43
UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2011 EXAMINERS’ REPORT MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD

IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

  • Upload
    hakhanh

  • View
    335

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

UNIVERSITY OF MALTA

SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE

SEC

IL-MALTI

May 2011

EXAMINERS’ REPORT

MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONSBOARD

Page 2: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

2

IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTIFIL-LIVELL TAĊ-ĊES

MEJJU 2011

1.0 Introduzzjoni

L-għan ta’ dan ir-rapport, bħalma dejjem kien fir-rapporti ta’ qablu, huwa lijixħet dawl fuq dawk in-nuqqasijiet serji li kienu l-kawża ta’ tnaqqis ta’ marki.Rapport bħal dan għandu jkun mhux biss f’idejn l-għalliema iżda wkoll għandujkun għall-attenzjoni tal-istudenti li se jagħmlu l-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES. Dan kollu biex in-nuqqasijiet indikati jiġu evalwati bi skop li ma jiġuxripetuti. Għaldaqstant, dan ir-rapport jittratta l-komponenti kollha li jsawwrul-eżami u jelenka numru ta’ nuqqasijiet minn kull komponent, li l-eżaminaturindikaw fil-proċess tal-immarkar tagħhom.

1.1 Statistika tar-riżultat

It-tabella 1 turi d-distribuzzjoni tal-gradi għall-eżami ta’ Mejju 2011:

Tabella 1Grad 1 2 3 4 5 6 7 U Assenti TotalIIA 112 418 490 760 471 332 16 2599% 4.3 15.1 18.8 29.3 18.1 12.8 0.6 100.0IIB 161 386 238 280 1145 131 2341% 6.9 16.5 12.6 9.5 48.9 5.6 100.0Total 112 418 490 921 857 238 280 1477 147 4940% 2.3 8.5 9.9 18.6 17.3 4.8 5.7 29.9 3.0 100.0

1.2 L-ewwel karta

Din il-karta hija komuni għal kandidati kollha li japplikaw biex jagħmlu l-eżamital-Malti. Hija karta importanti ħafna għaliex għalkemm ikun hemm taħriġgħaliha mill-għalliema fil-lezzjonijiet tal-Malti, l-istudenti mhumiex se jidħlujagħmlu din il-karta b’ħażna ta’ noti studjati minn qabel. Hija karta li veramenttirrifletti l-abbiltà u l-kompetenza tal-kandidati fil-lingwa.

1.2.1 L-Oral

L-Oral tal-Malti fil-Livell taċ-ĊES jeżamina l-ħiliet tal-Malti moqri, mitkellem, umifhum. Il-kandidati jiġu mogħtija ftit minuti biex jippreparaw ruħhom qabeljidħlu quddiem l-eżaminatur hekk kif jindika s-sillabu. F’għaxar minuti u/jewkwarta l-kandidati: (a) jaqraw silta ta’ bejn wieħed u ieħor 150 kelma, (b)ifissruha fi kliemhom billi jagħtu l-punti ewlenin tas-silta, (ċ) iwieġbu mistoqsijarelatata mal-lingwa, u (d) iwieġbu tliet mistoqsijiet fuq xi stampa jew stampimarbutin mal-kultura. Dan ifisser li l-kandidati fil-ħin allokat jitkellmu l-ħinkollu.

Is-siltiet għall-qari kellhom xejra deskrittiva, narrattiva, argumentattiva, uespożitorja. Fil-qari riedu juru li kapaċi jaqraw bis-sens u bla tlaqliq silta ta’

Page 3: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

3

proża kontinwa fuq tema kontemporanja. Imbagħad kellhom juru li fehmu dakli qraw billi jqassru l-punti ewlenin tas-silta fi kliemhom u wara ntalbu jfittxu xitagħrif lingwistiku. L-istampi kienu jittrattaw xi aspetti tal-kultura u l-kandidatikellhom jitkellmu fuq dawk l-aspetti li kienu jidhru fl-istampi.

Fil-biċċa l-kbira tagħhom il-kandidati marru tajjeb ħafna u kisbu marki xierqa.Kien hemm, però, kandidati li għalkemm kienu qegħdin jagħmlu l-orali fil-Maltiinqdew bi kliem, frażijiet u saħansitra b’sentenzi bl-Ingliż, avolja l-kelma Maltijateżisti.

1.2.2 Il-Komponiment

1.2.2.1 Ħarsa ġenerali

Ingħataw erba’ titli li skont is-sillabu l-kandidati riedu jiktbu 400 kelma dwartitlu wieħed. It-titli kienu:

L-istaġuniIl-manjieri tajbaMa kinitx ċajta li mort nagħmel!Kull deni ħudu b’ġid

L-aktar titlu li ntgħażel (minn numru kbir ħafna ta’ kandidati) kien ‘Ma kintixċajta li mort nagħmel!’. Warajh kien hemm ‘L-istaġuni’. Il-komponimenti bl-inqasnumru ta’ kandidati li għażluhom kienu ‘Il-manjieri tajba’ u ‘Kull deni ħudub’ġid’.

Kien hemm għadd ġmielu ta’ komponimenti tajbin fis-sura u fil-ħsieb tagħhom.Imma kien hemm ukoll kwantità kbira ta’ komponimenti b’ħafna difetti serji fil-kitba, li bosta minnhom kienu tat-traskuraġni. Donnu hawn idea li tikteb kiftikteb kollox jgħaddi, basta iżżomm mat-tul tal-kitba mitlub minnek. Inħassħafna li xi kandidati ma jagħmlux distinzjoni bejn l-istil tal-Malti miktub u l-Malti mitkellem. Il-kandidati jridu jifhmu li hemm differenza bejn il-miktub u l-mitkellem: il-miktub dejjem irid ikun aktar meqjus (speċjalment meta jkun għalskop formali bħalma hu l-eżami taċ-ĊES).

F’dawn il-komponimenti aktar minn oriġinalità, kien hemm rakkonti tal-esperjenzi diretti tal-kandidati jew magħrufa mill-kandidati, esperjenzi aktarxpersonali jew fil-qrib tagħhom. Hija preokkupanti l-inċidenza ta’stejjer/esperjenzi mhux sempliċement negattivi, imma negattivissmi usaħansitra suwed li kien hemm f’għadd ġmielu ta’ rakkonti, minn dawn iż-żgħażagħ ta’ sittax-il sena. Dawn mhumiex sempliċement stejjer ta’ problemi lijħabbtu wiċċhom fl-età tagħhom, imma l-problemi kbar li qed jaħkmu aktar uaktar is-soċjetà kontemporanja tagħna.

Bħal snin oħra, kien hemm għadd ta’ komponimenti fejn l-ideat kienu limitatiwisq. Xi wħud mill-kandidati ftit li xejn ħasbu fuq is-suġġett qabel kitbu l-komponiment. Xi ideat kienu fqar wisq, u ma tistennihomx minn kandidati ta’sittax-il sena. Ħafna drabi ma nkitibx it-tul meħtieġ ta’ 400 kelma. Xi

Page 4: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

4

komponimenti kellhom biss 200 kelma u kienu jinħassu qishom inkitbu minnstudeni tal-primarja.

1.2.2.2 It-titli mogħtija fid-dettall

L-istaġuni

Dan kien komponiment deskrittiv iżda seta’ jkun trattat bħala argumentattivjew espożitorju. Il-kandidati ffukaw aktar fuq deskrizzjoni ta’ kif jaraw kullstaġun u xi wħud minnhom saħansitra qabbluhom mal-ħajja tal-bniedem. L-ideat ħafna drabi kienu l-istess, jiġifieri jittrattaw il-klima, l-ilbies, u l-festi; ukultant jidħlu xi drawwiet.

Ħafna mill-kandidati bdew il-komponiment billi fl-introduzzjoni semmew lihemm erba’ staġuni, semmew liema huma u komplew billi ddeskrivew kullstaġun għalih. Oħrajn bdew il-komponiment billi qalu liema staġun iħobbu l-aktar u komplew il-komponiment billi mbagħad iddeskrivew l-istaġuni l-oħra.Qalu wkoll li f’inħawi differenti fid-dinja jkollhom staġuni differenti skont kemmid-dinja tkun qrib tax-xemx.

Il-maġġoranza tal-kandidati wkoll iffukaw fuq l-istaġuni f’Malta u kienu ftitdawk li semmew u tkellmu dwar l-istaġuni madwar id-dinja kollha. Kienu wkollwaħdiet dawk li ddeskrivew l-istaġuni kemm f’Malta u wara l-istaġuni f’xi pajjiżieħor (eż. l-Awstralja, li spikka ħafna). Punt li ħareġ ħafna meta għamlu dankien dwar il-Milied, fejn qalu li l-Milied f’Malta jiġi fix-xitwa u fl-Awstralja jiġifis-sajf.

Kien hemm ukoll xi kandidati fejn fil-komponiment bdew b’deskrizzjoni tal-istaġuni f’Malta, imbagħad għaddew għal dawk fl-Awstralja (li huma bil-kontrata’ pajjiżna) u mbagħad għaddaw biex indikaw xi gżejjer oħra bħas-Seychelles ul-Canary Islands li skont dawn il-kandidati għandhom staġun wieħed li hu s-sajf. Imbagħad trattaw pajjiżi oħra bħat-Tuneżija u l-Amerka li għandhom erba’staġuni u r-Russja u l-Ġorġja li għandhom temperatura kiesħa ħafna u liprobabbli bil-kesħa xi pajjiżi jkollhom diżastri naturali. Fl-aħħar spiċċaw biexjgħidu li l-Maltin ifittxu dak li ma jsibux f’pajjiżhom.

Punt ieħor li ħareġ ta’ spiss kien dwar l-għalliema li jkollhom il-vaganzi tas-sajfbħall-istudenti u dawn jistrieħu f’dan l-istaġun. Xi studenti wkoll assoċjaw il-kuluri mal-istaġuni: l-oranġjo u l-aħmar mal-ħarifa, l-isfar mas-sajf u ħafnalwien mar-rebbiegħa.

Ħafna mill-komponimenti wkoll spiċċawhom billi l-istudenti semmew li kullstaġun hu meħtieġ, liema staġun jippreferu u għaliex. Fil-fatt ħafna minnhomqalu li jippreferu s-sajf għaliex ikunu bil-vaganzi, ma jkollhomx skola u jkunujistgħu jiddevertu ma’ sħabhom. Min-naħa l-oħra ħafna ma togħġobhomx il-ħarifa għax hu staġun tad-dwejjaq.

Xi punti dwar l-istaġuni li ħarġu f’din l-għażla kienu:

Page 5: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

5

Is-sajf : Il-ħarifa: Ix-xitwa: Ir-rebbiegħa:vaganzi udivertiment

jonqsu t-turisti bard u kesħa la tkun sħana ulanqas kesħa

baħar u bajjiet bin-nies

daqshekk baħar silġ u maltemp ħafna fjuri u ħdura

tibqa’ rieqed fil-vaganzi

terġa’ tibda l-iskola xita, sajjetti uragħad

l-ewwel għawma ta’xi wħud

sħana u niesjismarubix-xemx

terġa’ tibda r-rutinata’ ħajja mgħaġġla

Ġabra fil-familjagħax kulħadd jibqa’d-dar minħabba l-bard u l-kesħa

titwal il-ġurnata

barbikjus ħafna riħ ħwejjeġ ħoxnin żahar fis-siġarsafar is-siġar iwaqqgħu l-

weraqkulħadd jitgeddes għasafar joħorġu

jgħannu u jtiruħwejjeġ ħfiefu kulħadd iqaċċat

temp ikrah umsaħħab

aktar mard l-għasafar ikollhomil-bejta u ż-żgħar

ħafna turisti lijfissru aktar xogħol

festa ta’San Martin

ħsara fl-għadam lill -anzjani

ħafna aktarfrott bħall-frawli

ħafna frottbħad-dulliegħ

ix-xahartal-erwieħ jiġi fih

inqas turisti aktar ħxejjexbħall-ful u l-piżelli

festi fl-irħula ħafna weraq fl-art il-festa tal-Milied namurnar tal-art u tal-ajru

il-ġenituri jistrieħud-dar mingħajr l-istorbju tat-tfal

nieklu ħafna soppaukawlata. Ħafna ikelsħun

ħwejjeġ eħfef mix-xitwa u tneħħidawk ħoxnin u tqal

aktar tbatija għall-kenniesa u l-bennejja

ir-riħ iġorr il -ħmieġu l-weraq

xi wħud qalu li ttinas-saħħa

allerġiji u hay fever

iljieli mal-ħbieb l-istudenti jixtru l-affarijiet għall-iskola

ħafna kutri u lożorħoxnin

eżamijiet

ġelati taffettwa x-xogħlijietbħal tal-bidwi u tal-bennej

festi bħal SanValentinu, San Pawlu l-Għid il-Kbir

mhux tajjeb għas-saħħa tal-anzjani

programmi ġoddafuq it-televixin waral-iskeda repetutatas-sajf

ikel tradizzjonalibħal figolli u l-bajdtal-Għid

idum ma jidlam ix-xita ssaqqi l-għelieqi u l-pjanti

il-kruha tal-kaċċa ul-qtil

żmien ta’ mistrieħ jidlam kmieni tneħħi l-kutriħafna nies iħobbuh l-istudenti bil-

vaganzi tal-Miliedl-aħħar tas-senajoħroġ il -bebbux

Kwotazzjonijiet sbieħ dwar ir-rebbiegħa kienu: “Is-siġar jibdew jilbsu l-gverta ħadranija tagħhom u jarmu ż-żahar biex ilestu

għall-frott tagħhom.” “Anke l-ġonna u l-għelieqi jqumu mir-raqda u jieħdu l-kulur.”

Page 6: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

6

Madanakollu kien hemm xi komponimenti li spikkaw. Komponiment partikolariħa spunti mill-mitoloġija Griega u fuqhom fassal il-komponiment.Komponiment ieħor kien ispirat mill-erba’ staġuni ta’ Vivaldi. Marru tajjeb ukolldawk il-komponimenti li qabblu l-istaġuni f’Malta ma’ dawk ta’ barra minnMalta u kienu kapaċi jagħtu r-raġuni xjentifika ta’ kif jinbidlu l-istaġuni.Oħrajn inkludew l-istaġuni tal-kaċċa u s-sajd. Minn titli bħal dawn wieħedjista’ jinduna bid-differenza fl-ideat (maturi jew le) bejn kandidat u ieħor.Jirrifletti għalhekk kemm wieħed ikun jaqra, jisma’ u jaddatta dak li jkuntgħallem anke minn suġġetti oħra (cross curricular).

Kien hemm xi komponimenti b’konklużjoni tajba bħal:“L-istaġuni huma xi ħaġa astratta imma fl-istess ħin iġibu magħhom ħafnaaffarijiet u avvenimenti ġodda. Nistħajjilhom bħal-bniedem jkun għaddej minnmumenti sbieħ u koroh f’ħajtu. L-istaġuni huma bħal proċess dejjem għaddejbħal meta id-dinja tipprepara xi ħaġa għal xi ħaġa ġdida.”

Xi żbalji dwar l-istaġuni li ħarġu fil-komponimenti kienu: Xi drabi tiddubita jekk hux kulħadd qed jgħix fl-istess dinja għax min jgħid li

fid-dinja kulħadd għandu erba’ staġuni u min jgħid li hawn min għanduwieħed jew tnejn biss! Ma kitbux l-istaġuni kif jiġu wara xulxin. Żbaljaw iż-żmien ta’ kemm idumu l-istaġuni. Eż.: “Kull staġun idum bejn tlieta

u erba’ xhur.” Jew inkella ż-żmien, ix-xhur, jingħataw ħżiena. Eż:o “Ix-xitwa minn Diċembru sa Frar u s-sajf jibda fl-aħħar ta’ Lulju sa

Settembru.”o “Ir-rebbiegħa minn Frar sa Mejju, is-sajf minn Ġunju sa Awissu, il-ħarifa

minn Settembru sal-bidu ta’ Novembru u x-xitwa mill-bidu ta’ Novembrusa Jannar.”

Kien hemm ukoll xi kandidati li qalbu d-deskrizzjoni tal-istaġuni. Eż:o Ix-xitwa inqalbet mal-ħarifa għax ingħad li fil-ħarifa jiġu l-festi ta’ San

Pawl u San Valentinu. Imbagħad li l-ħarifa tiġi wara r-rebbiegħa u wara s-sajf tiġi x-xitwa.o Kien hemm min qal li “haw Malta liktar li jintużaw huma is-Sajf u x-

Xitwa”. Kien hemm min il-ħarifa kiteb isimha bl-ingliż. Eż:o “L-istaġuni; hemm erbgħa: x-xitwa, r-Rebbiegħa, s-sajf u l-‘Autumn’.”o “Staġuni hemm erbgħa s-Sajf, ir-rebbiegħa, ix-xitwa u Autem.”

Kien hemm xi wħud ukoll li kitbu isem ir-rebbiegħa bl-Ingliż. Eż:o “Is-srping u L-Autem”.

Fatti ħżiena. Eż:o “Matul is-sena niċċelebraw erba’ staġuni, l-għebda minhom ma huma

ndaqs”.o “Fejn ħadt ma jista’ jispjega dawn kif isiru jew dawn min fejn ġejjin.”o ... hemm erba’ staġuni fid-dinja imma f’Malta għandna tnejn biss ix-xitwa u

s-sajf. Impressjoni li hemm aktar minn erba’ staġuni. Eż.o “L-istaġuni kollha huma sbiħ ir-rebija, is-sajf, ix-xitwa, Il-ħarifa etċ…”

Page 7: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

7

Xi żbalji grammatikali li spikkaw f’dan il-komponiment kienu: Il-plural ta’ staġun ingħata bħala staġunijiet anke jekk it-titlu stess kien fil-

plural. erbgħa staġuni minflok erba’ staguni. In-nom staġun użat fil-femminil Eż. L-istaġun hija użu skorett ta’ ittri kbar għall-istaġuni.

