan l-Imperu? ____________________________ (1)

B

A

Sors P

Page 9: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017 Paġna 9 minn 10

7.4 L-Imperu mmarkat bl-ittra B, maż-żmien inbidel l-isem tiegħu. Agħmel sinjal taħt l-isem it-

tajjeb.

(Babiloniż, Biżantin, Persjan, Barbaru) (1)

7.5.1 Bejn is-sena 535 W.K. u s-sena 870 W.K, Malta kienet tagħmel parti minn wieħed minn dawn

l-Imperi. Għid ma’ liema Imperu ta’ sors P kienet tagħmel parti minnu Malta.

_______________________________________________________________________ (1)

7.5.2 Semmi fdal li għandna ta’ dak iż-żmien. ______________________________________ (1)

(Total: 8 marki)

8. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

8.1 L-Għarab kienu nomadi. Xi tfisser li tkun nomadu? ______________________________

_______________________________________________________________________ (1)

8.2 F’liema post bdiet ir-reliġjon Iżlamika? _______________________________________ (1)

8.3 Min kien ir-raġel li beda l-Iżlam? ____________________________________________ (1)

8.4 X’jissejjaħ il-ktieb qaddis tal-Musulmani? _____________________________________ (1)

8.5 Xi tfisser il-kelma ‘Iżlam’?__________________________________________________ (1)

8.6 Fejn jiltaqgħu għall-qima l-Musulmani? _______________________________________ (1)

8.7 Semmi żewġ affarijiet li huma obbligati jagħmlu dawk li jħaddnu t-twemmin Iżlamiku.

_________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (2)

(Total: 8 marki)

9. Agħżel tema WAĦDA minn dawn u ikteb paragrafu ta’ madwar 100 kelma dwarha.

9.1 Iċ-Ċiviltà Eġizzjana.

Tista’ ssemmi: Ix-Xmara Nil u kif għenet l-iżvilupp ta’ din iċ-Ċiviltà, siti arkeoloġiċi

Eġizzjani bħall-piramidi u l-Isfinġa, il-Farawni, il-mummji, it-twemmin tagħhom fuq

il-mewt u l-ħajja ta’ wara, il-ġeroglifiċi, il-papiru u l-ħajja ta’ kuljum tal-Eġizzjani.

9.2 Iċ-Ċiviltà Griega.

Tista’ ssemmi: l-Akropoli, il-Partenon, l-allat Griegi, il-filosofi, id-demokrazija, Ateni u

Sparta, l-arkitettura Griega, il-Logħob Olimpiku, il-Polis u l-ħajja ta’ kuljum tal-Griegi.

(Total: 10 marki)

Page 10: IS- SENA L-ISTORJA IL-ĦIN Siegħa u nofs · il-Gżejjer Maltin u dwar dan l-għar? (i) Dwar il-Gżejjer Maltin: _____ (1) (ii) Dwar Għar Dalam: _____(1) ta’ Skorba 3.2.1 Sorsi

Paġna 10 minn 10 L-Istorja – Is-Seba’ Sena – L5 sa L8 – 2017