55

Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill
Page 2: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

2

Indiċi

Messaġġ tas-Sindku

Il-Kunsill L-Organizzazzjoni ………………………………………………………………………..4 Laqgħat tal-Kunsill ………………………………………………………………………10

Rapporti Mill-Kunsilliera Rapport tas-Sindku ………………………………………………………………………11 Komunita` u Familja …………………………………………………………………….16 Storja u Kultura …………………………………………………………………………25 Traffiku, Puluzija, Kummerċ u Trasport Pubbliku ……………………………………….29 Ħarsien ta’ l-Ambjent ……………………………………………………………………32 Żgħażagħ u Sport ……………………………………………………………………… .33 Edukazzjoni ……………………………………………………………………………..38 Servizzi Ambjentali u Statistika ………………………………………………………......42 Relazzjonijiet Pubbliċi u kordinament mal-Gvern Ċentrali……………………………….44 Estimi Finanzjarji ……………….……………………………………………………….46 L-istqarrija tal-Missjoni u Valuri …………………………………………………………52 L-Għanjijiet, Ir-riżultati mistennija u l-istrateġiji ……………………………………… ...54

Page 3: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

3

Messaġġ mis-Sindku

Ta’ bil-ħaqq kif jgħidu ż-żmien itir. Gerbu s-snin u għal darb’oħra wasalna għall-elezzjoni tal-

Kunsilli Lokali li ser issir flimkien ma’ l-Elezjoni Ġenerali. Għal darb’oħra ser nikkontesta

sabiex jekk jogħġobkom turu l-istess fiduċja fija nkompli nkun ta’ servizz għaż-Żwieten u ż-

Żejtun.

Nazzarda ngħid li flimkien mal-kunsilliera li ħadmu miegħi u qrib tiegħi mill-1996 sal-lum,

matul sbatax il-sena sħaħ-

• għollejna u rbaħna l-akbar rispett għaż-Żwieten u ż-Żejtun;

• għinna l-komunita’ taż-Żejtun timxi ‘l quddiem;

• tajna attenzjoni speċjali l-qasam soċjali;

• ksibna l-akbar ammont ta’ finanzi possibli;

• ħadna l-aqwa rizultati bil-mod kif uzajna l-fondi disponibbli;

• ħloqna u wettaqna proġetti kbar biex tejjibna l-infrastruttura fiż-Żejtun;

• ikkoperajna dejjem mal-awtoritajiet kollha ċentrali u lokali għall-ġid taż-Żejtun;

• ħdimna favur u tajna attenzjoni lill-familji, nkluż tfal, żgħażagħ u anzjani;

• sebbaħna iz-zoni pubbliċi kollha fiż-Żejtun;

• ħdimna b’sens ta’ tolleranza u rispett għall-opinjonijiet diversi kollha, biex saħħaħna l-

proċess demokratiku.

Dan kollu sar bl-għajnuna u l-koperazzjoni tagħkom. Bl-istess ħidma flimkien nkomplu

nirnexxu u niksbu suċċess akbar. Niskużaw ruħna jekk ma konniex ta’ servizz fil-pront jew ma

qdejniex dmirna kif xtaqtu. L-isfidi mhux ser jonqsu izda l-esperjenza tiswilna ferm biex l-

isfidi nsarfuhom f’kisbiet għar-residenti Żwieten kollha. B’ħidma bla waqfien, entuzjazmu ma

jaqta xejn u dedikazzjoni qawwija, flimkien ma’ sħabi, lest noffri s-servizz tiegħi sabiex fl-

erba’ snin li gejjien naqtghu l-frott tal-ħidma li wettaqna fis-snin li għaddew.

Nizzi ħajr lill-kunsilliera kollha, lis-Segretarju Eżekuttiv, lill-ħaddiema klerikali, kif ukoll

manwali li wettqu dmirhom u ħadmu miegħi sabiex l-Kunsill Lokali taż-Żejtun mexa ‘l

quddiem b’saħħa b’risq iż-Żwieten u ż-Żejtun

Joe Attard – Sindku

Page 4: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

4

IL– KUNSILL 2008-2012 elett f’Marzu 2008

Mix-Xellug Lisa Willie Piscopo, Stefania Fenech , Claude Camilleri , Richard Darmanin,

Joseph N. Attard (Sindku) , Joan Agius (Vici – Sindku) Joseph Hales, Anthony Seychell,

Darrell Pace, Anton Falzon (Segretarju Eżekuttiv).