Xi żbalji li nkitbu iżda li ma tistennihomx f’eżami f’dan il-livell: “Fis-sajf jkollna attivitajiet bħal dawra sal-gzejjer bil-kenuri, affarijiet utli

magħmulin mill-qasab u oħrajn li jekk inkompli nsemmi neħli l-biro.” “Meta niżżilna d-dajsa kien xil-ħdax fil-port tal-imsida u aħna ma kelna imkien

ippjanat fejn imorru allura qbadna r-rota għal-ghawdex.” “Fir-rebbiegħa l-għasfura twelled.” (tbid) “Fix-xitwa malta ssib naqra bard l hemm u l hawn.” “Ix-xitwa kultant tkun sabiħa għax toqod gewwa tara xi DVD u toqod titgezzez

u hekk.”

It-traduzzjoni u l-influwenza diretta mill-Ingliż kienet tinħass ħafna. Eż. “Fix-xitwa għandna żewġ festivati. ” “Xjentisti qegħdin jesprimu l-concern tagħhom dwar it-temp...” concern minflok

it-tħassib tagħhom (Xjentisti hija tajba).

Xi espressjonijiet ħsiena li spikkaw: “Xemx ixxoqq il-għadam.” “...ix-xemx tibda taqli l-kwiekeb.”

Analiżi tal-iżbalji f’paragrafu minn komponiment:

“Fil-planeta (i) tagħna, għandna erbgħa (ii) l-istaġuni (iii). Dawn l-istaġuni humaimportanti ħafna qal(iv) planeta (i) kollha għax jekk ma kellhomx (v) dawn l -istaġuni, il-planeta (i) ma jkollhomx environment(vi) tajba (vii) qal (iv) lil (viii)annimali u qal aħna (ix) persuni (x)”

(i) Influwenza minn kif tinkiteb il-kelma pjaneta fl-Ingliż.(ii) In-numru ‘erbgħa’ miktub ħażin quddiem nom.(iii) Użu tal-artiklu meta mhemmx bżonnu.(iv) ‘qal’ minflok il-partiċella għall-(v) Użu ħażin tal-verb u l-pronom mehmuż(vi) Użu tal-kelma Ingliża environment minflok ambjent.(vii) Użu ħażin tal-aggettiv li ma jaqbilx mal-ġens tan-nom.(viii)Użu ta’ partiċella minflok artiklu(ix) ‘qal’ aħna minflok għalina(x) nuqqas t’artiklu

Il-manjieri tajba

Dan il-komponiment ma tantx intgħażel mill-kandidati, imma l-maġġoranza ta’dawk li għażluh ittrattawh b’mod espożitorju u jidher li kienu għamluh f’xisuġġett bħall-Istudji Soċjali. Oħrajn ittrattawh minn aspett argumentattiv.

Page 8: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

8

F’dan il-komponiment l-kandidati qalu li l-manjieri juru x’tip ta’ karattrugħandek. Fi ftit kliem tibni r-reputazzjoni tiegħek bihom. Skonthom persunabil-manjieri hi persuna edukata u jekk inti mingħajrhom inti maledukat. Dawnl-ewwel noħduhom mill-ġenituri, imbagħad mill-iskola u wara aħna nibdewnitgħallmuhom f’ħajjitna meta nibdew nagħmluha mal-ħbieb u fuq ix-xogħol.Skont il-kandidati l-manjieri huma affarijiet żgħar li jagħmluna edukati, u l-għalliema għandhom xogħol iebes u siewi biex jgħallmuhom lill-istudenti.

Bosta kandidati għamlu wkoll distinzzjoni bejn il-manjieri verbali, jiġifieri kiftitkellem, twieġeb eċċ. u bejn dawk fiżiċi bħal kif iġġib ruħek meta tiekol u kiftilbes. Xi manjieri oħra li ssemmew f’dan il-komponiment kienu: tgħatti ħalqek meta tagħtas jew tisgħol tgħid grazzi u jekk jogħġbok tiekol sew tisma’ lil ħaddieħor meta jitkellem tkun ġentili man-nies tiskuża ruħek ma titkellimx fuq in-nies quddiemhom tqum lill-anzjani fuq il-karozza tal-linja

Min-naħa l-oħra ssemmew xi punti li l-kandidati għoddewhom bħala manjieriperò mhumiex, bħal: ma tgħidx sigrieti lil ħaddieħor ma tigdibx u ma tivvintax issellef l-affarijiet tiegħek

Ħafna mill-istudenti f’dan il-komponiment jaqblu li l-manjieri llum il-ġurnatanaqsu ħafna u qed jispiċċaw. Iżda wkoll “... bil-majieri tasal biex tirnexxi, blamanjieri tasal għall-ġlied.”

Introduzzjoni minnhom kienet: “Aħna l-maltin marufin bħala nies ta’ skola, iżdal-edukazzjoni mhux biss fil-qari u fil-kitba. Bniedem minajr manjiri tajba jista’ jiġimeqjus bħala l-ikbar bniedem injorant.”

Kumment mhux f’postu: “Fis-soċjetà li għanda llum sfortunatament, il-manjieritajbin b’mod assertive qed jonqsu, dan għaliex in-nies tal-bliet jitħaltu ma tal-irħula; u vice-versa. B’hekk kull mentalita hija differenti.”

Għalkemm l-argumenti ta’ min għażel dan it-titlu kienu tajbin il-lingwaġġ użatgħall-kitba f’xi komponimenti kien aktar joqrob lejn il-Malti mitkellem milli l-Malti miktub u għalhekk il-livell tal-istil u l-espressjoni kien baxx ħafna. Aktarmilli l-enfasi saret fuq il-manjieri tajbin, uħud mill-komponimenti kienu aktarixaqilbu fuq id-deskrizzjoni tal-manjieri ħżiena. Aspett pożittiv li ħareġ minndan il-komponiment kien li l-kandidati għarfu u wrew l-importanza li persunab’manjieri tajbin se tiġbed aktar in-nies lejha u jkollha iżjed opportunitajietmeta tiġi biex issib xogħol.

Page 9: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

9

Ma kinitx ċajta li mort nagħmel!

Komponiment narrattiv li fih il-kandidati vvintaw kemm felħu ankisitwazzjonijiet inkredibbli u esaġerati. F’dawn il-komponimenti tidher dinjaaggressiva wisq u dan jirrifletti l-qagħda mentali taż-żgħażagħ tal-lum. Bostakandidati ma tawx kas it-teknika tan-narrattiva: f’esej bħal dan il-kandidatimistennija li jesponu karattru u xi karatteristika tiegħu kif tidher mis-sitwazzjoni mogħtija lilhom fl-eżami. Ħafna drabi jdumu biex jidħlu għall-ġrajjaewlenija tal-komponiment, tant li l-komponiment jinħass kemxejn żbilanċjat.

Kienu ħafna l-kandidati li għażlu jagħmlu dan il-komponiment. Ħafnaminnhom bdew jirrakkontaw x’ġara qabel iċ-ċajta, imbagħad iċ-ċajta u spiċċawil-komponiment kif spiċċat ħażin u li ma kinitx ċajta. Oħrajn bdew biċ-ċajta umbagħad irrakkontaw ħafna konsegwenzi (bħal spiċċaw il-qorti, xi nies majkellmuhomx u ġġieldu mal-ġenituri).

Ħafna mill-kandidati wkoll qalu li l-ġurnata li għamlu ċ-ċajta fiha kien Jum il-Ġifa, l-ewwel t’April. Din id-data kienet famuża ħafna fil-komponimenti. Min-naħa l-oħra ħafna mill-kandidati qalu li kienu huma li vvintaw iċ-ċajta u, jewgħamluha weħidhom jew inkella staqsew xi ħabib għall-għajnuna. Kienu ftit liqalu li vvintaha ħaddieħor u għamluha huma jew li daħlu fiha.

Kien hemm ħafna li rrakkontaw xi ċajta goffa, bħal iċemplu lil xi ħadd mill-ġenituri li tajrithom karozza u wara ħafna paniku, qalgħu xi kastig, jew inkellahuma stess serqu u rabtu lil xi ħabib li ma għarafhomx u tefgħuh f’vann u fl-attrawhom il-pulizija u nqabdu. Oħrajn qalu li ġralhom bħall -istorja tat-tifel u l-lupu, l-ewwel bdew jgħidu li ġratilhom xi ħaġa u wara li ġrat l-istess ħaġa ħaddma emminhom. Bħal pereżempju, kienu l-baħar u taparsi qed jegħrqu. Id-darba ta’ wara kienu qed jegħrqu vera u ħadd ma mar jgħinhom (għall-ewwel).

F’ħafna mill-komponimenti iżda l-kandidati spiċċawhom billi huma stess tawruħhom b’idejhom, qalu huma stess li għamluha huma ċ -ċajta, jew inkellanqabdu fil-fatt u batew il-konsegwenzi. F’xi komponimenti kien hemmkandidati li qalu li ħadd għadu ma jaf li huma kienu li għamluha ċ-ċajta.

Xi wħud mill-istejjer kienu: rat liz-ziju mdejjaq u marret ħdejh u biex taljenah qaltlu li mitilha l-kelb. Iz-

ziju xtralha wieħed imma fil-verità kienet allerġika għall-klieb. li taparsi kien se jkollhom tarbija u din l-istorja nxterdet ma’ kullimkien. ċemplu lill-ġenituri li kienu l-isptar. jew inkella li hemm xi ħadd minn ħuthom l-isptar u xi ħadd mill-ġenituri tah

attakk ta’ paniku u/jew tah ħass ħażin. li qabdet id-dar tagħhom jew tan-nanna u fil-ġenn xi ħadd mill-ġenituri ħabat

bil-karozza u spiċċa l-isptar. waddab id-dqiq lil xi ħadd f’għeluq sninu u ma kienx jaqbel miegħu. libsu ta’ fatati u/jew taw qatgħa lil xi ħadd u tah ħass ħażin. ċemplu lin-nanna li ħuhom iż-żgħir waqa’ fil-ġnien u weġġa’ u n-nanna telqet

tiġri minn darha biex tmur tara x’ġara u waqgħet hi fit-triq.

Page 10: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

10

ħbiet il-baskett tal-ħabiba ħdejn il-baħar u meta marret għalih ma sabitux.Serqu xi ħadd bl-affarijiet kollha ta’ ġo fih.

Għad li l-problema ta’ nuqqas ta’ tul ma nħassitx daqs fil-komponimenti l-oħrajn, xorta kien hemm komponimenti qosra li fihom inħass ħafna n-nuqqasta’ kreattività u ppjanar tal-kitba. Żball komuni li ħareġ ħafna f’dan il-komponiment kien li l-kandidati ma tawx biżżejjed kas ta’ x’qed jitlob it-titlu.Minflok ma tkellmu dwar ċajta, tkellmu dwar xi ħaġa kbira u erojka illi għamlu.Oħrajn biddlu ċ-ċajta f’avventura. Kien hemm xi kandidati oħra li tkellmu dwarpreparazzjoni ta’ sorpriża jew xi gidba ħoxna minflok ċajta. Ma naqasx ukoll likien hemm min fehem it-titlu litteralment u kiteb dwar ċajta li m’għamilx!

Għal darb’oħra f’dan il-komponiment inħass li ħafna kandidati ma jagħmluxdistinzjoni bejn il-Malti mitkellem u dak miktub b’kummenti u frażijiet bħal: “Jekk ma kontux digà indunajt jiena ċajtier...” “Qalli irranġa ma ġara xejn l-aqwa li ma batnix id-dinja l-oħra...”

It-traduzzjoni u l-influwenza diretta mill-Ingliż kienet tinħass ħafna. Eż: “Kulħadd beda jiċċajta ma’ xulxin ...” minflok niċċajtaw bejnietna. “Mort minn ġol ħġieġ biex nirritrivja l -ballun...” “Hadet attakk tal-qalb.” “Id-demm kien qed joħroġ minn saqajh.” “Itajru l-kajt...” minflok tajra

Żball komuni u rripetut kemm-il darba kien l-użu tal-kelma għand metajridu jgħidu li se jżuru post. Eż: “Ħaduh għand l-isptar...” “Morna għand Paceville.” “Kien xi l-ħdax u nofs meta wasalt għand id-dar ta’ Matthew.”

Għadd mhux żgħir ta’ kandidati wrew li ma jafux iħaddmu l-partiċipju attivu ħarġu bi frażijiet ħżiena. Eż: “Qadt ninnota n-nies qed joħorġu u jithlu...” ( deħlin u ħerġin) “Il-ħin kompla jgħaddi u lili ma sabunix.” (għaddej) “Wiċċha sarilha aħmar u d-dmugħ beda jinżel minn għajnejha” (nieżel) “Ġara li kien qed jersaq il-karnival...” (riesaq) “It-temperatura tibda titla...” (tielgħa)

Kull deni ħudu b’ġid

L-istess bħat-tieni titlu, dan il-komponiment ma tantx għażluh kandidati. Il-maġġoranza tal-kandidati għażlu li jagħmluh narrattiv, imma kien hemm xiwħud li għamluh deskrittiv. Min għamlu narrattiv irrakkonta storja li ġrat xiħaġa ħażina però minnha ħarġet xi ħaġa tajba. Xi stejjer kienu: li telqet mix-xogħol għax naqqsu lin-nies u minn hemm kompliet tistudja u

sabet xogħol aħjar. telqet lill-għarus u wara sabet li kellu xi vizzju.

Page 11: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

11

miet xi ħadd fil-familja u bdiet tapprezza aktar il-ħajja u/jew temmen tafdaaktar f’Alla. kienu se jsiefru u tilfu l-ajruplan u l-istess ajruplan ikkraxxja. siefru u l-ajruplan kellu jinżel b’emerġenza, beżgħu però mbagħad niżel f’post

ieħor għal ġurnata. B’hekk daru dak il-post ukoll u tgħallmet li bil-paniku majissolva xejn. kienet sejra tikkampja ma’ sħabha imma ommha daħlet l-isptar u kellha

toqgħod magħha. Il-baħar u r-riħ ġarru lil sħabha fil-baħar u belgħu ħafnailma. Tnejn mietu dak il-ħin u l-oħrajn mietu l-isptar.

Kien hemm xi wħud li qabblu l-komponiment ma’ ġrajjiet kurrenti li qed iseħħujew seħħew fid-dinja ta’ madwarna. Bħal pereżempju, kienu sejrin il-Ġappun umissierha weġġa’ dahru u marru Sqallija minflok. Fil-Ġappun fl-istess żmien likienu se jkunu hemm seħħ terremot. Kien hemm oħrajn li qalu li kienu sejrinil-Libja, imma qamu ma jifilħux u ma marrux, u nqalgħu l-protesti u l-irvellijiet.Komponiment ieħor jirrakkonta li kienu sejrin l-Amerka imma ma marruxgħaliex kisret sieqha fil-futbol. Ajruplan daħal fit-Twin Towers u skont il-programm tagħhom dakinhar kienu se jkunu hemm.

Storja tajba kienet li l-kittieba kienet sinjura tiġi mir-re u darba n-nies tal-pajjiżattakkawhom u b’hekk kellhom jaħarbu. Tilfu kulma kellhom u spiċċatwaħedha għax ommha baqgħet hemm, lil missierha u ħuha qatluhom u wara xiżmien li ħarbu nannitha mietet biż-żmien. Hi daħlet seftura man-nies utgħallmet x’jiġifieri u xi jħoss bniedem fqir. Tgħallmet x’jiġifieri l -uġigħ u l-għaks. “Tgħallimt ngħix waħdi. Kbirt”.

1.2.2.3 Kummenti Ġenerali

Kien hemm ukoll komponimenti batuti f’kull qasam, jiġifieri fil-punteġġjatura,fl-ortografija, fil-preżentazzjoni, fis-sintassi u l-grammatika u l-bqija.

Kien hemm ħafna komponimenti li fihom l-espressjoni tal-ħsieb kienet tidherli ġejja mill-Ingliż. Fil-fatt anke xi kliem kien miktub mill-Ingliż għall-Malti kifdiġà rajna.

L-akbar problema li tidher ċara hi l-ortografija. Ħafna mill-komponimentikienu batuti ħafna fl-ortografija. Kien hemm żbalji anke fi kliem bażiku. Eż.:tijgħi (tiegħi), tużagħh (tużah), sija (siegħa), ftiet (ftit), jowmu (jgħumu), memx(m’hemmx), tagħjx (tgħidx), xi xahar qiejlu (ilu), jiġilbu (jiġġieldu), sjaf (sajf),tqiex (tgħix), nejdilhom (ngħidilhom), maħhom (magħhom), ħiżma (ħżiena), ax(għax), mijn (min), ejt (qed), hijn (ħin), fjn (fejn). L-iżbalji tal-ortografijajnaqqsu ħafna marki. Din hija twissija li tidher ta’ kull sena f’kull karta tal-eżami tal-Malti. Kandidat li jagħmel ħafna żbalji tal-ortografija juri li ma jafxjikteb bil-Malti. Hija ħaġa tal-iskantament kif f’10 snin ta’ skola obbligatorjajibqgħu jsiru żbalji bħal “naqa” (= naqra), “ħabba” (= minħabba), u “qas” (=anqas) ma jintużawx f’kitba formali. Kien hemm xi każi ta’ ortografija stramba:“ġent l-omm” (= ġentlom), “jirrikwedu” (= jirrikjedu), “t’bidel” (= tbiddel), “ċ-ċelebraw” (= ċċelebraw)

Page 12: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

12

Xi drabi kien hemm nuqqas ta’ ppjanar u organizzazzjoni sew tal-ideat fil-komponimenti. Ħafna kandidati jaqbdu u jiktbu dak li jiġihom f’moħħhombla ebda pjan.

