4
ĦARġA 4 LULJU 2016 INFORMAZZJONI ATTIVITAJIET ESP News IN-NEWSLETTER TAL-EMPLOYEE SUPPORT PROGRAMME 01 L-istaġun tal-għawm 02 L-organizzazzjoni u l-benesseri emozzjonali 02 L-età u s-saħħa 03 Aħbarijiet u avvenimenti Tislima lil Eric Serracino F’din il-ħarġa Merħba L-għawm mhuwiex biss attività fiżika: huwa wkoll attività ta’ meditazzjoni għall-moħħ. Huwa pjuttost komuni li n-nies tassoċja l-isport ma’ strapazz fiżiku, uġiegħ fil-muskoli u għeja, minkejja l-effetti ta’ benefiċċju li għandu fuq il-ġisem. Madankollu, l-għawm huwa ta’ sfida għall-ġisem daqs sport ieħor mingħajr ma jidher li hu hekk. Pereżempju, filwaqt li l-għawm jgħin il-flessibilità u n-nifs, tista’ tgħum għal ħin itwal mingħajr l-istess ammont ta’ uġiegħ u strapazz fuq il-ġisem bħal meta tagħmel xi sport ieħor. Barra minn hekk, l-għawm huwa mod tajjeb ta’ kif tiffriska matul ix-xhur tas-sajf. Li tipprattika xi sport jgħin biex jiġu rilaxxati l-endorfini fil-ġisem. Dawn il-kimiċi ta’ ‘sens tajjeb’ iġegħluk tħossok f’burdata aħjar wara li tkun għamilt l-eżerċizzju fiżiku. M’hemmx xi ngħidu, l-istess jgħodd għall- għawm. Din l-attività tgħin ukoll biex tnaqqas l-istress żejjed u tirrilassa l-muskoli. L-għawm jista’ wkoll jippromwovi t-tkabbir taċ-ċelloli ġodda fil-moħħ f’parti tal-moħħ li ssirilha ħsara meta tkun esposta għal stress kroniku għal tul ta’ żmien. Barra minn hekk, l-għawm huwa ta’ benefiċċju ulterjuri għall-moħħ. Ir-ritmu tal-qdif u l-ħoss tal-ilma jagħmel lill-għawm iktar rilassanti minn sport ieħor. L-għawm huwa wkoll meqjus li jipprovdi l-istess effetti ta’ rilassament bħal yoga, u Nilqgħukom għall- ESP News tas-sajf. Hekk kif is-sajf jinsab magħna, nisperaw li ssibu l-ħin biex tikkalmaw ftit, tirrilassaw mal-familja u mal- ħbieb, kif ukoll tagħmlu xi attivitajiet biex tirrilassaw. Aħna tal-ESP hekk bi ħsiebna nagħmlu wara sena daqshekk impenjattiva bħalma kellna s’issa! Fil- fatt l-artiklu prinċipali f’din il-ħarġa jagħti ħarsa lejn kif l-għawm mhuwiex biss attività fiżika iżda huwa wkoll ta’ benefiċċju għas-saħħa mentali u emozzjonali. Inizjattiva importanti oħra għall-benesseri emozzjonali tagħna huwa l-proċess li tiżbarazza u teħles minn affarijiet materjali li jistgħu jkunu qed jokkupaw iżjed spazju milli suppost. Li narmu affarijiet li ma nużawx jgħinna nħossuna aħjar emozzjonalment u jkollna iżjed kontroll fuq ħajjitna. B’diqa kbira, iżda wkoll b’unur kbir, din il-ħarġa qed nagħlquha b’epitaffa sabiħa għall-għażiż ħabib u kollega tagħna Eric Serracino li ħalliena f’Mejju li għadda. Aħna dejjem se nibqgħu niftakru lil Eric għall-ġentilezza u l-valuri sodi tiegħu kif ukoll id-dilġenza u l-kompetenza li kellu fuq xogħolu; il-Mulej itih il-mistrieħ ta’ dejjem. Stelmart Khalil Ko-ordinatriċi Employee Support Programme l-fatt li tkun qed tħaddem il-muskoli jkompli jgħin biex tirrilassa. Apparti hekk, billi tikkonċentra fuqek innifsek u fuq stili differenti tal-qdif bħal mod kif iddawwar ġenbejk, kif titfa’ saqajk, ir-reżistenza għall-ilma u togħla mill- ilma, l-għawm jaljenak minn xi ħsibijiet koroh kontinwi li jkunu għaddejjin minn moħħok. Mhux talli l-għawm huwa rilassanti iżda huwa wkoll mezz ta’ meditazzjoni. Peress li fl-għawm ma jkunx hemm id-distrazzjoni ta’ persuni oħra jużaw il-gym, jew it- traffiku fil-każ ta’ mixi, qdif bir-rota jew ġiri, il-konċentrazzjoni tiegħek tkun iffukata biss fuq ir-ritmu tal-qdif u n-nifs tiegħek. Fl-aħħar nett, iżda mhux l-inqas, minbarra l-effett kbir pożittiv li jħalli fuq is-saħħa mentali tiegħek, l-għawm jista’ jġib miegħu xi benefiċċji soċjali wkoll. Li tgħum mal-oħrajn f’pixxina pubblika joħloq sens ta’ komunità u jkollok l-opportunità biex tiltaqa’ ma nies ġodda. Li tqatta’ l-ħin il- baħar mal-ħbieb u mal-familja sservik ta’ opportunità biex toħloq memorji sbieħ. Għaldaqstant matul ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm ESP Newsletter 1