Is-Sindku qassam id-dekasteri u r-responsabbiltajiet kif ġej:

Gvern Lokali u Infrastruttura

Joe Attard - Sindku

1. Laqgħat tal-Kunsill u rappreżentazzjoni legali

2. Estimi u Finanzi

3. Propjeta’ u bini tal-Kunsill

4. Amministrazzjoni u Customer Care

5. Relazzjonijiet Barranin

6. Riżorsi Umani

7. Kumitati Konġunti, infurzar tal-liġi u dwal tat-toroq

8. Drittijiet ta’ Ċittadini (inkluż ċertifikati u passaporti)

9. Ġbir ta’ l-iskart Domestiku u Kummerċjali

10. Xogħolijiet ta’ kostruzzjoni: toroq, bankini u ġonna

11. Hruġ ta’ Permessi għal xogħlijiet fit-toroq

12. Żwiġijiet Ċivili

Page 5: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

5

Kommunita’ u Familja Joan Agius – Viċi Sindku

o Servizzi għat-tfal (sa tnax-il sena)

o Familja

o Anzjani

o Persuni b’dizabilta`

o Servizzi ta’ għajnuna għall-familja

o Attivitajiet u inizjattivi għall-familja, inkluż korsijiet

o Djar u assistenza soċjali

o Ugwaljanza

o Saħħa u Sanita’

o Solidarjeta’ soċjali

o Xogħol u Taħriġ

o Kumitat Reġjonali Ewropej

o Kummisjoni Ewropeja

o Membru fil-Bard tal-Kwotazzjonijiet, Offerti u Impjiegi

Storja, Kultura u Turizmu Anthony Seychell

o Librerija tal-Kunsill

o Premju Ġieħ iz-Żejtun

o Wirt Storiku

o Awtorita’ tat-Turiżmu

o Skedar, Riabilitazzjoni u Restawr

o Ħarsien taz-zona urbana ta’ Konservazzjoni

o Arti

o Kultura

o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett

o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija

Page 6: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

6

Żamma ta’ l-Ordni, Traffiku u Kummerċ Richard Darmanin

o Pjanar u Maniġġjar tat-Traffiku

o Tabelli u Żebgħa tat-Traffiku

o Trasport Pubbliku (A.T.P.)

o Faċilitajiet għall – Parkeġġ

o Vetturi abbandunati

o Puluzija u Protezzjoni Ċivili

o Forzi Armati

o Negozju u suq fil-beraħ

o Liċenzji tan-Negozju

Ambjent Lisa Willie Piscopo

o Eco- conformity Project

o Ambjent inġenerali inkluż dak Rurali

o Bring-in-Sites

o Mepa

o Edukazzjoni dwar it-tniggis

o Maniġġjar ta’ l-iskart

o Membru fil-bord tal-Kwotazzjonijiet, Offerti u Impjiegi.

o E.U. Information

o Propjeta’ tal-Gvern Ċentrali (Joint Office / Lands)

Żgħażagħ u Sports Stephania Fenech

o Responsabbilta ‘Youth Empowerment Centre’

o Kordinament ma’ l-għaqdiet taż-żgħażagħ

(Sportivi, Kulturali, Soċjali u Reliġjuzi)

o Żvilupp ta’ Politka għaz-żgħażagħ Żwieten

permezz tal – ‘Youths@Local’

o Żvilupp ta’ l-‘Outreach Programm’