Ġieli wkoll jiftakru f’xi ħaġa wara u jżiduha fl-aħħar tal-paragrafu, eżempjujiftakru fid-dati tal-istaġuni u jiktbuhom billi jgħaffġuhom fil-linja vojta bejnparagrafu u ieħor.

Ġieli anke ssib paragrafi b’ħafna ideat li setgħu jkunu aktar żviluppatif’paragrafi diversi, jew inkella l-komponiment ikun qasir ħafna għaliex l-ideatma jiġux żviluppati sew.

Din is-sena kien hemm ħafna komponimenti li ma jgħaqqdux 400 kelma, jewgħal ftit jew anke ġieli għax ikunu qosra ħafna, anke inqas minn 100 kelma.

Ħafna mill-kandidati ma jafux jagħmlu bilanċ bejn it-tul tal-paragrafi. Fl-istess komponiment uħud mill-paragrafi huma twal ħafna u oħrajn qosraħafna.

Spikkaw ukoll introduzzjonijiet qosra, wara paragrafu wieħed twil fin-nofs,imbagħad konklużjoni qasira. Xi drabi l-introduzzjoni u l-konklużjoni mhuxtalli jkunu qosra wisq, iżda wkoll xotti. Xi drabi anke sentenza waħda biss.

Eżempji ta’ introduzzjoni qosra:o “Darba minnhom jien u sħabi ddeċidejna li nagħmlu ċajta lil waħda li qiegħda

ġol-grupp tagħna.”o “Kien nofs s-staġun tas-sajf meta jien mort mal-ġenituri tiegħi Għawdex għal

ġimgħa biex niltaqgħu mal-kuġini u nanniet.”o “Għandna tradizzjoni fil -familja li ta’ kull sena, fl-ewwel t’April nagħmlu ċajta

lil xi ħadd fil-familja.”

Eżempji ta’ konklużjoni qosra:o “Jien ħlift li ma nergax nilgħab ċajta bħal Dik fuq ħadd għax ma kinitx ċajta li

mort nagħmel għax spiċċa ħazin siehbi.”o “Dakinhar jew jumejn qabel kelna jajdulu u nipruvaw inferruħ għax qabditu

puplessija kbira.”

o Xi wħud mill-kandidati għamlu wkoll introduzzjoni u wara paragrafuwieħed, li l-konklużjoni tkun magħquda miegħu wkoll.o Saħansitra kien hemm xi wħud li l-komponiment tagħhom kien magħmul

minn paragrafu wieħed biss.o Kienu bosta wkoll dawk li bdew il-paragrafi billi l-bidu kien ħażin: “Issa ser

nitkellem dwar l-iktar staġun maħmub miż-żagħżagħ u mill-istudenti li huwais-sajf.”

Nuqqas ta’ punteġġjatura u xi drabi s-sentenzi kienu twal ħafna. Xi kultantsentenza anke tagħmel paragrafu wieħed sħiħ. Jew inkella paragrafu sħiħmingħajr punt wieħed biss. Eż:

Page 13: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

13

o “Ħadt gost li belatha sa’ griżmejha iċ-ċajta imma xorta bdejt naħseb li mhuxħa ddum daqshekk dik iċ-ċajta għalx kliem aktar xi ngħidilha ma kellix siegħawara ideċidejt li ngħidilha imma mhux fuq it-telefown imma ‘wiċċ imb’wiċċ’”o “Għawn ħafna tipi ta’ manjieri tajba nibda billi insemmi kif igib ruħek man-

nies u kif għandek titkellem , kif għandek tpoggi bilqeda bħal per eżempjumeta tkun qed titkellem man-nies qatt mandek tajjat ma wicchom u qattmandek tikol iċ-‘chewing gum’, u dejjem għandek toqod bilqeda fuq is-siġġudritt u għadattat.”

Nuqqas ta’ virgoletti għad-diskors dirett, jiġifieri l-kandidati jibqgħugħaddejjin bħallikieku kien parti mis-sentenza.

Ġieli jinkitbu ittri kapitali f’nofs il-kelma/sentenza. Eż:o “ĦafNa dRabi Niggudikaw peRsuNa bla ma NKunu Nafu”o “jien u sħabi Meta naRaw guRnata sabiha dejjem niftemu għal baħaR.”o “IR-RebbiegħA hu stAġun sAbiħ għAliex il -fjuRi u sigAR jibdew jikbRu u juRu

sbuħijA tAgħhom.”o AHNa kola qbilNa u b’Hekk fTemnha li NiNTaqaw fuq iz-zunTier … u Wara li

RaJna li gie Kulħadd morna Naqbdu l-Karozza Tal-liNJa …”

Kien hemm min ma użax l-ittri kapitali fejn hemm bżonn. Eż:o “għid” (Għid : festa), “għawdex” (Għawdex : post), “awstralja” (Awstralja:

post)o “… u saqsiethom fejn Qiegħda. bdew ifitxu fil-karti …” (fil-bidu tas-sentenza)o “settembru”, “marzu”, “malli wasal l-ewwel ta april” (ismijiet tax-xhur)o “Kien il-ħadd filgħodu …” (isem ta’ ġurnata)

Drabi oħra tintuża l-h flok il-konsonanti ħ jew inkella ma jsirux tikek fuq l-ittri. Eż:o “l-ewwel haga” (ħaġa), “ahna” (aħna).

Kien hemm kandidati li kontinwament użaw mħabba (nom minn ħabb)minflok minħabba. Ma jagħmlux distinzjoni bejn it-tifsira taż-żewġ kelmiet.Eż:o “Jien weħilt ħabba ċ-ċajta tagħhom.”o “Is-Sajf jġib ħafna sħana u għatx lil pajjiżna mħabba fejn il-gżira ta’ Malta

hija sitwazjonata.”o “Dan ħabba li kellu ix-xorb moħħu ma bedgħiex izomm steady, żelaq u

waqgħa go l-ilma …”o “… nies kbar jibdew jeqirdu mħabba s-sħana …”o “… ħaddieħor jispiċċa jweġġa ħabba ċajta innoċenti.”o “Ma tkunx tista’ toħroġ imħabba ħafna xita …”

Xi kandidati qalbu verbi mill-Ingliż għall-Malti, meta bil-Malti għandna verbigħalihom. Jew inkella jiktbu kliem bl-Ingliż meta għandna kelma għaliha bil-Malti. Eż:o “bdejt indaħħal xi ’albums’ li ommi kienet tikolektja (iġġemma’) ‘stamps’

(bolol) antiki ġo fihom.”o “X’ħin tkun ġiet tirrilassa (tistrieħ) wara x-xogħol.”

Page 14: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

14

o “… is-sajf fejn ħafna nies iħobb jirrilassaw (jistrieħu)…”o “Meta għandek manjieri sbieħ tirrealiżża (tinduna) wkoll li aktar persuni

ikellmuk u meta għandek problemi tittrova (ssib) dejjem xi ħadd…”o “… ‘binti mur f’kamartek għax għadek lanqas tista’ timmaġina l-problemi li

krejjat (ħloqt) …”o “Hafna mit-tfal joqgħodu attenti lejn it-tagħlim tal-għaliema, jibildjaw (jibnu)

karattru sod…”o “Wara li issetiljajt u ipparkjajt mort ħdejhom biex nibdew ix-xiri tagħna.”o “Iżda kull persuna li maħluqa fuq din l-art tirrijektja (taġixxi) differenti, skont

kif wieħed jaħsiba.”o “… ħbiebi ddecidew li planja (nippjana) ħaġa ħażina …”o “Hekk billi jien kont invitat, ħajjart tnejn minn sħabi jgħinuni …

F’xi komponimenti kien hemm ukoll l-iżball fejn it-tempi tal-verb ma jaqbluxfis-sentenza. Eż:o “mort l-isptar magħha, u ħlief nikbi ma nagħmilx, għax naf li kien it-tort tiegħi

u li ma kinitx ċajta li għamilt.”

Xi wħud kitbu kliem Ingliż bil-Malti u barra li kitbuh ħażin ma ħabbluxmoħħhom li jfittxu l-kelma bil-Malti. Eż:o “Kont isni tief ta’ veru.” (thief/ħalliel)

F’dak li kitbu bosta kandidati wrew nuqqas serju fis-sintassi u f’aspetti varjital-grammatika. Eż:o “Kont ili naħseb biex nagħmel ċajta lill -ħabib tiegħi naqa goffa u fl-aħħar

ġietni ideja.”o “Kienet sħana ħafna, Ix-xemx qawwi fuqna, jiena u l-ħbieb tiegħi bdejna jajtu

għax kont eċċitament ħafna għax rari immorru sa Għawdex u l-adult bdejtjirrabjaw.”o “Qomna fis-sitta ta’ filgħodu, gab kollox u mort fuq it-triq sa Ċirkewwa biex

immorru fuq id-dgħajsa.”o “L-intervista tiegħi beda tidħaq ħafna u beda tgħini biex nqum.”o “F’dan l-istaġun tkun mistennija ix-xita, riħ u bard.”o “Aħna inkluż jien morna fil-post …”o “…wara l-lukanda m’hemmx wieħed bena lanqas...”

Bosta kienu dawk il-kandidati li użaw il-partiċella ‘lil’ imqassra b’mod ħażin.Eż:o “It-tfajliet xagħrhom l’hemm u l’hawn jitħku ħabba s-subien li kienu qed

jitkessħu quddiemhom.”o “...għaddew tlett xhur u l-sħabi kola tliftom…”o “...baqgħet nieżla ġo għalqa xi sular l-isfel b’konseqwenza li kisret sieqha l-

leminija u saqajha ta’ l-istess naħa.”

Kien hemm kandidati li saħansitra f’dan il-livell ħalltu ‘minn’ ma’ ‘min’. Eż:o “Di dara ma nafx kif se noħroġ min din is-sitwazzjoni.”o “Min dejjem kien jaffaxina u għaliha kienet l-isbaħ xewqa.”o “Min dejjem kienu jgħiduli li jien tfajla ma naħsibhomx.”

Page 15: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

15

o “Barra min Malta jkollhom ħafna iktar x’jagħmlu minnha l-Maltin għax huwaħafna ikbar min pajjiżna.”

Ħareġ ċar aspett ieħor li naqqas ukoll il-marki, dak tal-appostrofu man-negattiv. Eż:o “...ommi ma’ kienitx taf …”o “...ftit li kellhna li ma’ kellniex x’nagħmlu …”o “Ħadd ma’ kien jaf …”o “Isabelle magħna qatt ma’ kienet tagħmel ċajta waħda.”o “… imma illum ħadd ma’ kellu aptit …”o “Illum qatt ma’ rajt…”

Bosta kandidati ma użawx in-numri fil-forma t-tajba tagħhom. Eż:o “...żewġ minn erbgħa staġuni...”o “...naħseb li hija żewġ xahar biss.” (jirreferi għall-ħarifa)o “… se tiġi mgħajta għal ‘interview’ għada fid-disa.”o “Kienet it-tlett darba li konna nmorru iżda baqgħu hemm għal tlett ġurnata

biss.”o “… kellu tlett senna ikbar minni.”o “...wara tnax il-minuti.”o “Kienu s-seba’ ta’ filgħodu.”o “...żażagħ ta’ sbatax il-sena.”o “Żewġt ijiem lura kont qedgħa nitkellem mal-ħabiba tiegħi …”

Xi kandidati saħansitra għamlu użu tal-artiklu żbaljat. Eż:o “is-stil”, “T-temp”, “f’dan is-staġun”, “s-splużjoni”, “miġ-ġenituri”, “l-

rebbiegħa”, “il-żrameġ”, “il-natura”, “iż-żvantaġġi”

Kien hemm numru ta’ kandidati li m’għamlux użu tajjeb tal-vokali tal-leħen‘i’. Eż:o “lis-staġuni”o “lis-skola”o “Flis-staġun”

Oħrajn ma kienux jafu l-għadd tan-nom u użawh ħażin. Eż:o “ġurnati”, “erbgħin gradi”

Kien hemm ukoll żbalji fl-għadd imtenni u/jew mal-pronom. Eż:o “… u sabu li kisret siqgħa … Sakemm għdditilha saqajha kell noqgħod indur

biha jien …”o “...ma ma in-nanna kisret saqajja għax weqet it-taraġ.”o “Ma tistax tpoġġi saqajn fuq saqajn għax suppost mhijiex tolerata mill-knisja.”o “...smajtu jejd li kellu saqajh miksura.”o “...sabu li ma kellu xejn gravi li kiser idejħ tax-xellug biss.”

Ġew innutati wkoll żbalji fl-użu tal-Plural. Eż:o “kamri”, “twejjaq tal-karozza”, “logħbi”, “ċints”, “riħat tal-fjuri”, “bżonni”

Page 16: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

16

Kienu bosta l-kandidati li wrew li ma jafux iħaddmu l-ġens tal-aġġettiv man-nom li jkun hemm qablu. Eż:o “...it-temperatura jitla sa għoxrin.”o “...bħal Msida ha jkun mimli ma’ ilma.”o “Rebbiegħa huwa t-tieni staġun.”o “Wara r-Rebbiegħa hemm s-Sajf li hija l-istaġun favorit…”o “Ħarifa m’hijiex staġun twila.”o “Dan il-ħuta huwa feroċi u jħobb jikol il-laħam.”o “...xi ħaġa stupid...”

Kien hemm xi kandidati li ħaddmu l-Malti djalettali li mhux aċċettat fl-eżami.Eż:o “… bħal ma tufu f’1 ta’ April nagħmlu ħarna ċajt aħna lil dak u lil ieħor…”

Numru mhux ħażin ta’ kandidati nqdew b’Malti mhux addattat għall-eżamiforsi għax baqgħu ma jagħmlux distinzjoni bejn il-Malti mitkellem u dakmiktub, ħaġa li diġà indikajna. Eż:o “… ntigħha qatta tad-duluri …”o “...kienet wasslet fl-aħħar biex taqbzila iċ-ċinga u tiffanqa tibki.”o “Miss abela qabzitilha, bdied tagħajat kemm tiflaħ u tikkumiedja b’ideja,

konna dejjaqnija sew!”o “Ommi saret taf u tgħidx kemm kienet maħruqa u irrabjat ma missieri.”o “Ta’ ċuwċ li jien, daħħalt il-waħda oħra f’din iċ-ċajta …”o “Kien 1 ta’ April fejn kulħadd jaf li dik il-ġurnata li marufa għal ċajt u nejk.”o “ … wara ċertu Pawlu reġa’ beda jixħitli l-birra u jiprova jitnejjek bija.”o “...kulħadd infaqa’ jidħaq u is-surmast waqgħa għan-nejk …”

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni ġodda bħal mowbajl u l-msn jidher li qed iħalluinfluwenza negattiva fuq il-kitba għax bosta kien dak il-kliem li nkiteb bi stilta’ sms. Fost il-kliem stil sms kien hemm użati ħafna:o ax - għaxo ed - qedo and – għando tijaj - tiegħi

Ħafna komponimenti kienu ppreżentati b’mod traskurat ħafna u kien hemmmin saħansitra kkopja ħażin it-titlu tal-komponiment minn fuq il-karta tal-eżami.

B’mod ġenerali ngħidu li kien hemm użu ħażin ta’ partiċelli, nuqqas ta’sekwenza u qbil fl-istess sentenza ta’ ġens u għadd mas-suġġett jew inkella l-konjugazzjoni tal-verbi, u sintassi skorretta (“...il-ħarifa huwa staġun.”). Kienhemm bosta ġeneralizzazzjonijiet u repetizzjonijiet tal-istess ideat. Kien hemmmin għamel użu tajjeb mill-idjomi (stock idioms) biex jagħti aktar stil lill-kitbatiegħu. Imma xi drabi nħass li kienu qegħdin jintużaw artifiċjalment – jew għaxxi ħadd qalilhom: użaw l-idjomi ħalli timpressjonaw. Drabi oħra l-idjomi makinux użati kif suppost.

Page 17: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

17

1.2.3 L-Ewwel Karta – Taqsima 2: Fehim it-Test, Għarfien tal-Lingwa fl-Aspetti tagħha, Grammatika, Aspett Simboliku

IL-FEHIM IT-TEST – MISTOQSIJIET

Bosta kienu dawk il-kandidati li bħala tweġiba kkuppjaw kelma b’kelma mis-silta. Madankollu kien hemm numru ta’ kandidati li marru mhux ħażin f’dinit-taqsima. L-aktar mistoqsijiet li dehru li nkwetaw lill-kandidati kienumistoqsija numru (i) u (v).

Mistoqsija iDin kienet waħda mill-mistoqsijiet li kkonfondiet lill-kandidati. Ftit kienu dawkil-kandidati li taw tweġiba tajba għaliha. Meta ġew biex iwieġbu mistoqsija (i)bosta ma fehmux sew il-mistoqsija u minflok qalu x’kien il-messaġġ tal-kwadru,iddeskrivew il-kwadru. B’dan il-mod ħarbu mill-mistoqsija.

Mistoqsija iiDin il-mistoqsija kienu ħafna kandidati li taw tweġiba tajba għa liha. Għarfusew jesprimu għalxiex l-impressjoni tal-biża’ u l-periklu li ta l-kittieb fis-silta.

Mistoqsija iiiUħud mill-kandidati waslu biex iwieġbu din il-mistoqsija b’mod tajjeb.Madankollu kien hemm numru ta’ kandidati li mit-tweġibiet li taw ma fehmuxis-silta sew u dan kien ukoll mgħejjun b’ nuqqas ta’ tagħrif ġenerali. Fost it -tweġibiet li juru dan insibu: “…kien joqgħod il-Mosta ħabba l-breakwater…” “Kien joqgħod il-Vitorja għax isemmi l-Victoria Lines…” “Kien joqgħod il-latrina tal-breakwater.”