informazzjoni attivitajiet eSP News · 2017-04-28 · ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: informazzjoni attivitajiet eSP News · 2017-04-28 · ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm

Ħarġa 4 LuLju 2016

informazzjoni attivitajiet

eSP Newsin-neWSLetter taL-emPLoYee SUPPort ProGramme

01 L-istaġun tal-għawm

02 L-organizzazzjoni u l-benesseri emozzjonali

02 L-età u s-saħħa

03 Aħbarijiet u avvenimentiTislima lil Eric Serracino

F’din il-ħarġa

Merħba

L-għawm mhuwiex biss attività fiżika: huwa wkoll attività ta’ meditazzjoni għall-moħħ.

Huwa pjuttost komuni li n-nies tassoċja l-isport ma’ strapazz fiżiku, uġiegħ fil-muskoli u għeja, minkejja l-effetti ta’ benefiċċju li għandu fuq il-ġisem. Madankollu, l-għawm huwa ta’ sfida għall-ġisem daqs sport ieħor mingħajr ma jidher li hu hekk. Pereżempju, filwaqt li l-għawm jgħin il-flessibilità u n-nifs, tista’ tgħum għal ħin itwal mingħajr l-istess ammont ta’ uġiegħ u strapazz fuq il-ġisem bħal meta tagħmel xi sport ieħor. Barra minn hekk, l-għawm huwa mod tajjeb ta’ kif tiffriska matul ix-xhur tas-sajf.

Li tipprattika xi sport jgħin biex jiġu rilaxxati l-endorfini fil-ġisem. Dawn il-kimiċi ta’ ‘sens tajjeb’ iġegħluk tħossok f’burdata aħjar wara li tkun għamilt l-eżerċizzju fiżiku. M’hemmx xi ngħidu, l-istess jgħodd għall-għawm. Din l-attività tgħin ukoll biex tnaqqas l-istress żejjed u tirrilassa l-muskoli. L-għawm jista’ wkoll jippromwovi t-tkabbir taċ-ċelloli ġodda fil-moħħ f’parti tal-moħħ li ssirilha ħsara meta tkun esposta għal stress kroniku għal tul ta’ żmien.