o Organizzazjoni ta’ Residential Youth Seminars

o Youth Exchanges

o Tmexxija taċ-Ċentru Sport Żejtun

o Żvilupp ta’ faċilitajiet sportivi għaż-żgħazagħ

o Taħriġ ta’ Youth Leaders fl-isport

Page 7: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

7

Servizzi Ambjentali u Statistika Joseph Hales

o Tindif, Tisbiħ u tħaris ta’ Ġonna Pubbliċi

o Tindif u Tisbiħ ta’ Soft Areas

o Harsien tal-Ġwiebi

o Drip Irrigation

o Manutenzjoni ta’ Recreational Areas

o Manutenzjoni tal-Funtani

o Latrini Pubbliċi

o Knis u tindif ta’ toroq Urbani

o Manutenzjoni u tindif ta’ Toroq u Sqaqien mhux urbani

o Manutenzjoni tat-Tabelli ta’ Ismijiet ta’ Toroq u Sqaqien

o Konfini, Boundaries, numerazzjoni ta’ Bibien, Uffiċċju Elettorali, I. D Cards

o Membru fil-Bord ta’ Kwotazzjonijiet u Offerti

Taħriġ u Edukazzjoni Claude Camilleri

o Edukazzjoni formali

o Kunsilli Skolastiċi

o Edukazzjoni għall-Adulti

o Librerija Pubblika Lokali

o Xjenza, Teknoloġija u Riċerka

o Korsijiet Akkademiċi

o Taħriġ fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika

Ko-ordinament mal-Gvern Ċentrali, Darrell Pace

Ministeri, Dipartimenti u Awtoritajiet

o Media u Servizzi Pubbliċi

o Servizzi ta’ l-ilma

o Servizzi tad-Drenaġġ

o Servizz ta’ elettriku domestiku

o Telekomunikazzjoni

o Servizzi Postali

o Relazzjonijiet ma’ Entitajiet Ċentrali

o

Page 8: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

8

L-Impjegati tal-Kunsill

Isem Kariga

Anton Falzon Segretarju Eżekuttiv

Caroline Schembri Assistenta Prinċipali

Joanne Muscat Assistenta Principali

Mark Spiteri Assistent Principali

Godwin Muscat Skrivan

Frans Camilleri Handyman

Joseph Spagnol Handyman

Impjegati Sekondati

Isem Kariga

Vincent Grixti Assenjat mal-Kunsill

Joseph Zammit Assenjat mal-Kunsill

Martin Cassar/ Consigllio Cumbo

Haddiema ta’ l-ETC assenjat mal-Kunsill

L-Istruttura ta’ l-Organizzazzjoni

Il-Kunsill ifassal il-politika kollha wara li jikkunsidra u jistħarreg rapporti, suġġerimenti, u rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjonijiet, Kumitati jew sotto-Kumitati maħluqa minnu stess. Kull deċizjoni toriġina mill-Kunsill u s-Sindku flimkien mal-Kunsilliera jaraw li dawk id-deċizjonijiet jiġu eżegwiti. Is-Sindku flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv huwa responsabbli mill-finanzi u r-rapprezentanza legali tal-Kunsill (Artiklu 26 u 27). Ir-rwol ta’ Segretarju Eżekuttiv u s-Segretarjat huwa totalment distint minn dak tal-Kunsill u s-Segretarju huwa responsabbli li jesegwixxi d-deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-liġi tiddefinixxi s-Segretarju Eżekuttiv bħala l-Kap Ezekuttiv, Amministrattiv u Finanzjarju tal-Kunsill (Artiklu 52).

Sotto-Kumitati

IS-SINDKU u

L-KUNSILL

Segretarju Eżekuttiv

Assistenti Principali/ Skrivan Handyman Contract Manger

Kumitati u Kummissjonijiet

Page 9: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

9

L-Assistenti Principali u l-uffiċjal eżekuttivi jipprovdu l-assistenza kollha mehtiega lill-Kunsill u jservu bħala l-kuntatt tal-Kunsill mal-pubbliku. Il-Kunsill impjega wkoll ħandyman biex ikun jista’ jagħmel dak ix-xogħol li bosta drabi ma jidħolx għalih kuntrattur. Illum il-Kunsill għandu assenjati miegħu żewġ ħaddiema manwali oħra. Il-Contract Manager jieħu ħsieb il-kuntatti bejn il-Kunsill u l-kuntratturi, kif ukoll jiċċertifika l-ħlasijiet taħt l-istess kuntratti. Ħafna mix-xogħol jitwettaq mill-Kunsilliera bla ħlas.

Tabella dwar l-istituzzjoni: Konċettwali

Direzzjoni u Politika __________________

Kunsill ippresedut mis-Sindku

Ezekuzzjoni __________________

Segretarjat immexxi mis-Segretarju

ifassal u japprova l-politika tiegħu

jiddeċiedi l-prioritajiet

jikkonsulta u jigi kkonsultat

japprova l-estimi finanzjari u jfassal pjan fit-tul

jilleġizla (bye-laws)

jaħtar kumitati u sotto-kumitati

jiddeciedi fuq kuntratti

jakkwista l-infrastruttura u r-rizorsi umani meħtieġa

jassigura l-osservanza tal-provedimenti statutorji (ligi, regolamenti, u procedura)

Kap Eżekuttiv, Finanzjarju u Amministrattiv u kustodju ta’ l-Assi tal-Kunsill

iżomm il-Kunsill infurmat b’dak kollu li jikkoncernaħ.

Tabella: Funzjonijiet u Komunikazzjoni

Sindku

Segretarju

Eżekuttiv

Kunsill

mhux eżekuttiv

Riżorsi Servizzi

Dokument-

azzjoni u

Librerija

e-Government

Rizorsi

Finanzjarji

Riżorsi

Umani

Informazzjoni

Ilmenti

Liċejnzi, Permessi, Kera,

Kontravenzjonijiet

Servizz ta’

Perit

Kuntratti

Proġetti

Sotto-Kumitati

Rizorsi

Oħrajn

Customer Care / PR

Page 10: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

10

Laqgħat tal-Kunsill Din il-leġiżlatura bdiet f’April 2008. Fis-sena 2012 il-Kunsill iltaqa 12 il-darba u l-attendenza u s-sehem tal-Kunsilliera kien kontinwu. Dan minkejja li kull Kunsillier ikollu l-impenji l-oħra tiegħu u l-ħidma tiegħu fil-Kunsill issir fuq bażi volontarja.