Mistoqsija ivĦafna mill-kandidati marru tajjeb f’din il-mistoqsija. Għarfu jagħtu tweġibatajba billi fi kliemhom spjegaw l-impressjoni li jagħti l-kittieb fit-tielet paragrafutas-silta. Madankollu oħrajn marru ħażin għax ikkuppjaw sentenzi sħaħ mis-silta li kienu rrilevanti għal dak li kienet qiegħda titlob il-mistoqsija.

Mistoqsija vF’mistoqsija (v) bosta kandidati wieġbu ħażin u minflok qalu li l-aktar pontmeħtieġ huwa dak li jgħaqqad il-popli tad-dinja kollha u li jwassal għall-paċidinjija, semmew pontijiet partikolari pereżempju “ta’ Amsterdam” jew “ta’Venezja”. Xi drabi anke ssemmew pontijiet li, fil-verità, ma jeżistux pereżempju,“il-pont bejn Malta u Għawdex”, jew “il-pont tad-Dwejra”!

Mistoqsija viBosta kienu dawk il-kandidati li għal din il-mistoqsija taw tweġiba tajba.Oħrajn tnaqqsitilhom il-marka għax ikkuppjaw direttament mis-silta kelmab’kelma.

Page 18: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

18

L-GĦARFIEN TAL-LINGWA FL-ASPETTI TAGĦHA

Numru ta’ kandidati marru tajjeb ħafna f’din it-taqsima. Fil-fatt, din hijataqsima li tgħin lil bosta kandidati jtellgħu ħafna marki. L-aktar żewġmistoqsijiet minn din it-taqsima li l-kandidati sabu diffiċli kienu a(iv) Fisser fikliemek “ma nistgħux inbassru” u b(iv) Liema kelma jew frażi mis-silta tfisser“Tad-dinja kollha”. Għall-ewwel waħda bosta wieġbu “ma nistgħux ngħidu” ugħat-tieni waħda kienu ħafna li wieġbu “il-ġnus tad-dinja”. Iżda kien hemmukoll kandidati li ma wieġbux numru kbir tal-mistoqsijiet f’din it-taqsima.

IL-GRAMMATIKA

Bosta kandidati tilfu ħafna marki f’din it-taqsima. Jidher li l-grammatikagħadha suġġett li ħafna jsibuh diffiċli. Pereżempju bosta kandidati lanqasgħandhom idea ta’ x’inhi “l-ewwel persuna plural”. Fil-fatt kienu ħafna li ġabul-mistoqsija (i) ħażina. Bosta kandidati wkoll għadhom ma jafux x’inhu verbkwadrilitteru u partiċipju passiv. Bosta oħrajn sabuha diffiċli biex inisslu verbmin-nom sogru (bosta wieġbu saħansitra “sagrament”) u aġġettiv minn nom“impressjoni” (bosta wieġbu “pressjoni”). Il-binja tal-istat kostrutt tidher ukoll litfixkel bosta kandidati. Xi kandidati xorta taw ‘trufijet’ bħala r-risposta t-tajbaavolja l-marki għal din il-mistoqsija ingħataw lil kulħadd minħabba li kienhemm żball ċkejken fil-karta. Fuq xeħta ġenerali dan kien l -iktar eżerċizzju fejnl-istudenti ġabu kollox jew kważi kollox ħażin.

B’eżempju ta’ tweġibiet ħżiena nsemmu dawn:Aqleb fl-ewwel persuna plural: tista’tittawwal biex tgawdi

Tistgħu tittawlu biex tgawdu

Nissel verb minn sogru Sigurtà, sograjna,Mill-ewwel paragrafu sib u iktebkwadrilitteru u agħti l-għarq tiegħu

Żgħoriti (ż-għ-r-t)

Agħti s-singular ta’ imsieraħ Mistrieħ, mistraħ, straħAqleb fl-Istat Kostrutt: l-għaxqa tal-ħolqien l-għaxqa tiegħu – għaxqitu, għaxaq il-

ħolqienSib u ikteb nom denominattiv (imnisselminn nom), mill-aħħar paragrafu.

Ġnus, jikattar

Nissel aġġettiv minn impressjoni ippresjonaMis-silta sib u ikteb partiċipju passiv ngħadduMir-raba’ paragrafu sib u ikteb nom fil-plural tal-plural

karatteristċt

Għal liema nom qed tirreferi l -‘ha’ fil-verbinseħibha fl-ewwel paragrafu

Lilha, isseħħeb

L-ASPETT SIMBOLIKU

Kien hemm min ma daħħalx l-espressjonijiet f’sentenzi kif mitlub, imma tawbiss l-ispjegazzjoni. Seba’ mitt sena kienet l-iktar idjoma li l-kandidati kienukapaċi jispjegaw, però xi drabi s-sentenza miktuba ma kinitx tirrifletti l-veratifsira. It-tifsira tal-qwiel rari kienet tajba. Xi kandidati li kienu jafu t-tifsiradehru li tgħallmu t-tifsiriet bl-amment.

Page 19: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

19

Il-parti l-kbira tal-kandidati tilfu bosta marki f’din it-taqsima. L-aktarmistoqsija li l-kandidati wieġbu tajjeb kienet a(i) fejn kellhom jiktbu sentenzabl-idjoma “seba’ mitt sena”. Madankollu, xorta waħda kien hemm bostatweġibiet żbaljati għal din il-mistoqsija, pereżempju: “Ilni seba’ mitt sena biexniġi għandek” jew “Ir-raġel dam seba’ mitt sena biex ordna”. L-idjoma “bejnin-nar u l-ilma” kien hemm min tfixkilha mal-idjoma “bejn sema u ilma” ugħalhekk kiteb sentenzi bħal “Daqskemm ħriġna ’l barra bil-luzzu ġejna bejnin-nar u l-ilma”. Mit-tweġibiet li ngħataw fil-karta tal-eżami jidher li bostakandidati għadhom ukoll ma jafux x’inhi d-differenza bejn l-idjoma “bejn in-naru l-ilma” u l-idjoma “bejn ħaltejn”. Hija stramba kif il-parti l-kbira tal-kandidatianke qawl komuni bħal “Min jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten” sabuha diffiċlibiex jispjegawh. Fil-parti l-kbira tal-każi, dan il-qawl ingħata kull tip ta’interpretazzjoni (inkluż xi wħud bla sens jew litterali).

1.2.4 L-Ewwel Karta – Taqsima 3: L-ittra / It-taqsira

L-ITTRA

Hija xi ħaġa li kważi ma titwemminx li bosta mill -kandidati li jersqugħall-eżami, wara dawk is-snin kollha ta’ skola, lanqas ikollhom idea ta’ kifjiktbu ittra jew tal-anqas l-aktar ingredjenti ewlenin li jsawru l-kitba tal-ittra.Minkejja li l-istruzzjonijiet tal-mistoqsija kienu ċari li għandha tinkiteb ittralill-editur ta’ gazzetta, bosta kandidati indirizzaw l-ittra tagħhom lis-sindku jewlill-kunsill lokali tar-raħal. Bosta oħrajn m’għandhomx idea ċara tal-format ta’ittra formali bħal dik li ngħatat fil-karta tal-eżami. Fil-fatt ħafna: ħallew id-data barra; ħallew barra xi indirizz mit-tnejn li kellhom jiktbu; ma kinux jafu eżatt fejn għanhom jiktbu l-indirizz jew id-data; ma qassmux l-ittra f’paragrafi; ma kinux jafu li fl-aħħar għandhom jagħlqu l-ittra b’tislima partikolari u

stabbilita.

Bosta kandidati wkoll ma jafux li hemm stil partikolari assoċjat mal-kitbatal-ittra formali. Għaldaqstant, kienu ħafna li staqsew lill-editur kif inhu,stednuh biex imur jiekol magħhom biex jiċċelebraw flimkien, biex imur jaral-proġett li twettaq fir-raħal tagħhom, biex imur jagħti daqqa t’id huwa wkollfil-proġett, jew biex jieħu ħsieb il-ġnien il-ġdid li sar. Oħrajn kważi kkmandawlubiex iweġibhom lura għall-ittra tagħhom. Kienu ħafna li rringrazzjawdirettament lill-editur tal-proġett li għamlilhom u qalulu li għandu qalbu tajba,minflok irringrazzjaw lis-sindku jew il-kunsill lokali. Xi kandidati lanqas bissużaw ftit is-sens komun. Pereżempju, skont l-indirizz mogħti fil-karta tal-eżami,il-kittieb tal-ittra huwa mill-Ħamrun, u għaldaqstant, kellu jitkellem fuq proġettli twettaq fir-raħal tiegħu, kien ifisser proġett li twettaq fil-Ħamrun. Madankollukienu ħafna dawk il-kandidati li tkellmu fuq proġetti li saru f’postijiet diversi ta’Malta. Ħafna oħrajn, wara li mlew b’kull tifħir lill-editur tal-proġett ligħamlilhom, lanqas biss semmew x’kien dan il-proġett li twettaq fir-raħaltagħhom. Bosta sabuha bi tqila biex jiktbu aktar minn żewġ sentenzi jew tlietafl-ittra kollha!

Page 20: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

20

Il-punteġġjatura fil-format kienet nieqsa ħafna fl-ittra. Uħud ma għamlux il-firma tal-aħħar jew l-isem u l-kunjom sħaħ taħt il-firma. Uħud oħra għamlu t-tislija u l-firma, iżda mbagħad kitbu isem biss mingħajr il-kunjom.

IT-TAQSIRA

Anke f’dan it-taħriġ il-kandidati, fil-parti l-kbira tagħhom, ma marrux tajjeb.Jidher ċar li mhumiex konxji biżżejjed mill-ħiliet tal-kitba ta’ taqsira. Il-kitbatat-taqsira jidher li l-kandidati jsibuha diffiċli daqs il-kitba tal-ittra. Ħafna tawxogħol li jidher ċar li l-kandidati qabdu u qassru s-silta mingħajr lanqas bisskienu fehmuha. Ħafna oħrajn ma kellhomx idea ta’ kif jisiltu l-punti ewlenintas-silta mogħtija u bdew iqassru paragrafu paragrafu fl-istess ordni tas-siltaoriġinali billi kkupjaw partijiet sħaħ minn sentenzi u għaqqduhom flimkien,bil-konsegwenza li t-taqsira ġiet bla sens. Oħrajn kienu kapaċi jisiltu b’xi modil-punti ewlenin tas-silta, iżda sabuha diffiċli ħafna biex jgħaqqduhom flimkienf’paragrafu wieħed koerenti miktub bi stil simili tas-silta oriġinali. Ħafna oħrajnma tawx kas in-numru ta’ kliem. Fil-fatt, bosta taqsiriet li għamlu l-kandidatikienu jew twal ħafna jew qosra ħafna. F’taħriġ bħal dan in-numru ta’ kliemhuwa ingredjent importanti ħafna għax il-kandidati jridu juru sewwasew il-ħilatiegħhom li jisiltu l-punti ewlenin tas-silta oriġinali u jirriproduċuhom fikliemhom b’mod konċiż mingħajr kliem żejjed.

1.2.5 L-Ewwel Karta – Konklużjoni

Bħalma ġie kemm-il darba nnota f’rapporti oħra, dan ir-rapport ikun qiegħedjonqos milli josserva ċertu aspetti li ma tistnniehomx minn kandidati li jaslubiex jagħmlu l-eżami tal-Malti f’dan il-livell. Mingħajr ma jiġġeneralizzaw,għaliex kien hemm min mar tajjeb u wera livell tajjeb ħafna kif inhu mistennigħal dan il-livell, l-eżaminaturi jinnutaw li fl-ewwel karta li fiha l-kandidati juruverament il-kompetenza tagħhom fil-lingwa (biss biss il-komponiment ma tridxtistudja noti għalih imma trid twettqu dak il-ħin waqt l-eżami) kien hemm ideatli kienu foqra u li ma jsegwux, żbalji serji u mhux mistennija f’dan il-livell tal-ortografija, tal-grammatika kif ukoll tal-binja tas-sentenza.

1.3 IT-TIENI KARTA 2A U 2B

It-Tieni Karta kien fiha dawn it-taqsimiet:

It-Tieni Karta A – Referenza għall-Kuntest (Poeżija)It-Tieni Karta A – Referenza għall-Kuntest (Proża)It-Tieni Karta A – Il-Komponiment Letterarju

It-Tieni Karta B – Referenza għall-Kuntest (Poeżija)It-Tieni Karta B – Referenza għall-Kuntest (Proża)It-Tieni Karta B – Il-Komponiment Letterarju

Kif inhi l-istruttura tal-eżami jeżistu żewġ karti: it-Tieni Karta A u t-Tieni KartaB. Fit-Tieni Karta A titlob li l-kandidati jkunu kritiċi u analitiċi aktar minndawk li jagħżlu t-Tieni Karta B. Dawk li jagħżlu t-Tieni karta B għalkemm

Page 21: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

21

mhumiex mitluba li jkunu kritiċi u analitiċi daqs dawk li jagħżlu t-Tieni kartaA, xorta waħda jridu juru li x-xogħlijiet letterarji jkunu fehmuhom sew u juru likapaċi jagħtu kritika ħafifa iżda mhux profonda daqs dawk li jwieġbu l-mistoqsijiet tat-Tieni karta A. Dan ir-rapport jenfasizza li għalkemm din it-TieniKarta hija eżami tal-Letteratura, xorta tibqa’ qabel kollox eżami fil-LingwaMaltija. L-eżaminaturi jinnutaw li kemm fit-Tieni karta A u fit-Tieni karta B il-kandidati jirriġġettaw in-noti li jkunu studjaw bl-amment, ħafna drabi noti lilanqas iwieġbu direttament il-mistoqsija li jkunu għażlu.

1.3.1 It-Tieni Karta A – Referenza għall-Kuntest (Poeżija)

LULLABY – LIL YEVGENY

Żbalji komuni: Xi kandidati rreferew għall-poeta b’ismu biss. Uħud minnhom m’għamlux distinzjoni bejn poeżija u silta. Kien hemm min irrefera għall-poeta bħala awtur jew kittieb. Oħrajn irrepetew it-tweġibiet tagħhom mill-ewwel għall-aħħar mistoqsija.

Mistoqsija A

Xi kandidati kitbu l-ħsieb tagħhom f’forma ta’ storja, waqt li oħrajn wieġbu bissnofs il-mistoqsija (taw il-ħsieb tas-silta mill-poeżija li ġew mogħtija biss).Oħrajn kitbu l-ħsieb kollu tal-poeżija mill-ewwel (probabbilment, kif studjawha,kitbuha). Xi żbalji li nstabu kienu dawn:o “...u din tagħmel parti kbira mill-bqija tal-poeżija għaliex hija l-iktar biċċa mill-

poeżija li tiddiskrivi din il-poeżija.” (tidwir ta’ kliem)o “F’din il-poezija Lullaby qiegħed jaghti lil ibnu li għadu tarbija...”

(ħaseb/ħasbet li l-missier jismu Lullaby)o “...il-missier jitfi d-dawl biex ma jarax lit-tifel jibki. F’din is-silta hija iktar

ferriħija mil-kumplament tal-poeżija.” (fl-ebda parti mill-poeżija ma turi li t-tifelkien qed jibki.)o “Il-ħsieb ta’ din il-poezija hija conversazjoni bejn missier u iben...” (Din il-

poeżija hija f’forma ta’ monologu, fejn il-poeta biss wera s-sentimenti tiegħu.)

Ħafna kandidati minflok rabtu l-ħsieb tas-silta tal-poeżija mal-kumplament tal-poeżija, rabtuha mat-tema tar-Rispett fil-Familja. Eż:o “Avżah ukoll li jekk idur għalih l-ass hu (l-poeta) ma jibqax qisu bħal-missieru.”

(Ma fehemx/fehmitx il-kelma ‘ass’. Wisq probabbli ħaseb/ħasbet li kien xi tipta’ annimal!)o “Mario Azzopardi jiprova jraqqad il-ibnu, filwaqt li hu qeda jistenna lill huh, iżda

peresli hi għadu żgħir m’hux jifhem kliem missierhu li huha m’għadux aktarmana.” (Ħallat/Ħalltet il-poeżija “Lullaby – lil Yevgeny” mal-poeżija “MurOrqod, Binti”.)o “...Jurina illi għalieħ Yevgeny għadu ħaj u ma mietx għax qiegħed fi ħsibijietu.”

(Ħaseb/Ħasbet li Yevgeny kien miet)

Page 22: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

22

Mistoqsija B

Ħafna kienu dawk li żbaljaw din it-tweġiba minħabba li ħafna minnhom kitbu t-tifsira tal-frażi u mhux l-effett li jinħoloq. Uħud minnhom kitbu:o “L-Effett huwa li fejn normalment kull iben juru l-missieru ġgant, Azzopardi

jistqar m’ibnu li ma jhoshux ġgant.”o “Il-poeta joħloq effett sarkastiku għaliex jgħidilna illi huwa dagħjef avolja huwa

kbir.”o “Il-poeta joħloq effett ta’ altiterazzjoni. Joħloq effet li hu xjaħ maduwx ħafif bħal

ma meta kien żgħir.”o “Il-poeta meta jħoss jew isejjaħ lilu nnifsu ġgant’ joħloq effett ta’ dispjaċir li ma

jistax joffri imħabbtu kollha lil ibnu fil-ġejjieni. Effett ta’ dieqao “Joħloq effet ta’ esaġerazzjoni. F’din is-silta l-metafora ġgant timplika ġenitur

responsabbli u li tista’ toqgħod fuqu.”