Barra minn hekk, l-għawm huwa ta’ benefiċċju ulterjuri għall-moħħ. Ir-ritmu tal-qdif u l-ħoss tal-ilma jagħmel lill-għawm iktar rilassanti minn sport ieħor. L-għawm huwa wkoll meqjus li jipprovdi l-istess effetti ta’ rilassament bħal yoga, u

Nilqgħukom għall-ESP News tas-sajf. Hekk kif is-sajf jinsab magħna, nisperaw li ssibu l-ħin biex tikkalmaw ftit, tirrilassaw mal-familja u mal-ħbieb, kif ukoll tagħmlu xi attivitajiet biex tirrilassaw. Aħna tal-ESP hekk bi ħsiebna nagħmlu wara sena daqshekk impenjattiva bħalma kellna s’issa! Fil-fatt l-artiklu prinċipali f’din il-ħarġa jagħti ħarsa lejn kif l-għawm mhuwiex biss attività fiżika iżda huwa wkoll ta’ benefiċċju għas-saħħa mentali u emozzjonali. Inizjattiva importanti oħra għall-benesseri emozzjonali tagħna huwa l-proċess li tiżbarazza u teħles minn affarijiet materjali li jistgħu jkunu qed jokkupaw iżjed spazju milli suppost. Li narmu affarijiet li ma nużawx jgħinna nħossuna aħjar emozzjonalment u jkollna iżjed kontroll fuq ħajjitna.

B’diqa kbira, iżda wkoll b’unur kbir, din il-ħarġa qed nagħlquha b’epitaffa sabiħa għall-għażiż ħabib u kollega tagħna Eric Serracino li ħalliena f’Mejju li għadda. Aħna dejjem se nibqgħu niftakru lil Eric għall-ġentilezza u l-valuri sodi tiegħu kif ukoll id-dilġenza u l-kompetenza li kellu fuq xogħolu; il-Mulej itih il-mistrieħ ta’ dejjem.

Stelmart Khalil Ko-ordinatriċiemployee Support Programme

l-fatt li tkun qed tħaddem il-muskoli jkompli jgħin biex tirrilassa. Apparti hekk, billi tikkonċentra fuqek innifsek u fuq stili differenti tal-qdif bħal mod kif iddawwar ġenbejk, kif titfa’ saqajk, ir-reżistenza għall-ilma u togħla mill-ilma, l-għawm jaljenak minn xi ħsibijiet koroh kontinwi li jkunu għaddejjin minn moħħok. Mhux talli l-għawm huwa rilassanti iżda huwa wkoll mezz ta’ meditazzjoni. Peress li fl-għawm ma jkunx hemm id-distrazzjoni ta’ persuni oħra jużaw il-gym, jew it-traffiku fil-każ ta’ mixi, qdif bir-rota jew ġiri, il-konċentrazzjoni tiegħek tkun iffukata biss fuq ir-ritmu tal-qdif u n-nifs tiegħek.

Fl-aħħar nett, iżda mhux l-inqas, minbarra l-effett kbir pożittiv li jħalli fuq is-saħħa mentali tiegħek, l-għawm jista’ jġib miegħu xi benefiċċji soċjali wkoll. Li tgħum mal-oħrajn f’pixxina pubblika joħloq sens ta’ komunità u jkollok l-opportunità biex tiltaqa’ ma nies ġodda. Li tqatta’ l-ħin il-baħar mal-ħbieb u mal-familja sservik ta’ opportunità biex toħloq memorji sbieħ. Għaldaqstant matul ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali.

L-istaġun tal-għawm

ESP Newsletter 1

Page 2: informazzjoni attivitajiet eSP News · 2017-04-28 · ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm

Il-ġbir eċċessiv jibda bil-mod il-mod: tibda żżomm affarijiet li mingħalik se tiġi bżonnhom iżjed tard jew għax għandhom xi valur sentimentali, jew għax tkun infaqt ħafna flus biex xtrajthom u allura tħoss li hija ħasra tarmihom u allura tħoss li għandek bżonn iżżommhom minkejja li qatt ma tkun użajthom għal snin twal.