Mistoqsija Ċ

Kien hemm ħafna kandidati li wieġbu din il-mistoqsija tajjeb, madankollu xitweġibiet ma kinux tajbin. Uħud kitbu li din riedet tfisser li l-poeta u ibnumhux se jibqgħu għal dejjem flimkien. Xi żbalji oħra kienu:o “Huwa jrid iffisser li madniex maqudin bħal qabel.”o “Il-poeta ried jifhem li għad jasal żmien fejn l-missier u l-iben jinfirdu u ma

jibqgħux jgħixu taħt l-istess saqaf. L-iben jaf isib l-imħabba ta’ ħajtu għalhekkjkollu jitlaq lil missieru sabiex jmur jgħix ma martu.” (dan m’għanduxx’jaqsam mal-kontenut)o “Il-poeta hemm ried li hu u ibnu m’huma xejn ħdejn Alla u li Alla biss jista

kollox.” (mhix relatata mal-kuntest)o “Peress illi t-tifel għadu innoċenti, il-maturita` ta’ missieru ma jifimiex, għalekk

qied jgħidlu li mumiex aħwa biex jipprova jfihem lit tifel tiegħu, bl-innoċenza ligħandu.”o “...li t-tarbija mhijiex tiegħu.” (Il-biża’ tal-poeta milli jkun ġenitur tajjeb

interpretaha/interpretata bħala li t-tifel mhuwiex tiegħu.)

Mistoqsija D

Din il-mistoqsija ħawdet lil ħafna kandidati. Uħud minnhom, lanqas idea ta’ xitfisser METRIKA m’għandhom. Oħrajn ħawdu strofi ma’ versi, filwaqt li oħrajnma nqdewx bil-kliem tekniku (eż. versi ħielsa). Xi tweġ ibiet kienu dawn:o “Versi mħawdin”o “...il-versi mhumiex ‘puliti’ taħt xulxin f’ordni.”o “Il-metrika tal-poeżija hija poeżija li ġejja mit-tema tal-familja u hija poezija

ironika għall-aħar.”o “Poeżija mingħajr strofi”o “verb ħieles” (minflok vers ħieles)

Mistoqsija E

Kien hemm ħafna kandidati li wieġbu din il-mistoqsija tajba, madankollu matawx tifsira sħiħa tar-rispett li wera l-missier lejn ibnu. Mill-banda l-oħra, kien

Page 23: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

23

hemm oħrajn li taw tweġiba negattiva jew ma fehmux il-mistoqsija. Fost it-tweġibiet żbaljati kien hemm:o “Iva nagħmlu ġudizzju tajjeb għaliex il-missier qed jibdza li ma jkunx missier

tajjeb filfatt f’parti mill-poeżija il-poeta lit-tifel jajdlu li meta jikber jagħtih parirta’ mħabba!” (ma fehemx/fehmitx sew il-mistoqsija).o “Iva qed juri rispett għax qiegħed iħobb lil ibnu billi joqod ħdejħ jarah rieqed.”

MUR ORQOD, BINTI

Xi kandidati rreferew għall-poeta b’ismu biss. Uħud minnhom m’għamlux distinzjoni bejn poeżija u silta. Kien hemm min irrefera għall-poeta bħala awtur jew kittieb jew narratur. Oħrajn irrepetew it-tweġibiet tagħhom mill-ewwel għall-aħħar mistoqsija.

Mistoqsija A

Xi kandidati kitbu l-ħsieb tagħhom f’forma ta’ storja, waqt li oħrajn naqsu millijsemmu li din il-poeżija kienet f’forma ta’ djalogu bejn il-missier-poeta u bintuSara. Oħrajn kitbu affarijiet ivvintati. Xi żbalji li nstabu kienu dawn:o “Lejl fost l-oħrajn il-missier beda’ jiprova jraqqad lill-bintu iżda bintu ma

setgħetx torqod għaliex kien inkwetata għax ħuwa kien għadu ma wasalx.”(minbarra ortografija batuta, il-kandidat/a kiteb/kitbet storja mhux ħsieb)o “...li tifel miet u missieru qed iġib skuża lil bintu li telaq mid-dar u ħa’ jerġa jiġ i.”

(kumment ivvintat)o “...qiegħed jgħid lil bintu biex jmur jorqod u biex ma jkompliex jistenna lil

ħuthu.” (minflok lil ħuha)o “...iżda li ma kienetx taf li qatt ma kienu ġejjin lura ħabba il-fatt li kienu mietu.”

(f’din it-tweġiba stqarr/stqarret li anki l-omm kienet mietet!)o “...wara li sar jaf li martu korriet fit-tqala” (tagħrif żbaljat għax it-tifel kien

twieled)o “...jfiehem lil bintu Sara li ħuha mħux ġej lura id -dar għax kien miet fil-gwerra.”

Mistoqsija B

Ħafna kienu dawk li wieġbu tajjeb din il-mistoqsija, biss il-kwotazzjoni makitbuhiex fil-virgoletti kif għandu jkun. Oħrajn ħasbu li Ewfemiżmu jfisser xifigura tat-taħdit. Kien hemm min li għat-tieni parti wieġbu biss li “ħuha kienmiet.”

Uħud minnhom kitbu:o ...“w riesaq”o “...li issa qijad risaq il-lejl u bil-‘w’ ijad jamel effet li hu għaja.”

Xi kandidati fehmu li:o “Ewfemiżmu huwa t-tip ta’ mistoqsijiet li l-bint bdiet issaqsi.”o “Ewfemiżmu huma żewġ kelmiet magħqudin flimkien permezz ta’...o ...biex b’hekk tagħmel sens mal kumplament.”

Page 24: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

24

Mistoqsija Ċ

Din il-mistoqsija ħawdet lil ħafna kandidati. Uħud minnhom, lanqas idea ta’ xitfisser METRIKA m’għandhom. Oħrajn ħawdu strofi ma’ versi, filwaqt li oħrajnma nqdewx bil-kliem tekniku (eż. Rima mqabbża). Xi wħud użaw il-kelma“paragrafu” minflok “strofa”. Kien hemm min li minflok enfasizza fuq il-versi,kitbu fuq l-anafori, l-epizewski, u figuri tat-taħdit oħrajn. Xi tweġibiet kienudawn:o “Kwart – fejn kull biċċa qeda’ maqsuma f’4 linji.”o “Il-poeżija hija waħda moderna b’sitt versi. Miktuba b’vers hieles u b’rima

mbewsa, a-b-c-d.” (il-metrika hija kollha żbaljata)o “Versi kwartini” (minflok strofi kwartini)o “...metrika bla rima, versi ħielsa, strofi quadriliteri.” (minflok kwartini)o “...strofi qwarterji”o “Din il-poeżija għandha rima rregolari (aċċidentali).”o “...b’versi ta’ 15-il sillaba.”o “epilogu” (minflok Eleġija)o “vers decidina” (minflok dekasillabu)o “kwaterna” (minflok kwartina)o “ħdax-il vokali” (minflok sillaba)o “Il-metrika li jħaddem il-poeta bija f’din il-poeżija hija li kull meta titkellem bintu

jitħol kemm xejn il-ġewwa biex juri li qed jitkellem xi ħadd ieħor.”o “...l-użu ta’ epizewski u anafora”o “Il-metrika hija waħda bażika u normali dik ta’ 6 paragravi b’erbgħa versi kull

wieħed.”o “vers imbewwes”

Mistoqsija D

Kien hemm ħafna kandidati li wieġbu din il-mistoqsija tajjeb ħafna, madankolluma tawx tifsira sħiħa tar-rispett li kien hemm bejn il-missier u bintu. Kienhemm min kiteb biss li kien hemm rispett bejniethom u ma spjegax b’liemamod. Oħrajn ivvintaw sitwazzjonijiet varji. Fost it-tweġibiet żbaljati kienhemm:o “...għax tirrigwarda l-mewt ta’ xi ħadd li kien se jkun parti minn familja.”o “...għaliex għalkemm martu ma setgħax jkolla iżjed tfal xorta baqa jhobbha.”

(tagħrif ivvintat)

Hawn qegħdin nagħtu xi żbalji komuni u espressjonijiet ħżiena kif inkitbu minnxi kandidati:Immaġinazzjoni sfretterna (forsi minflok sfrenata?)Il-Sara (nom propju)Il-kruwilta (minflok il-kruha jew krudeltà?)Ma jinħaraqx (minflok ma jirrabjax?)“...jew tilef triqtu U HEKK...u TIPO tinsisti...”

Page 25: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

25

1.3.2 It-Tieni Karta A – Referenza għall-Kuntest (Proża)

IR-RAĠEL TAL-KLIEB

Mistoqsija A

Fl-ewwel mistoqsija, bosta kandidati kitbu taqsira tan-novella kollha, u mhuxtas-silta li kellhom fil-karta tal-eżami. Bosta kandidati ma waslux biex jagħtu l-ħsieb b’mod ċar u li jinftiehem, għalkemm kien hemm min kiteb fit-tul ħafna.Oħrajn waslu jagħmlu dan tajjeb ħafna tant li t-tweġibiet li taw kienu analitiċi ujuru sens ta’ riflessjoni u empatija mal-karattri. Spiss, diversi kandidati,irreferew għas-siltiet ta’ proża bħala “poeżija” jew li kitibha “poeta.” L-eżaminaturi nnutaw ukoll li dawk li kitbu fit-tul u taw taqsira tan-novellakollha għamlu ħafna użu tal-Ingliż biex ifissru ruħhom. Eż:o “...kellu jnaqqas l-amount ta’ klieb,”,o “...jimmissjaħħa...”,o “...ir-raġel id-devota ruħu [devoted himself] biex irabbi l-klieb”,o “...ikomplu jikomplanjaw”.

Mistoqsija B

Dawk il-kandidati li taw taqsira tan-novella kollha f’mistoqsija (a) rrepetewkważi kelma b’kelma dak li kienu diġà kitbu. Madankollu ma waslux biexiwieġbu x’kienet il-kawża tal-konflitti bejn ir-raġel u l-mara. Oħrajn wieġbutajjeb għall-mistoqsija u kienu konċiżi mingħajr wisq tul.

Mistoqsija Ċ

Kienu ħafna dawk il-kandidati li waslu jsibu similitudni mis-silta. Madankollukien hemm oħrajn li ma kellhomx idea x’inhi similitudni. Kien hemm ukollnumru ta’ kandidati li ma wieġbux din il-mistoqsija. Barra minn hekk, kienhemm xi wħud minn dawk li waslu jsibu similitudni li ma kienux kapaċijfissruha.

Mistoqsija D

Kienu bosta dawk l-kandidati li tħawdu f’din il-mistoqsija. Forsi ma setgħuxjifhmu l-fatt li r-raġel tal-klieb, lill-klieb kien ‘sikkithom u ma sikkithomx’ fl-istess waqt. Kien hemm ukoll kandidati li ħallew din il-mistoqsija mingħajrtweġiba.

Mistoqsija E

Fil-mistoqsija (e) ħafna studenti kitbu fuq ir-relazzjoni li kienet teżisti bejn ir-raġel u l-klieb (li kienu diġà weġbuha f’mistoqsija (ċ), u injoraw kompletamentir-relazzjoni bejn ir-raġel u l-mara. Madankollu kien hemm oħrajn li għarfujagħtu spjegazzjoni tajba ħafna għalxiex jaħsbu li s-silta għandha tagħmelsehem mit-tema IR-RISPETT FIL-FAMILJA.

Page 26: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

26

MISSIER U IBEN

Mistoqsija A

Kienu bosta li taw il-ħsieb tas-silta fi kliemhom u fid-dettall. Iżda ħafna wkollkienu dawk li ntilfu f’ħafna kliem billi taw taqsira tas-silta li sfortunatament makienitx twieġeb għal kollox il-mistoqsija. Kien hemm xi wħud li vvintaw il-postfejn kienet tinsab id-dar il-kbira u minflok l-Imdina qalu l-Imġarr jew li l-Baronċino Mark Antonin ma kienx jaħmel lil missieru għax kellu ideat antiki.Diversi kandidati kitbu li kien hemm rispett bejn il-missier u l-iben, immawaqfu hemm. Ma taw lanqas raġuni waħda jew eżempju wieħed kif intwera danir-rispett.

Mistoqsija B

Kienu bosta mill-kandidati li wieġbu din il-mistoqsija tajjeb ħafna. Madankollukien hemm numru mhux ħażin ta’ kandidati li għamlu enfasi fuq id-dar bħalabini, u injoraw ir-referenza metaforika li dik id-dar kienet tirreferi, jiġifieri għat-tip ta’ ħajja u għas-sistema fewdali li kien iħaddem il-missier.

Mistoqsija Ċ (i) u (ii)

Il-maġġoranza tal-kandidati wieġbu tajjeb għal din il-mistoqsija. Xi wħudsabuha diffiċli li jisiltu mis-silta frażijiet li juru x’tip ta’ relazzjoni xtaq il-missierli ibnu jkollu mal-bdiewa.

Mistoqsija D

Bosta kienu l-kandidati li wieġbu sew għal din il-mistoqsija u ħarġu s-sens ta’monumentali billi sostnew li d-dar kienet kbira, imma qisha l-ħajja mietet fihagħax qatt ma nbidel xejn. Madankollu kien hemm xi wħud li ma wieġbux għaldin il-mistoqsija jew inkella sostnew li kienet monument għax fiha miet il-missier u waqfu.

Mistoqsija E

Ħafna kandidati taw tweġiba tajba jew kważi tajba għal din il-mistoqsija.Madankollu kien hemm oħrajn li kitbu dwar ir-rispett li wera l-missier lejnibnu, imma injoraw kompletament ir-rispett tal-iben lejn missieru.

1.3.3 It-tieni karta A - Il-Komponiment Letterarju

Kummenti ġenerali: Fl-introduzzjoni, kien hemm xi kandidati li kitbu l-ismijiet tax-xogħlijiet li

kienu se jiktbu dwarhom matul il-komponiment letterarju, fejn suppost fl-introduzzjoni qatt m’għandek tikteb l-ismijiet tax-xogħlijiet letterarji immatagħti indikazzjoni dwar dak li biħsiebek tikteb dwaru biex lill-qarrej tistiednujkompli jaqra.

Page 27: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

27

Instabu komponimenti miktubin bis-sotto-titli jew għal kull biċċa xogħol bl-isem. Eż: Introduzzjoni, Analiżi tas-siltiet u Konklużjoni. F’xi ftit każijiet issemmiet il-metrika tal-poeżiji. (Eż. Din hija poeżija moderna

b’vers ħieles.) Xi kwotazzjonijiet ta’ aktar minn vers wieħed meħudin minn poeżiji ma

nkitbux taħt xulxin, iżda nkitbu fl-istess linja, daqslikieku sentenza. Ħafna kienu dawk li kitbu l-istorja fil-qosor milli l-kritika. Xi kandidati rreferew għall-awturi ta’ siltiet bħala poeti, għall-poeti bħala

kittieba, filwaqt li kien hemm każijiet fejn il-kandidati rreferew għall-awtur ta’silta bħala attur. Kien hemm min ħawwad it-tip ta’ xogħlijiet, bħal ngħidu aħna, poeżija

jsejħilha silta u silta jsejħilha poeżija jew poe-proża. F’ħafna mill-każijietlanqas biss kitbu x’kienu x-xogħlijiet. Mill-banda l-oħra kien hemm minlanqas biss kiteb l-isem tax-xogħlijiet fil-virgoletti, u aktar gravi, kien hemmmin kiteb fuq xi xogħlijiet partikolari mingħajr ma kiteb fuq liema xogħolletterarju qiegħed jikteb dwaru. Xi wħud taw l-isem ħażin tal-poeta jew tal-awtur jew ma semmew xejn. Mill-

banda l-oħra kien hemm min irrefera għall-poeta jew għall-awtur b’ismu biss. Nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat u rabta bejn paragrafu u ieħor.

TIFKIRIET

Xi kandidati semmew tifkiriet sbieħ u mhux tat-Tfulija Kien hemm xi studenti li m’għarfux jagħmlu d-differenza bejn il-poeżiji

“Tifkiriet ta’ Tfuliti”, “Mal-Ewwel Qtar” u “Żjara lil Ġesu`”. Xi kandidati ma fehmux sew il-mistoqsija u b’hekk kitbu fuq it-tifkiriet taż-

żgħożija u mhux tat-tfulija. Oħrajn qasmu l-komponiment letterarju f’żewġ kategoriji: Tifkiriet Pożittivi u

Tifkiriet Negattivi.

IL-VAPUR TAL-ART

Kien hemm ħafna kandidati li taw rendikont iddettaljat tat-tifkiriet li osservaKilin, minn lenti ta’ tifel ċkejken. Kien hemm min saħansitra kiteb dwar il-fantasija ta’ tifel żgħir li xtaq isir sewwieq tal-vapur tal-art u l-biża’ mir-reliġjonmeta wieħed ikun żgħir. Madankollu, kien hemm min ma studjax id-dettaljisew u għalhekk spiċċa ta tagħrif żbaljat jew ivvintat sew. Meta ssemmiet it-tixbiha tal-“bokka tal-infern li jsemmi Patri Ġużepp fil-prietki”, xi wħud biddlul-isem ta’ Patri Ġużepp ma’ Dun Franġisk , Patri Pawl jew mal-kappillan. Kienhemm min kiteb li kien Kilin li tah l-isem ta’ vapur tal-art, meta dan kienmagħruf mal-Maltin kollha b’dan l-isem. Uħud kitbu li l-ferrovija kienet tramm!Xi żbalji li nstabu kienu dawn:o “...li kien akkumpanjat maz-zijtu u ħabibtu...”o “...l-awtur joħodna għal vjaġġ fuq it-tramm...”o Iz-zija meqjusa bħala “nannti”.

Page 28: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

28

o “...u dak li beda jbigħ ‘it-tickets’...”o “...huwa telgħa sar-Rabat biex jixtru xi drapp għax zitu kienet tħit...” (Il-vjaġġ

ta’ Kilin beda mir-Rabat u spiċċa l-Belt Valletta.)

TIFKIRIET TA’ TFULITI

Ħafna kienu dawk li rreferew għal din il-poeżija bħala tifkira negattivaminħabba l-fatt li l-poeta kien nieqes mil-libertà. Mill-banda l-oħra, kien hemmmin iffoka l-iktar fuq it-tifkiriet koroh tal-fażijiet taż-żgħożija, l-irġulija u x-xjuħija. Żbalji partikolari li nkitbu kienu dawn:o “...f’bitha terra, x’imkienoGo San Giljan.” (Kwotazzjonijiet ħażina)o “...l-ħbieb li kellu kienu biss dawk li kienu joqgħodu fil-btieħi...”o “...il-holm kien mimli bil-monstri u affarijiet koroh li qatt ma seta jimmaġina.”o “...it-teknologija qieghda teqred l-innocenza tal-bniedem.” (Kwotazzjonijiet

ivvintati, li lanqas fil-kuntest tal-poeżija ma jagħmlu sens.)o “...Naraw meta l-poeta kien għadu naqra ta tifel jiftakar lill-ommu dejjem taħsel

u tnaddaf għarqana u hu kien ikun fil-ġnien...”o “...ajruplan tal-karti...” (Minflok vapur tal-karti)o “...tifel ċkejken kien għadu jgħix m’ommu u ma’ ħutu ġewwa dar f’ San Pawl

tat-tarġa...” (ħutu qatt ma jissemmew fil-poeżija u hu kien joqgħod SanĠiljan.)

ŻJARA LIL ĠESU’

Xi wħud taw rakkont tal-kriżi tal-fidi li għadda minnha Dun Karm, minflok masaħqu fuq it-tifkiriet ta’ tfulitu. Mill-banda l-oħra, kien hemm min semma bisslil ommu u ma semmiex l-għaqda tal-familja, iż-żmien li rċieva l-Ewkaristijagħall-ewwel darba u kif minn dak iż-żmien wera x-xewqa li jsir qassis. Xi żbaljikienu:o “...Hu tant kien iħobb lil ommu li xtaq “jorqod magħha...” (Din tista’ tiġi

interpretata ħażin!)oDun Karm għamel dan il-vjaġġ meta kien għadu żgħir.

MAL-EWWEL QTAR

Xi kandidati ħawdu din il-poeżija mal-poeżija “Żjara lil Ġesù”. Kien hemm minkiteb li l-ħsieb ta’ din il-poeżija huwa l-fatt li l-poeta hu ddispjaċut għall-qerdatan-natura għax meta kien żgħir kien igawdi n-natura u issa m’għadx fadalnatura madwarna. Każ partikolari kien li r-relazzjoni ta’ mħabba li ntemmetkienet il-mewt t’ommu. F’każijiet oħra ssemma kif permezz tal-ewwel xita, il-poeta kien jieħu gost imur iċafċaf fit-toroq. Xi interpretazzjonijiet oħra kienudawn:o “...fi żmien ta’ tfulitu kien iħobb jisma’ l-werżieq iżda issa li kieber u sar raġel

idejjqu dan il-ħoss...”o “...Filwaqt li jsemmi l-bebbux li joħroġ wara li kienet għamlet ix-xita...”o “...u saħansitra ukoll meta sar saċerdot...”o “...fl-ewwel tqarbina, meta bdielu l-ħsieb biex jitħol saċerdot u jiftakar fil-ħeġġa

li kienet ittih omm biex isir saċerdot...” (Idea mħawda mal-poeżija “Żjara lilĠesù”.)

Page 29: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

29

Xogħlijiet oħra li xi kandidati kitbu dwarhom kienu: il-poeżija “Niftakar”, is-silta“L-ewwel Darba li ltqajt magħha” u t-taħdita “Darba waħda għad-Dawl tal-Lampa”. Kien hemm min kiteb dwar il-poeżija “Demgħat tas-Silġ” li din tagħmelparti mit-tema “Ir-Rispett fil-Familja”.

KARATTRI

Xi kandidati qasmu l-komponiment letterarju f’żewġ kategoriji: Karattri Pożittiviu Karattri Negattivi.

MANANNI

Xi kandidati kitbu l-ħsieb tagħhom f’forma ta’ storja. Kien hemm min marriflettiex fuq il-karattru ta’ Mananni iżda fuq dak li kienet qed tagħmel. B’xortiħażina, ftit kienu jafu dwar ix-xogħol tal-bizzilla, billi ħafna kienu dawk liddeskrivew dan ix-xogħol bħala suf jew ganċ. Mill-banda l-oħra kien hemmmin kiteb li Mananni kienet xi seftura għand is-sinjuri. Xi żbalji li nstabukienu dawn:o “...Din il-poezija hija fuq Manna fija qed tidiskrivija fisikalment kif ukoll

mentalment...” (Minflok Mananni)o “...tħit is-suf...”o “...mara tħobb tagħmel iċ -ċombini...”o “...taħdem bħala seftura...”o “...taħdem ir-rakmu fuq iċ-ċombini...”o “...kienet tgħix waħedha u kienet tkun imdejqa ħafna...kienet tħobb tiekol

ħafna...”o “...Mananni kienet taħdem mas-sinjuri, tferragħlhom l-inbid, tlesti l-imwejjed u l-

ikel...”o “Ijja tħit biċċa drap kbira li aktar tard tbiha...”o “...taħdem il-ganċ...”

DAK IT-TARAĠ

Xi kandidati kitbu dwar l-istorja nnifisha u ma ffukawx fuq il-karattri. Kienhemm każijiet fejn irreferew għal Caroline u għal Fredu bħala żewġ namrati limarru joqogħdu flimkien. F’xi każijiet kien hemm min lanqas biss semma l-ismijiet tal-karattri ta’ din is-silta, iżda kiteb b’mod ġenerali. Kien hemm minħallat l-isem ta’ Caroline ma’ Rose, Rosie jew Maria; filwaqt li ħallat l-isem ta’Fredu ma’ Frans jew Mario. Kien hemm xi wħud li ffukaw biss fuq Caroline,meta setgħu jiktbu wkoll dwar ħafna karattri oħrajn.

MASS MEETING

Ħafna kandidati spjegaw sew id-differenza bejn dawn iż-żewġ karattri,madankollu kien hemm min kiteb l-istorja fil-qosor. Oħrajn ħalltu l-kunjomijiettal-karattri. Xi kummenti oħra li nstabu kienu:o “...it-tabib Gatt...” (Sar taħlit ta’ karattri: it-tabib Grima u l-avukat Gatt.)o “...jibda jkun mat-tabib Grima biex ifottilu karriera...”

Page 30: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

30

o “Mass Media” minflok “Mass Meeting”.o Inkiteb l-avukat Grech minflok l-avukat Gatt.

IL-ĠLIEDA

Kien hemm ħafna kandidati li rrakkuntaw l-istorja minflok ma ffukaw fuq il-karattri. Oħrajn spjegaw sew il-karattri, madankollu oħrajn ma semmewx il-karattri tas-Sur Zammit, ta’ Xandru u ta’ Karmni. Kien hemm min ma fehemxsew is-silta u għalhekk ivvinta xi ismijiet jew tagħrif. Fost xi frażijiet li nkitbukien hemm:o “Bdew jiġġieldu bil-lasti ta’ l-ixkupi...”oGerit ingħatat l-isem ta’ Ġina.o Is-Sur Pawl Zammit ingħata l-isem “Sur Anthonin” u n-negozjant taż-żebgħa

ġie msejjaħ“...taħdem mal-bajjad...”o “Ċikka kienet tbieħ iż-żebgħa...”

Xogħlijiet oħra li xi kandidati kitbu dwarhom kienu l-poeżija “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” u s-silta “Ir-Raġel tal-Klieb” li jagħmlu parti mit-tema “Ir-Rispett fil-Familja” u mhux “Karattri”.

PROTESTA

Fl-introduzzjoni u fil-konklużjoni, xi kandidati kitbu biss dwar il-protestakontra n-natura. Kien hemm kandidati oħrajn li ma fehmux sewwa l-mistoqsijau għalhekk kien hemm min kiteb dwar il-qerda tan-natura biss, u kien hemmoħrajn li kitbu dwar protesti soċjali u nazzjonali, filwaqt li ħallew barra l-aspetttal-protesta kontra l-qerda tan-natura. Xi kandidati oħra li ħawdu l-poe-proża“Iż-żabra” mal-poeżija “San Niklaw”, filwaqt li kien hemm min ħawwad il-poe-proża “Tradiment” mal-poe-proża “Iż-żabra”. Minħabba l-fatt li l-kandidatisetgħu jiktbu fuq ix-xogħlijiet letterarji kollha, kien hemm min kiteb fuq it-tmien xogħlijiet u b’hekk ma spjegax sew kull xogħol letterarju.

IR-RIBELLI

Kien hemm ħafna kandidati li kitbu l-istorja fil-qosor, minflok ikkummentawfuq x’tip ta’ protesti hemm f’din is-silta. Oħrajn semmew sitwazzjonijiet lijinsabu fil-ktieb iżda mhux fis-silta, waqt li xi wħud ivvintaw u żbaljaw fuq ċertiaspetti. Saħansitra kien hemm min kiteb li wara xi żmien li telqu, Jumi marjara lill-ġenituri tiegħu u kulħadd laqgħu bil-ferħ. Xi żbalji li nstabu kienudawn:o “Ommha għall-ewwel tipprova tistorha iżda r-raħlin malajr indunaw...” (Omm

Petriga ma ssemmietx fis-silta.)o “...sfortunatament, Petriga tilfet it-tarbija...in-nies ħaduha kontriha li t-tarbija

mietet...”o “...Jumi u Petriga ħarbu u ma baqgħux jgħixu f’San Niklaw...” (minflok f’San

Rokku)o “...nintaqu ma Petriga li kienet tfajla li inqabdet tqila bit-tarbija ta Gilorm...”

(ma tissemmiex fis-silta)o “...huwa jeħodna f’Ħal Muxi...” (minflok f’San Rokku)

Page 31: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

31

o “...Issa li telqet, ma tistax terġa’ tmur lura għax żgur ma jdurux biha. Iżda huseta jmur lura meta ried.” (Fl-ebda parti mis-silta ma jintqal dan.)o “...jaċċettaw lil Jumi wara ħafna drabi li ħarab ma’ tfajliet...”o “...Petriga kienet prostituta...”o “...ħadd ma waqqaf lit-tfal isawtu lill-prostituta...”o “...u marret toqgħod ġo vilaġġ ġdid...” (Petriga marret toqgħod f’belt.)o “...l-familja tagħha kienu ħaduha bi kbira ħafna...” (Il-familja ta’ Petriga ma

tissemmiex fis-silta.)o “...spiċċat abbużata waqt burdell fil-karnival...” (Il-kelma burdell ma tissemma

fl-ebda kuntest.)

ĦITAN TAS-SEJJIEĦ

Xi żbalji komuni marbutin ma’ din il-poeżija kienu li xi kandidati fehmu li l-invenzjoni tal-konkrit qed tieħu post il-ħitan tas-sejjieħ u mhux l-użu tal-ġeblaMaltija u x-xogħol manwali li jista’ jsir fuqha. Kien hemm min interpreta l-aħħar strofa tal-poeżija bħala qabar, fejn hemm wieħed isib il-mistrieħ. Żbaljipartikolari li nkitbu kienu dawn:o “Huwa jrid ifisser li l-ġebla Maltija qiegħda tonqos, bħal ħdura fil-gżejjer Maltin,

l-oppost tal-bini, li qiegħed dejjem jiżdied matul iż-żmien.”

Il-kandidat ifaħħar il-ħitan tas-sejjieħ u mhux il-ġebla Maltija.o “għax qed inwaqqgħu l-ħitan biex jinbena l-konkrit.”o “...l-qabar fejn nistrieħu għal ħajja ta’ dejjem huma fil-fatt magħmulin mil-ġebla

Maltija...”

JUM IR-REBĦ

Instabu ħafna żbalji meta semmew din il-poeżija. Kien hemm min ma kienx jafeżatt fejn kienu lagħbu, kontra min lagħbu u jekk lagħbux il-Maltin jew l-Ingliżi. Ħafna kienu dawk li ħawdu lil Mikiel Anton Vassalli ma’ persuni oħrajew tawh titlu reliġjuż. Minbarra dan il-fatt, kien hemm min ħaseb li ssemmaMikiel Anton Vassalli minħabba l-ilsien Malti, fejn propjament issemmaminħabba l-fatt li Vassalli tħabat biex il-Maltin ikunu stmati u jkollhom rajhomf’idejhom. Biex inżidu ma’ dan, kien hemm oħrajn li ħasbu li permezz ta’ dan l-att patrijottiku, il-Maltin kisbu l-Indipendenza. Xi żbalji kienu:o “Dak in-nhar qam Vassalli mill-qabar u straħ...”o “Il-Poeżija titkellem fuq logħoba ta’ “football” bejn l-Ingliżi u l-Maltin.”o “...naraw il-qawmien mill-mewt ta’ Mikiel Anton Vassalli...”o “...wara li rebħu logħba futbol kontra l-Hajduks...” (Il-Maltin kienu tilfu f’din il-

logħba.)o “...peres li aħna il-Maltin konna għadna taħt kolonna Ingliża...” (minflok li

konna kolonja Ingliża)o Skont kandidat/a, peress li l-Maltin ipprotestaw irnexxielhom jiksbu l-

Indipendenza.o “dwar il-logħoba l’ntabet fi 25 Marzu kontra l-Greċja...” (Il-Maltin lagħbu

kontra l-Jugoslavi.)o “...l-Maltin ipprotestaw fl-istadium ta’ Ta’ Qali...” (minflok f’Tal-Gżira)o “Briffa jsemmi wkoll lil Dun Mikiel Anton Vassalli...” (Tah titlu ġdid!)o “...l-Innu Malti ma daqghitx peress illi kienet nieqsa l-banda...”

Page 32: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

32

o Xi kandidati minflok Mikiel Anton Vassalli kitbu Ġan Anton Vassalli.o “...il-logħba ntlagħbet bejn il-Jugoslavi u l-Ingliżi...” (Il-Maltin kienu lagħbu

mhux l-Ingliżi.)o “...jagħlaq billi jsemmi lil Dun Mikiel Xerri...” (minflok lil Mikiel Anton Vassalli)

IŻ-ŻABRA

Kien hemm xi kandidati li ħawdu din il-poe-proża mal-poe-proża “Tradiment”jew mal-poeżija “San Niklaw”. Xi interpretazzjonijiet kienu dawn:o “...is-siġra ma tista’ tgħid xejn għax ġew iqaxxruha...”o “...meta waqqgħu lil din is-siġra, kollox inbidel. Ma baqgħux imorru n-namrati

taħtha jinnamraw, u l-għasafar telqu bla ma riedu.” (Ma jissemmewx namratif’din il-poe-proża.)

TRADIMENT

Ma tantx kien hemm min żbalja f’din il-poe-proża, biss xi żbalji li nstabu kienudawn:o “...hemm referenza bibblika fil-parabbola taz-zerriegħa...”o “...naraw kif il-poplu jitradixxi lir-reliġjon. Naraw kif il-poplu huwa kattolikuo “...imma kemm veru huma kattoliki fil-ħajja prattika” (Ma semmiex il-qerda

tan-natura.)o “Il-poeta jipprotesta lejn il-mod kif Juda tratta lil Ġesu.”

SAN NIKLAW

Kien hemm min ma semmiex min ġie affettwat minn din il-qerda ambjentali. Xiwħud użaw il-kelma “nagħaġ” minflok “mogħoż”. Xi interpretazzjonijiet oħrakienu dawn:o “...minflok imbniet villa tal-irham...”o “...Iżda f’daqqa waħda jiġu erba’ pirati u jkissru u jwaqqgħu din il-kappella

antika u storika...” (L-erba’ pirati jissemmew fil-poe-proża “Iż-Żabra”.)

MALTA ĠENNA TAL-ART

Ħafna kienu dawk li kkritikaw dan ix-xogħol b’mod tajjeb, madankollu kienhemm min irrepeta għal ma nafx kemm-il darba l-użu tal-ironija u s-sarkażmu.Xi interpretazzjonijiet oħra kienu dawn:o “...min jista’ jisħet Malta...m’hix tassew Ġenna tal-Art?” (Skont il-kandidat/a,

din kienet kwotazzjoni.)o “...il-poeta jinkazza dwar il-mod kif il-Maltin jittrataw l-Art ħanina tagħna...”

(Kitba mhix adattata.)

Xogħlijiet oħra li xi kandidati kitbu dwarhom kienu l-poeżiji “L-Għajn fil-Misraħ”, “Qasba” u “Rewwixta”; u s-silta “Il-Mandraġġ” (Dawn huma kollhaxogħlijiet letterarji minn temi oħrajn.)

Page 33: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

33

ĠRAJJA U IDENTITÀ

Ma kienx hemm wisq kandidati li wieġbu dan il-komponiment letterarju.Minħabba l-fatt li l-kandidati setgħu jiktbu kważi fuq ix-xogħlijiet letterarjikollha, kien hemm min kiteb fuq it-tmien xogħlijiet u b’hekk ma spjegax sewkull xogħol letterarju. Kien hemm min ħallat il-poeżija “Rewwixta” mas-silta“Taħt in-Nar”, filwaqt li kien hemm min ħallat il-poeżija “Jum ir-Rebħ” mal-poeżija “Il-Għanja tar-Rebħa”.

IL-FIDWA TAL-GŻEJJER

Xi kandidati kitbu l-ħsieb tagħhom f’forma ta’ storja. Kien hemm min ma kienxjaf eżatt kemm kellhom jiġbru flus biex jifdu lil Malta. Saħansitra kien hemmmin ivvinta dwar Monroi u x’sar minnu. Xi żbalji li nstabu kienu dawn:o “...b’sens ta’ protesta l-Maltin qatlu lill-fewdatur li kien qed jirrenja dak iż-

żmien...” (Monroi ma nqatilx.)o “...biex Malta jkollha il-liberta ridna nħalsu ‘tletin mitt fjorin’...” (minflok tletin

elf fjorin)o “Monroi gibt Malta għall-30,000 flus għall liberta ta’ Malta. Imma l-Maltin ma

ħabbux l-Monroi għax kien taċ-ċajt...” (Ma tagħmilx sens.)o “Ir-Re ma tantx kien jistmahom tajjeb għalhekk iddeċidew li jniżżluh...” (Il-

Maltin ma ridux lil Monroi.)o “...meta Malta kien taħt il-ħakkiema, il-Franċiżi...ir-Re Alfonso ta’ Aragona ġie

biex isalva l-poplu Malti...” (Il-Franċiżi ġew wara l-ħakma Spanjola.)