Li tgħix qalb imbarazz eċċessiv jista’ jgħejjik. In-newroxjenzati skoprew li meta jkollok ħafna affarijiet madwarek ifixkel l-attenzjoni tiegħek, u dan iwassal għal tnaqqis fil-konċentrazzoni u żieda fl-istress. L-istess bħal meta tagħmel ħafna affarijiet f’daqqa, l-imbarazz eċċessiv jistimula lill-moħħ iżjed milli suppost, tant li joħloq stress li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-ħila tiegħek biex taħseb b’mod ċar u kreattiv.

Mhijiex biss id-diżordni fiżika li xxekkel il-mod kif taħseb. Ħafna files fuq il-kompjuter u notifiki deħlin il-ħin kollu fuq il-midja soċjali, ixekklu l-attenzjoni. Minħabba f’hekk id-diżorganizzazzjoni diġitali wkoll ittelliflek il-konċentrazzjoni u l-prestazzjoni kreattiva.

L-organizzazzjoni u l-effett fuq il-benesseri emozzjonali

Meta tiżbarazza għandek tikkunsidra jekk huwiex importanti li żżomm ċertu affarijiet, x’inhu ta’ bżonn u x’inhu intuli. Li tindirizza l-affarijiet li qed iżżomm għalxejn jgħinek biex issir iktar konxju bħala konsumatur. Barra minn hekk ikollok iżjed spazju u taħli inqas ħin biex tfittex l-affarijiet u tnaddafhom. Meta tħares lejn dak li m’għandekx bżonn tirrealizza kemm dawk l-affarijiet ikunu swewk, sew jekk ħinek jew flusek. Dan jgħinek biex darba oħra ssir iżjed konxju meta tixtri xi ħaġa. Li ma żżommx affarijiet żejda jgħinek ikollok spazju għall-affarijiet li huma importanti għalik, bl-għan li b’inqas affarijiet ittejjeb ħajtek b’modi oħra.

Billi torganizza l-ispazju tiegħek tkun qed tikkontrolla l-ambjent tiegħek u tneħħi kull ħsieb li jista’ jtaqqallek moħħok. L-ambjent fiżiku ta’ madwarek huwa konness mal-ispazju mentali u emozzjonali tiegħek. Għaldaqstant, ambjent diżorganizzat jista’ jwassal għal stress u ansjetà. Madankollu, meta żżomm l-organizzazzjoni, l-ispazju fiżiku, kif ukoll moħħok jiċċaraw. Barra minn hekk, huwa kruċjali li tarmi affarijiet li m’għandekx bżonnhom biex tagħmel

spazju għal affarijiet u ideat ġodda f’ħajtek. Li żżomm

l-organizzazzjoni jirrifletti mod ta’ għixien sempliċi

u tuża dak li verament għandek bżonn. Ibqa’ ċert li dak li teħtieġ se tiltaqa’ miegħu meta jkun il-waqt.

Kif tibqa’ għaddej f’ħajtek:

l-età u s-saħħa

Ieqaf pejjep

Kul dieta bilanċjata

Żomm mentalment attiv

Żomm fiżikament attiv

Ibqa’ soċjalment attiv kemm mal-ħbieb u mal-familja

Aċċetta t-tibdil fl-apparenza fiżika tiegħek

Orqod għal tul ta’ ħin biżżejjed

Adatta l-istil ta’ ħajtek għal wieħed tajjeb għas-saħħa biex tipprevjeni

l-mard, pereżempju llimita l-alkoħol

2eSP Newsletter

Page 3: informazzjoni attivitajiet eSP News · 2017-04-28 · ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm

Bereavement Support GroupIngħalaq il-Bereavement Support Group immexxi mill-Employee Support Programme. Nawguraw lill-parteċipanti kollha u nħeġġuhom biex jikkuntattjawna jekk iħossu li għandhom bżonn ta’ iktar sapport.

Seminar dwar l-immaniġġjar tal-istress u l-prevenzjoni tal-burnout f’BerlinStelmart Khalil kellha l-opportunità li tagħti preżentazzjoni waqt seminar organizzat mill-Eureopean Academy for Taxes, Economics & Law, fejn numru ta’ esperti f’dan il-qasam minn bosta organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ddiskutew modi kif wieħed jindirizza l-istress u l-prevenzjoni tal-burnout, fl-organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, nhar it-23 u l-24 ta’ Mejju, ġewwa Berlin. Fil-preżentazzjoni tagħha iffukat fuq is-servizzi li jingħataw mill-Employee Support Programme u l-metodu li jintuża biex jiġu pprovduti s-servizzi. Għal dan is-seminar attendiet ukoll Marita Galea.

taħriġ ta’ għarfien għall-ManagersL-ESP organizza numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għal dawk li għandhom responsabbilta ta’ nies f’ xogħolhom. Is-sessjonijiet saru s-CDRT nhar it-12 u l-15 ta’ Lulju 2016 bejn it-8.30 u s-1.30. Bħala parti minn dan it- taħriġ, Pamela Muscat tat preżentazzjoni fuq l-Attention Deficit Hyperactivity Disorder (ADHD) fl-adulti u kif din il-kundizzjoni taffetwa il-ħajja tax-xogħol. Ms. Muscat infurmat lil parteċipanti dwar is-servizzi li joffri is-support group tal-ADHD u kif dawn jistgħu jigu aċċessati.

AħbArijiet u AvveniMenti

taħriġ lid-Dipartiment tal-vatMatul Mejju, il-membri tat-tim tal-ESP organizzaw taħriġ ta’ għarfien għall-impjegati tad-dipartiment tal-VAT. Dan it-taħriġ sar għal-livelli kollha tal-istaff inkluż dawk fi rwol maniġerjali, u iffoka fuq l-importanza tal-benesseri u tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.

Konferenza dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol f’BirminghamStelmart Khalil, Marica Aquilina u Oriana Cutajar attendew konferenza dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol f’Birmingham nhar it-8 u d-9 ta’ Marzu. Il-konferenza saret f’jumejn u saru bosta preżentazzjonijiet fuq kwistjonijiet relatati mal-benesseri fuq il-post tax-xogħol. Matul dawn it-taħdidiet it-tim tal-ESP tgħallem metodi ġodda kif jiġu indirizzati diffikultajiet bħal dawk ta’ saħħa mentali, filwaqt li ma jintilifx l-impjieg kif ukoll x’jaffettwa is-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol, it-tmexxija ta’ inċidenti kritiċi u kif wieħed jirritorna lura għax-xogħol b’mod effettiv wara assenza twila minħabba mard.

Health Day l-etCL-ESP ħa sehem f’ġurnata dedikata għas-saħħa fiċ-ċentru għall-Impjieg u t-Taħriġ f’Ħal Far nhar l-20 ta’ Mejju. Flimkien mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, l-ESP għamel preżentazzjoni dwar il-benesseri emozzjonali għal dawk li attendew. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa tkellem dwar ikel tajjeb għas-saħħa u t-tikketti ta’ fuq l-ikel. Kien hemm preżenti infermiera miċ-Ċentru tas-Saħħa Primarja biex jiċċekkjaw iz-zokkor u l-pressjoni għal dawk preżenti li kienu interessati. Bejn it-taħdidiet ken hemm ukoll ikla ħafifa tajba għas-saħħa.

ESP Newsletter 3

Page 4: informazzjoni attivitajiet eSP News · 2017-04-28 · ix-xhur li ġejjin prova sib ftit ħin biex tesperjenza l-benefiċji tal-għawm kemm fiżiċi u mentali. L-istaġun tal-għawm

Nhar it-2 ta’ Mejju ħalliena il-kollega u ħabib tagħna Eric Serracino li kien Assistent Direttur tad-Dixxiplina fi ħdan id-Direttorat tal-Employee Relationship Management.