F’ĦAĠAR QIM

Ftit kienu dawk li semmew din il-poeżija. Madankollu kien hemm min żbaljadwar ir-reliġjon li kien ipprattikat f’dak iż-żmien. Kummenti oħrajn kienu:o “Ġorġ Pisani qed jikompari kif it-tempji kienu veru sbieħ u issa ma baqa xejn

storiku bħal dan f’pajjiżna u kif qed ineħħu kollox minflokk inħalluhom hemm unaprezawhom.” (Ma tagħmilx sens u ma taqbilx mal-kuntest tal-poeżija.)o “...kienu lesti jissagrifiċċjaw ix-xebbiet sabiex Alla jeħlishom mill-għedewwa...”

IL-GĦANJA TAR-REBĦA

Ħafna kandidati spjegaw tajjeb il-kuraġġ tal-Maltin u kif din ir-rebħa swiet ankiminħabba l-fidi nisranija. Madankollu kien hemm min fixkel id-data tal-Assedju u oħrajn ma kinux jafu kontra min iġġieldu l-Maltin. Xi kummenti linstabu kienu:o “...naraw lil Malta li kienet qed tiġġieled kontra l-kavallieri...” (minflok kontra t-

Torok)o “Din il-poeżija hija dwar l-Assedju l-Kbir fl-1545...” (L-Assedju l-Kbir seħħ fl-

1565.)

REWWIXTA

Ftit kienu dawk li semmew din il-poeżija. Kumment partikolari li nstab kien:

Page 34: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

34

o “...naraw il-Maltin flimkien mal-Ingliżi jiġġieldu kontra t-Torok...” (Ma jafx/tafxeżattament l-istorja ta’ pajjiżna)

TAĦT IN-NAR

Ħafna kienu dawk li spjegaw tajjeb din is-silta, fejn iffukaw fuq il-qlubija tal-Maltin u fuq l-importanza tal-fidi. Minkejja dan, kumment partikolari kien dan:o “...waħda mill-ġrajjiet importanti hija dik tal-ewwel gwerra dinjija...” (L-awtur

qed jikteb dwar it-tieni gwerra dinjija.)

Xogħlijiet oħra li xi kandidati kitbu dwarhom kienu “Niftakar” u “L-Għajn fil-Misraħ”, is-silta “Il-Vapur tal-Art” u l-kitba “Malta Ġenna tal-Art” li huma kollhaminn temi oħrajn. Kien hemm min kiteb dwar “Il-Mandraġġ” li ma kellhiextiddaħħal f’dan il-komponiment letterarju.

1.4.1 It-tieni karta B – Referenza għall-Kuntest (Poeżija)

LULLABY- (LIL YEVGENY)

Mistoqsija A

Il-livell tat-tweġiba għal din il-mistoqsija kien ġeneralment fqir. Mit-tweġibiet lingħataw, ftit kienu l-kandidati li taw kas kemm għandha marki kull mistoqsijau għalhekk bħall-mistoqsijiet A li kellha marki mhux ħażin, weġbuha f’sentenzajew tnejn. Kien hemm bosta kandidati li ma kienux jafu x’qegħdin jiktbu.Oħrajn minflok li taw il-ħsieb taw rakkont. Mhemmx xi ngħidu, oħrajn tawinterpretazzjonijiet ħżiena bħal:o “Mario Attard ma kienx iħobb lil bintu” (Mario Attard minflok Mario Azzopardi

u bintu minflok lil ibnu)o “Jitfi d-dawl għax ried lil ibnu jorqod”

Mistoqsija B

Dwar mistoqsija B, hu ċar li ħafna kandidati ma fehmux il-metafora “jekk xidarba l-ass imiss lilek”. Xi kandidati ma fehmux xi tfisser il-kelma “l-ass” uħawduha ma’ għażżien. Eż:o “Il-poeta jrid ifisser li jekk xi darba t-tifel tiegħu jkun iħossu għażżien ma

jippretendix li jiġi għall-għajnuna tiegħu...”o “...qiegħed jgħidlu biex l-ass idur fuqu u jitgħażżen kemm jiflaħ waqt li qiegħed

jorqod...”o “Il-poeta jgħidlu li waqt il-ħin tax-xogħol trid taħdem u tistinka mhux tħalli l-ħin

għaddej.”

Mistoqsija Ċ i u ii

Kien hemm xi kandidati li resqu qrib biex ifissru li “Noħolmok imdawwar bin-narċis tal-wied” kienet metafora. Imma kienu bosta kandidati li ħallew din il-mistoqsija barra. Għal dak li hu effett li qed tħalli din il-metafora ftit kienu dak

Page 35: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

35

li waslu biex jgħidu li għax jixtieqlu ħafna ġid. Iżda l-maġġoranza tal-kandidatiħallew din il-parti tal-mistoqsija mhiex imwieġa.

Mistoqsija D

Mit-tweġibiet li taw il-kandidati jidher ċar li l-kandidati ftit kienu ppreparatigħaliha. Ħafna għażlu li ma jweġbuxhiex u għalhekk tilfu l- marki kollha,filwaqt li oħrajn lanqas kellhom l-iċken idea ta’ x’inhi l-metrika. Fost it-tweġibietżbaljati kien hemm:o “Il-metrika hija nostalġija u turina li l-poeta jirrispetta lit-tifel u sens ta’

interess.”o “...metrika ta’ empatija...”o “...il-metrika ta’ din il-poeżija hija li kull ġenitur għandu jgħożż u jirrispetta lil

uliedu...”o “...il-metrika hja qisha forma ta’ diska imma ta’ ftuħ il-qalb...”

Mistoqsija E

Għal din il-mistoqsija kien hemm numru ta’ kandidati li waslu jgħidu li tagħmelsehem mit-tema Rispett fil-familja għaliex hi poeżija dwar relazzjoni ta’ missierlejn ibnu, iżda waqfu hemm. Sfortunatament ma fetħux aktar. Kien hemmukoll minn ħalla din il-mistoqsija mhux imwieġba.

MUR ORQOD BINTI

Mistoqsija A

Il-maġġoranza tal-kandidati għażlu “Mur Orqod Binti”. Kien hemm ħafnatweġibiet tajba għall-ħsieb tal-poeżija għalkemm xi kandidati, minkejja li fil-mistoqsija kien hemm miktub biex jiktbu fil-qosor, qagħdu jfissru kull strofa ugħalhekk bosta minnhom kitbu fit-tul wisq. Ftit kienu dawk li waslu biexjidentifikaw il-poeżija bħala eleġija minbnija fil-forma ta’ djalogu bejn missier ubint.

Mistoqsija B

Dwar mistoqsija B, il-mistoqsija għall-metrika li jħaddem il-poeta f’din il-poeżija, xi kandidati wrew li lanqas jafu t-termini bażiċi bħal vers, strofa, rima,sillaba. Oħrajn għandhom idea vaga dwar dan. Xi tweġibiet żbaljati:o “...metrika ta’ trasport...”o “...il-metrika qiegħda turi li l-injoranza mhawnx isbaħ minnha. Hija poeżija

moderna...”o “Il-metrika ta’ din il-poeżija qeda fil-passat imma qeda miktuba li int tara li

qijad kliem indirett.”.o “...versi mbewsa kwadrilitteri...”o “...il-metrika li jaħdem huwa kif jirranġa ftit mill-biċċiet tal-istorja biex imbagħad

tagħmel aktar sens.”o “...il-metrika huwa ta’ niket u dispjaċir...”

Page 36: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

36

o “...din il-poeżija għandha rima alternata abcb u kull paragrafu huwa kwartinab’erba’ strofi.”o “Il-metrika hija ta’ sitt versi u erba’ u għoxrin strofa.”o “...versi kwarantini...”o “...il-poeta kiteb versi bejn il-bint u l-missier.”o “Il-metrika ta’ din il-poeżija hija daqqa jitkellem il-missier u daqqa t-tifla.”o “Il-metrika tal-poeżija hija rima.”o “Il-metrika ta’ metru mħallat.”o “Il-metrika li jħaddem il-poeta hi ta’ metru mħallat.”

Mistoqsija Ċ i u ii

Kienu bosta kandidati li wieġbu tajjeb dwar il-karattru poeta-kittieb. Kienhemm min ta’ spjegazzjoni dettaljata dwar dan. Dan japplika wkoll dwar il-karattru tal-bint.

Mistoqsija D i u ii

Kien hemm kandidati li wieġbu tajjeb għall-mistoqsija D (i) dwar x’tip ta’ rispettnaraw mill-missier lejn bintu. Madankollu kien hemm ukoll kandidati li mawieġbux din il-mistoqsija. Kien hemm ukoll minn ma wieġibx mistoqsija D (ii).Hija ħasra meta tara li l-mistoqsijiet kienu tant diretti u xorta ħafna mill-kandidati ma ttantawx xortihom iwieġbu din il-mistoqsija.

1.4.2 It-Tieni Karta B – Referenza għall-Kuntest (Proża)

IR-RAĠEL TAL-KLIEB

Mistoqsija A

Kien hemm bosta kandidati li wieġbu tajjeb għal din il-mistoqsija tant li seħquli wara snin ta’ żwieġ mingħajr tfal, id-dar kienet tinħass vojta. Spiss ir-raġel ul-mara kienu jitlewmu fuq ix-xejn, u jwaħħlu f’xulxin min minnhom beda. Iżdadarba waħda l-mara mardet u mietet. Madankollu kien hemm kandidati linaqqsu li jagħtu l-ħsieb u taw rakkont fit-tul tal-istorja.

Mistoqsija B

Għadd ta’ kandidati li kienu diġà kitbu x’ġara wara l -mewt tal-mara, jewirrepetew dak li qalu f’mistoqsija A jew m’għamluhiex.

Mistoqsija Ċ

Dwar il-mistoqsija Ċ, fejn il-kandidati ntalbu jiddeskrivu r-relazzjoni li kienetteżisti bejn ir-raġel u l-klieb, jidher ċar li ħafna kandidati ma qrawx il-mistoqsija sew u għalhekk ma nnotawx x’intalab minnhom. Fost it-tweġibiet lijuri dan insibu:o “Ir-relazzjoni ta’ bejniethom kienet nuqqas ta’ komunikazzjoni u mħabba...”o “Il-klieb meta il-mara kienet fis-sodda ħassu iktar komdu mar-raġel.”

Page 37: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

37

Xi kandidati kitbu fuq ir-relazzjoni raġel-mara flok raġel-klieb. Xi tweġibietżbaljati:o “...ir-raġel kellu joqgħod biha għax issa kienu miżżewġin .”o “Ir-relazzjoni ta bejniethom kienet waħda li tnejn qatt ma jaqblu u dejjem

jieġieldu ma’ xulxin”

Mistoqsija D

Dwar mistoqsija D, hu ċar li ħafna kandidati la semgħu bil-verb “tmasħnet” ulanqas kienu kapaċi jifhmu t-tifsira tal-verb mill-kuntest. Tant hu hekk li xikandidati fehmu bil-maqlub:o “Hawnekk qed jgħid li marret izzijel bih u tara x’rid aktar...”o “Meta jgħid li l-mara “tmasħnet miegħu” qed jgħid li l-mara kienet tħobb lir-raġel

tagħha u kienet tipprova tirrguna miegħu imma xi kultant kien wisq ghaliha...”o “L-effett li jinħoloq meta tmasħnet miegħu juri li kienet qed turieh li tħobbu”

Kien hemm kandidati li lanqas taw kas il-kelma effett u ħawduha mal-figuri tat-taħdit: Min semma “metafora” u min “personifikazzjoni.”

Kien hemm kandidati li ma fehmux is-silta u taw tweġibiet bla sens:o “..il-mara pprovat timsaħ il-ħtija fuqu.”o “...tħokk miegħu resqet lejh.”o “...li l-mara ma kinitx tkellmu.”o “...martu bdiet tipprova iddawwarlu rasu imma ma rnexxiliex...”

Mistoqsija E

Dwar mistoqsija E, ftit kienu l-kandidati li wieġbu tajjeb għax injoraw għalkollox ir-rispett bejn ir-raġel u martu u kitbu biss fuq ir-relazzjoni raġel-klieb.

MISSIER U IBEN

Relattivament ftit kienu l-kandidati li għażlu “Missier u Iben”. Ftit kienu l-kandidati li marru tajjeb għax ma kienx hemm impenn fit-tweġibiet li taw.

Mistoqsija A

Tweġibiet qosra u ħafna drabi ma jagħmlux sens minħabba nuqqas ta’sekwenza fl-ideat.

Mistoqsija B

Bosta kandidati ma waslux jagħtu l-effett tas-sentenza “Din id-dar nobgħodhama kontx, imma nħobbha lanqas”. Ma waslux biex juru lill-eżaminaturi li l-Baronċino Mark Antonin kien indifferenti lejn it-tradizzjonijiet tal-familja u riedjibdilhom. Imma fl-istess ħin kien iħoss li dik id-dar u l-familja huma partiminnu.

Page 38: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

38

Mistoqsija Ċ

Kien hemm xi kandidati li waslu jgħidu li għal dak li jgħid il-Baronċino MarkAntonin b’“ħajra u ħeġġa għal dan ix-xogħol ftit li xejn kelli”, Mark Antonin makienx jaqbel mal-mod kif imexxi l-artijiet tiegħu missieru. Imma ladarba danxtaqu jmur idur lill-bdiewa, obdieh. Imma ma kinitx ħaġa li jieħu pjaċirjagħmilha. Madankollu kien hemm ħafna aktar kandidati li ma waslux għaldan u oħrajn ħallew din il-mistoqsija mingħajr ma wieġbuha.

Mistoqsija D

Kien hemm xi kandidati li waslu jgħidu għaliex din is-silta għandha tagħmelsehem mit-tema Ir-rispett fil-familja. Imma sfortunatament kienu aktar dawk il-kandidati li ħallew din il-mistoqsija mingħajr tweġiba.

1.4.3 It-tieni karta B - Il-Komponiment Letterarju

IL-PROTESTA

Il-kandidati kellhom juru li meta persuna tgħaddi minn episodji ta’ niket, ikundiffiċli għaliha biex tiftakar f’episodji ta’ ferħ. Minkejja li ħafna kandidati kienujafu sew il-poeżiji “Niftakar”, “Żjara lil Ġesu’’, “Tifkiriet ta’ Tfuliti” u “L-Għajn fil-Misraħ”, ma rnexxilhomx joħorġu biżżejjed kif il-poeti sabuha diffiċli jiftakru fit-tifkiriet sbieħ li kellhom fl-imgħoddi għax ħafna kandidati ppreferew jipproduċul-ħsieb sħiħ ta’ kull poeżija, bla ebda rabta mal-mistoqsija.

Kien hemm kandidati li għal din il-mistoqsija għażlu b’mod żbaljat is-siltiet “Il-Vapur ta’l-Art” u “Malta Ġenna ta’l-Art”.

Xi tweġibiet żbaljati:o “...meta tkun mimli emozzjonijiet u jkellek bżonn tikklerja moħħok tmur mixja

waħdek...”o “Iżda issa mar ġol-misraħ ta’ din l-għajn u ra xejn. Wara l-vit jmur fid-dar ħadd

jmur għall-għajn...”o “Hu qed jiftakar il-memories tiegħu meta kienet hemm. Il-funneral kien tad-

dwejjaq u kien mhux ferħan ftit. Il-poeta jrid li qed ikun miegħha.”o “Il-poeżija qieghed fiż-zewġ parti; l-ewwel parti l-poeta qed jiftakar iż-żwieġ

tiegħu mal-mara. Kellhom żewġa sabiħa, b’ħafna nies, kien hemm kejk sabiħ”o “Fil-pjazza dan il-għajn kien iggib ħafna nies ħdejha speċjalment in-nies tal-

iskola. Wara dan bdew jidħlu ħafna viti fid-dar u fil-blok t’appartamenti u flat.”

KARATTRI

Minkejja li l-mistoqsija kienet ċara ħafna, il-kandidati mhux kollha kitbu dwarx’għoġobhom jew ma għoġobhomx fiż-żewġ karattri li għażlu. Xi kandidati tantsemmew karattri li ma kienx ċar liema kien dak il-karattru li għoġobhom u dakli ma għoġobhomx. Bla dubju din il-mistoqsija kienet iżjed popolari minn diktat-tema Tifkiriet.

Page 39: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

39

Xi karattri kitbu tajjeb dwar Mananni, Xandru, Caroline jew it-Tabib Grima, kifukoll dwar Ċikka, Gerit u l-Avukat Gatt.

Imma għadd ta’ kandidati la rnexxielhom jiftakru l-isem eżatt tal-poeżija jewsilta ta’ proża u lanqas l-isem tal-poeta jew prożatur. Xi eżempji skorretti:o “...il-poe-proza Manni ta’ Guże’ Aquilina...”o “Ray Mahony fil-poeżija “Tifkiriet ta’ Tfuliti...”o “...is-silta ta’ proża Mananni ta’ Azzoppardi...”o “...fil-poeżija Mannini...”o “Mass Media ta’ L spiteri...”