Eric kien uffiċjal pubbliku eżemplari, mhux biss għax kien espert fil-qasam tiegħu, iżda wkoll għax kien ħabrieki, onest u leali. Huwa kien bniedem umli, u minkejja li l-kollegi tiegħu kienu jikkunsidrawh bħala bniedem intelliġenti u espert f’xogħolu, huwa qatt ma wera superjorità jew ħassu li kien aqwa minn ħaddieħor. Kellu etika professjonali kbira u kien juri sens ta’ kburija kemm lejn il-ħidma tiegħu kif ukoll għall-fatt li kien uffiċjal pubbliku.

Minkejja li Eric kien jaħdem f’qasam fejn kien jiffaċċja każijiet pjuttost diffiċli, huwa dejjem kien iżomm il-kalma u qatt ma kien juri frustrazzjoni, rabja jew jgħolli leħnu ma’ ħadd. Mhux talli hekk, iżda kien jibqa’ dejjem ottimist u dejjem jara l-pożittiv f’ħaddieħor.

Min kien jafu jista’ jgħid kemm Eric kien dejjem lest biex jgħin lil dak li jkun u għalkemm kellu xogħol ta’ pressjoni kbira kien isib il-ħin biex jisma’ lil kulħadd. Dejjem kien jagħti il-parir tiegħu u jgħid x’jaħseb b’mod professjonali, newtrali u b’sinċerità u onestà ġenwina. Iżda fuq kollox Eric ma kienx jagħtik parir jew risposta u daqshekk, anzi, b’ġenwinità u b’paċenzja liema bħalha kien jispjegalek għalfejn għandek raġun jew għalfejn le, jirreferik għar-regolament, kodiċi jew policy relatati jekk ikun il-każ u jissuġġerilek x’tista’ tagħmel skont is-sitwazzjoni.

Dawk li kienu jafu lil Eric mill-qrib, b’mod speċjali l-kollegi tiegħu tad-Direttorat tal-Employee Relationship Management, żgur li se jibqgħu jgħożżu t-tifkiriet sbieħ li ħallielhom. Tifkiriet tat-tbissima li Eric dejjem kellu fuq fommu, l-umoriżmu, l-ottimiżmu, is-sinċerità, l-onestà, il-paċenzja u d-diplomazija li kienu jikkaratterizzawh.

tislima lil eric Serracino

Għal iktar informazzjoni dwar kif l-Employee Support Programme jista’ jgħinek, ikkuntattjana fuq: tel: 2200 1210 • email: [email protected] www.esp.gov.mt

L-għan ta’ din in-newsletter huwa li żżid l-għarfien u tipprovdi informazzjoni għal skopijiet edukattivi

Is-servizz huwa kunfidenzjali u mingħajr ħlas. L-impjegati m’għandhomx bżonn tal-permess mingħand is-superjur tagħhom biex jaċċessaw is-servizz.

iKKUntattjana L-opinjoni tiegħek hija importanti għalina. jekk għandek xi suġġerimenti jew kummenti tista’ tikkuntattjana fuq dawn id-dettalji.

Fl-aħħarnett, iżda mhux l-inqas, tajjeb illi nsemmu li Eric kien fost il-pijunieri li ħadmu fuq il-proġett tal-Employee Support Programme. Huwa kien ħadem bis-sħiħ biex jiġi mfassal u mwaqqaf dan is-servizz.

Mingħajr dubju ta’ xejn, Eric ħalla vojt kbir warajh iżda aħna se nibqgħu niftakruh bħala kollega eżemplari u ħabib sinċier, onest u leali. Id-direttorat tal-Employee Relationship Management jixtieq iwassal il-kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta’ Eric Serracino, b’mod speċjali lil martu u lil ibnu.

ESP Newsletter 4