Xi tweġibiet żbaljati :o “Dawn (it-tabib u l-avukat) kienu jiltaqgħu fil-parlament u anke fil-mass

meeting. Dawn dejjem riedu li tgħaddi tagħhom. Wieħed kien jaqbel ma naħħau l-ieħor ma naħa oħra”o “Fost il-karattri nsibu lil Manni – din hi karattru tal-qedem fej narawa taħdem ċ-

ċombini fil-bitħa tagħha...”o “...l-imħabba ma komplietx għax Frans kien iħobb lil Rosie fiżikament u mhux

għanki lil ġisimha...”o “Il-karattru ta’ Ċikka ma tantx jogħġobni iżda ta’ Gerit iva, għax uriet li kellha

qalbha mhux ħażina għall-aħħar, meta tat daqqa lil Ċikka”.o “Iżda darba saret il-mass meeting fil-pjazza tar-raħal fejn malli l-avukat teghla

biex jajd tieghhu il-folla qamet tajat fejn dak il-ħin it-tabib ma kellux ċans tarebħa malli sema l-proposti tal-avukat, it-tabib ħassu ħażin beża’ li se jaqawiċċu art qudiem in-nies”.o “Waqt li kienet qed taħdem il-bizzilla tagħha ftakret fl-ikel bnin u magħżul li se

jitqieghed fuqha min nies sinjuri. Il-karattru m’għoġobnix għax dawk it -tvalji likienet taħdem kienet dejjem itijhom lis-sinjuri...”o “...l-avukat Gatt li rnexxielu jaħrab lit-tabib Callus fit-tiġrija letterarja...”o “L-avukat Gatt ried li jkun hemm mass meeting biex imur żberġ. Imma minflokk

kliem it-tabib Grima nieżel tajjeb mal-politikant.”o “ (Caroline) tixtri planni biex b’hekk il-flatt jibda jiġi qajl qajl al argotti...”o “L-avukat jipprova jixkoraġġi lil politikant. Oħra jinqeda bil-gideb basta jasal...”o “ Wist Born naraw nuqqas ta Ċikka fejn din tat daqqa ta karrrcura lil Gerit...”o “Din il-persuna jirrappreżenta dawk kolla li huma persuni korrapti minħabba l-

ħajja u puter li hi tista tagħti. Dan id-duttur kien qed jippova tuża lil xi ħaddiżgħar minnu għall-intriġġi tiegħu.”o “Din il-mara (Mananni) tkun xiħa, li toqgħod bilqiegħda taħt id-dawl barra d-dar

tagħha kull filgħaxija tirrakkonta stejjer lin-neputijiet tagħha.”o “L-avukat Gatt kien jagħmel isem ħażin dell ikrah kull min jipprova joħroġ għall-

politika fuq id-distrett tiegħu...”

IL-PROTESTA

Il-mistoqsija kienet ċara ħafna. Il-kandidati mhux suppost kellhom fejnjitfixklu. Kellhom juru kif tassew il-poeti/kittieba tant iħobbu l-ambjent li metajarawh jinqered jipprotestaw. Kellhom jiktbu fuq protesta amjentali. Xikandidati nkludew “Jum Ir-Rebħ” ,”Ir-Ribelli” , “Mass Meeting” u “Il-Ġlieda”.

Page 40: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

40

Ħafna kienu l-kandidati li għażlu l-poeżiji “Tradiment”, “San Niklaw”, “Ħitantas-Sejjieħ” u “Iż-Żabra” u taw tweġibiet aċċettabbli.

Bħas-soltu xi kandidati vvintaw ismijiet ta’ poeżiji għax ma ftakrux sew l-isemtal-poeżiji jew l-isem tal-poeti/kittieba. Eż:o “...fil-poeżija Pirati...”o “Ħitan tal-Konkit...”o “San Niklaw ta’ W Born...”o “Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Gorg Borg...”o “Iż-Żabra ta’ Ebejer...”o “...il-poeżija Mass Meeting...”

Xi tweġibiet żbaljati dwar San Niklaw :o “San Niklaw kienet knisja sabiħa u interessanti, l-kappella ta’ San Niklaw kien

iħobba l-knisja u ma jixtiqilhiex id-deni , li darba waħda ġie raġel għand il-kappella u qallu jixtieq jagħmilha villa mhux knisja.”o “...fil-wied ta’ San Niklaw tiġri tempesta ta’ dmija għax flok il-wied tinbena

villa...”o “...issa in-namrati u n-nagħaġ jkollhom ibaħħru minn dan il-post għax se

tinbena dar kbira li se twaqqa l-kappella u tatti l-hdura kollha ta’ madwara.”o “...il-villa ħadet il -post naturali Malti u li n-nies stagbu għaliha iżda ma rawx il-

konsegwenzi.”o “...fil-poeżija San Niklaw, Joe Friggieri dan ir-raġel jibda jajdilna fuq kappella

zgħira li hu kien jinnamra taħtha u kien jieħu pjaċir biha hemmekk immaf’daqqa waħda ġew it-trakkijiet u din il-kappella ha jwaqqawa.”

Xi tweġibiet oħra żbaljati:o “Briffa jemmen li l-ħolm ta’ Vassalli fl-aħħar se jitla s-sema...”o “Is-siġra ma tista tagħmel xejn għalhekk ikollha toqod u issa ż-żabra bdiet tmut

bil-mod il-mod...”o “Il-poeta jipprotesta kontra it-tkissir tas-siġra li kien hemm fil-misraħ mil-

kavallieri. Dawn isserrawa brutalment u ġabuha f’mitt biċċa.”o “Waħda mis-siltiet tat-tema l-protesta hija “Ir-Ribelli” meta ntlabet logħba futbol

fiż-żmien l-Ingliżi dakinhar ħarġu l-ewwel darba l-innu Malti.”o “...bdew ikantaw l-innijiet tal-hxieg nazzjonijiet. Kif waslu biex idoqqu l-innu

Malti bdew idoqqu l-innu Franċiż.”o “...il-bini eċċessiv li qed jinbena u li qigħed jiddomina l-qasam ta’l-isbuħija.”o “...poeżija oħra Mass Meeting insibu li kien hemm meeting bejn in-nies ta’ l-

Ewropa kollha ħalli jibdew jsiru jafu lil xulxin u jibdew jitkellmu qishom familjawaħda.”

ĠRAJJA U IDENTITÀ

Għalkemm il-mistoqsija kienet ċara fejn il-kandidati kellhom ifissru kif il-Maltinħarġu rebbieħa kontra l-barranin fl-iStorja ta’ Malta, il-kandidati jew ma qrawxil-mistoqsija sew jew injorawha u kitbu dak li studjaw bl-amment min-noti likellhom dwar “Il-Għanja tar-Rebħa”, “Rewwixta”, “Jum Ir-Rebħ” u “Il-Fidwa tal-Gżejjer” bla ebda rabta mal-mistoqsija.

Page 41: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

41

Bħas-soltu xi kandidati vvintaw ismijiet ta’ poeti, prożaturi, poeżiji u siltiet. Eż:o “...jien Maltija...”o “Fidwa ta ‘ A Buttigieg...”o “Il-poeproża Rebħa...”

Xi kandidati rnexxielhom joħorġu b’mod tajjeb kif il-Maltin rebħu kontraMonroi, jew kif rebħu lit-Torok fl-Assedju l-Kbir fl-1565, imma oħrajnm’għandhom ebda idea dwar l-iStorja ta’ Malta. Eż:o “ Meta daqqew l-innu ingliż, il-Maltin qabdu jajtu u jwaddbu l-affarjiet lil

xulxin...”.o “...u wara l-innu inglish minflokk malti, filwaqt li Anton Vassalli qabad qam bil-

wieqfa u beda jkanta l-innu malti waqt il-partita l-maltin bdew ikantaw miegħub’leħen għoli...”o “Dak iż-żmien konna taħt idejn l-Ingliżi u Dun Gorg Preca kien għadu kif għamel

l-innu Malti.”o “...dan għaliex wara li spiċċaw l-innu Malti li kien God Save the Queen l-innu ta’

Malta ma ndaqqx.”o “Il-Maltin kien qed jaraw il-logħba qamu kollha bilqiegħda u dawn kantaw l-

innu Malti...”

Xi tweġibiet żbaljati dwar “Il-Fidwa tal-Gżejjer” u “Rewwixta”:o “ Il-fidwa tal-Gżejjer seħħet fi żmien l-Ingliżi.”o “F’ “Rewwixta”, f’dawk iż-żmenijiet il-Maltin ġġieldu fuq is-sur mal-Kavallieri

fejn dawn kienu qagħdu jgħixu Malta.”o “Fis-silta il-“Fidwa tal-Gżejjer”, tittratta fuq l-assedju l-kbir li kienet ġlieda bejn

il-Maltin u t-Torok. Il-kavallieri flimkien mal-Maltin iggieldu u mietu għal Maltabiex Malta art twelidom tkun indipendenti.”

1.5 Konklużjoni

Tintebaħ kemm għadd kbir ta’ kandidati għadhom jiktbu l-Malti tagħhom blaħsieb ta’ xejn. Hekk kif tiġihom f’moħħhom il-kelma jaqbdu u jniżżluhamingħajr lanqas biss jippruvaw janalizzawha u jaraw kif tinkiteb. Dan huwanuqqas kbir u serju. Tabilħaqq, din il-ħaġa għandha tassew għalxiexiġġegħelna naħsbu. Barra minn hekk, kienu bosta dawk il-kandidati li mażammewx mat-tul mitlub minnhom fil-kitba ta’ Komponiment Letterarju. Fil-Karta IIB, il-kandidat huwa mitlub jikteb biss 200 kelma (qed ngħid “biss” għaxanke hawn, 200 kelma huwa t-tul mitlub minn student li qed jagħmel l-eżamifil-Form 1 (l-ewwel sena tas-Sekondarja), età ta’ 11-il sena! U ssib li ħafna, f’danl-eżami taċ-ĊES, fl-età ta’ ħmistax/sittax-il sena jiktbulek mal-150 kelma jewanqas. Ġieli anke inqas minn 100 kelma! Bil-konsegwenza li jitilfu għadd ta’marki għax ma żammewx mat-tul mitlub minnhom.

Ta’ min jgħid ukoll li ammont kbir ta’ Komponimenti Letterarji kienusuperfiċjali għall-aħħar. Ħafna kandidati kemm jaqbdu u jagħtu parafrasi tal-poeżija jew silta ta’ proża mingħajr ma jagħtu kas tal-kliem kif inhu mqiegħedeżatt fit-titlu, il-mistoqsija jiġifieri. Għalhekk, jitbiegħdu mill-għan tal-mistoqsija. Kien hemm xi wħud, imma din is-sena ftit ħdejn is-snin l-imgħoddija, li saħansitra qabdu u taw parafrasi tat-8 siltiet tat-Taqsima, kollhakemm huma, tkun xi tkun il-mistoqsija jiġifieri, u jgħidu x’ġara fil-poeżija fi

Page 42: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

42

kliemhom. Kull ma jagħtu hija biss narrazzjoni tas-siltiet. Għalhekk, ma jkunxhemm ebda relevanza mat-titlu. Mhemm l-ebda sens ta’ kritika fix-xogħoltagħhom. Ma jafux jinfilzaw il-kritika tagħhom personali f’dak li jiktbu. Danhuwa nuqqas ieħor serju ħafna. Jidher ċar li ħafna kandidati ma kellhom l-ebda idea ta’ kif issir kritika serja u tajba ta’ xogħol letterarju, u ma għamluxdistinzjoni bejn parafrasi u kritika. Dan li qiegħed ngħid hawn jgħodd ukollgħall-mistoqsija fuq il-ħsieb jew Tema Ċentrali tar-‘Referenza għall-Kuntest’.Ħafna studenti sempliċement jagħtu parafrasi sempliċi u ħafifa, u mhux il-ħsieb, u ħafna drabi wkoll, biex jgħaxxquha aktar, jirrepetu kollox fil-mistoqsijatal-aħħar (“Għaliex taħseb li din is-silta ta’ poeżija għandha tagħmel sehemmat-tema .....”). Jidher ċar hawnhekk li ma jafux x’inhi d-distinzjoni bejn‘parafrasi’ u ‘ħsieb’.

Ftit jagħtu kas għat-tqassim tal-Komponiment. Kien hemm min kiteb paragrafuwieħed biss. Il-kunċett ta’ Introduzzjoni u Konklużjoni ma jeżistix. Kien hemmIntroduzzjonijiet u Konklużjonijiet tassew tal-biki, u għalhekk tilfu wkoll il-marki mogħtija għal din il-parti importanti tal-komponiment (ara t-Taqsima‘Żbalji elementari u ereżijiet’). Qisu ma jafux li Komponiment tal-Letteraturaxorta jrid jinqasam f’Introduzzjoni, il-korp u l-Konklużjoni. Nuqqas ieħor.Kien hemm ukoll nuqqas kbir ta’ kwotazzjonijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet tal-poeżiji. Ma nippretendix li f’xogħlijiet ta’ proża l-kandidat jagħti xi kwotazzjoni(għalkemm waħdiet taw), iżda fejn tidħol poeżija iva, nippretendiha, iżda ftitukoll għamluha din. Parafrasi ta’ malajr, u ejja ħa mmorru. Qishom il-maġġoranza tal-kandidati ma jafux, jew ma jirrealizzawx, jew ma jagħtux kas, likwotazzjoni tgħin biex jissaħħaħ l-argument li jkunu qed jiżviluppaw. Ankehawnhekk, inħoss li l-għalliema f’dan il-livell għandhom jisħqu aktar fuq dan il-punt, u mhux iħallu kollox għaddej għal riħu.

Kien hemm xi wħud, mhux ħafna hawnhekk madankollu, li tfixklu Taqsima ma’oħra, u għalhekk għamlu komponiment tajjeb iżda b’siltiet kompletamentdifferenti mit-Taqsima mogħtija lilhom fit-titlu. Jew li tfixklu poeżija ma’ oħra ...din komuni ħafna, sfortunatament!

L-eżaminaturi sabu wkoll xi wħud li semmew karattri li għamlu fir-Raba’ Sena,f’kotba li ma għandhom x’jaqsmu xejn mas-ĊES ... il-Buffu ta’ Anestesija uStejfen u Romilda ta’ L-Isqaq. U xi ħadd semma bħala karattru li għoġbu lil SirTemi Zammit (probabbilment ħa karattru mill-proġett tat-Tieni SenaSekondarja fuq Personalitajiet Maltin). U bosta kienu dawk li ma jafux eżattx’jissejħu l-poeżiji jew is-siltiet, u min kitibhom! U mhu se ngħid xejn fuq dawkl-istudenti li sempliċement jgħidu “il-poeta” jew “il-poeżija” bla ma mkien massib l-isem tal-poeta jew tal-poeżija.

Dan jixhed traskuraġni u nuqqas ta’ għarfien. Jidher ukoll li ħafna ma jħalluxħin adegwat għar-reviżjoni tax-xogħol li jkunu għamlu. U dan juri li l-kandidatima jagħrfux sew fuq kif iqassmu l-ħin għall-mistoqsijiet li se jwieġbu.

Jidher ċar li ftit jagħmlu distinzjoni bejn il-Malti mitkellem u l-Malti miktub.Għadhom ma jafux li f’xogħol ta’ dan il-livell, anke jekk għall-Karta IIB,għandhom kemm jista’ jkun jagħmlu Malti idjomatiku u mexxej, Malti li tieħugost taqrah. Ftit li xejn jagħtu kas għall-espressjoni fil-kitba tagħhom. Ħafna

Page 43: IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI - um.edu.mt · PDF fileIr-rapportta’Eżaminaturifil-livelltaċ-ĊES–Mejju2011 2 IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAĊ-ĊES

Ir-rapport ta’ Eżaminaturi fil-livell taċ-ĊES – Mejju 2011

43

ma jafux xi tfisser ‘metrika’. U xi wħud milli kienu jafu, wieġbu ħażin. Jienjidhirli li anke dan huwa nuqqas kbir u serju, għax biex ma tkunx taf il-qofolbażiku ta’ kif tkun imqassma poeżija (ismijiet tal-versi, tal-fard/żewġ,wati/tronk, sempliċi, versi ħielsa, metrika miftuħa eċċ) juri nuqqas ta’ ħila fl-mod kif tħares lejha l-poeżija.

B’mod ġenerali:

1. Tqassim ħażin ta’ paragrafi u nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat

2. L-ismijiet ta’ karattri ma jissemmewx, jew agħar minn hekk, tal-kittieba!Għaldaqstant, jgħidu “dawk li ġġieldu”, “dik li waddbet il-karkur” (“Il-Ġlieda”), jew “dak l-avukat li jaħseb li hu xi ħaġa” (“Mass Meeting”), jew “dikli ġabet ħassiela biex taħsel it-taraġ” (“Dak it-Taraġ”), u bosta oħrajn.

3. Introduzzjoni u Konklużjoni li ma jagħmlux sens

4. Xogħol qasir, u ma jingħatax in-numru ta’ kliem

5. Ftit jiktbu l-Komponiment Letterarju fit-Temp Imperfett, dak li fl-Ingliżngħidulu l-historic present. Għalhekk jgħidu “Oliver Friggieri qal …” minflok,u hawn tkun aħjar, “Oliver Friggieri jgħid …” Il-letteratura hija ħaġa ħajja uma tmut qatt, għalhekk aħjar jekk jintuża t-temp Imperfett għalKomponiment Letterarju

6. Ħafna narrazzjoni u ftit argumenti b’rabta mas-suġġett tal-mistoqsija

7. Il-mod kif tikteb komponiment letterarju. Il-kandidati jiktbu isem il-poeżija,u jibdew jgħidu x’fiha. Ilestuha, paragrafu ieħor, poeżija oħra …u jibqgħusejrin l-istess. Lista sħiħa! Mhemm l-ebda kontinwità u uniżjoni fil-kitbameta jagħmlu hekk. Il-biċċa hi li din is-sena ftit kienu dawk li għamlu hekkħdejn is-snin l-imgħoddija, u dan jawgura tajjeb.

Chairman tal-Bord tal-EżaminaturiMejju 2011