Page 11: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

11

Rapport tas-Sindku

o Infrastruttura

Matul is-sena 2012 ix-xoghol madwar iz-Żejtun ma waqaf xejn. Irnexxielna intemmu

b’suċċess il-bidla radikali li saret f’Misraħ Indipendenza. Minn pjazza b’wiċċ maqlugħ u bla

organizzazjoni ta’ xejn irnexxielna noħolqu Misrah kordinat, sigur u organizzat. Ir-ritratti

t’hawn taħt jitkellmu waħidhom. Bilkemm temmen li huwa l-istess post.

Irridu niftakru illi f’dan il-Misraħ kull nhar ta’ Erbgħa jarma s-Suq u għalhekk id-disinn ried

jaqdi l-bżonnijiet tal-bejjiegħa. Filfatt irnexxielna nolqtu żewg għasafar b’ġebla waħda u meta

jżarma s-Suq hemm post għall-parkegg ta’ 40 karozza u fin-nofs ħallejna zona għal

rikrejazzjoni tal-pubbliku. Flimkien ma’ dan ix-xogħol irrangajna Sqaq Sant’ Anġlu u l-aċċess

għall-pubbliku mill-Misraħ għall-isqaq li filfatt qed jipprovdi passaġġ eċċellenti għaz-zona

kollha tal-Gwiedi u l-pjazza tal-Knisja.

Page 12: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

12

o Toroq residenzjali

It-toroq li saru fl-ewwel fażi tal-Public Private Partnership, Triq il-Ħelsien, parti t’isfel ta’ Triq

Santa Katarina, Triq Lvant, il-parti ta’ fuq ta’ Triq Bandolier, Triq Bisqallin u d-dħul ta’ Vjal

25 ta’ Novembru swew € 312,857, li kien prezz vantaġġjuz, l-aktar meta wieħed iqis kif ser

jitħallsu. Erbgħin fil-mija fl-ewwel sena maqsumin bejn il-Kunsill u l-Gvern, għoxrin fil-mija

fit-tieni sena l-istess f’porzjon indaqs bejn il-Gvern u l-Kunsill u l-bqija, fuq it-tmien snin ta

wara, kif turi t-tabella t’hawn taħt:

40% 20% 10% 5% 5% 5% 5% 5% 5%

2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 Kunsill Lokali Zejtun

€31,285 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €62450 €31,285

Gvern Ċenrali

€62450 €31,285

Kellna ppreparat ix-xogħol fuq sitt toroq oħra bi stima ta’ € 275,000. It-toroq inkwistjoni

huma: Triq tal-Palazzi, Misraħ Giovanni De Domenico, Triq Taltas, Triq Marsaxlokk, Triq ta’

Tavlin u l-parti ta’ ġewwa ta’ Triq Dun Spir Grixti, li kienu ser jitħallsu kif ġej:

2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020

Kunsill Lokali Zejtun €55,000 €27,500 €27,500 €13,750 €13,750 €13,750 €13,750 €13,750 €13,750

Gvern Centrali €55,000 €27,500

Minkejja li kif jidher ċar li l-Kunsill ser jitgħabba bi spejjeż li jkarkru sa’ l-2020 dan kellu l-

barka tal-Gvern u la l-Gvern kien ser joħroġ 30% ta’ l-ispiza ma stajniex nirrifjutaw li nidhlu

f’din l-iskema. L-isfortuna hi li għalkemm ħrigna l-offerti darbtejn l-ebda kuntrattur ma ried

jidħol ghal dawn it-toroq u jitħallas kollox tmien snin wara li jintemm il-proġett.

Xorta waħda l-Kunsill ghadu qed ifittex soluzzjoni kif tixhed il-korrispondenza li ghandna

mal-gvern. Irridu nzommu f’moħħna li ma jagħmilx sens li nagħmlu l-Kunsill b’dejn li ikisser

l-operat tal-Kunsill. Hemm kuntratturi li lesti jaċċettaw li jitħallsu fuq tliet snin pero biex isir

hekk il-Gvern irid izid il-porzjon tiegħu kwazi b’€ 100,000.

Page 13: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

13

L-wegħda mingħand id –Dipartiment li saret nhar 4 ta’ Dicembru, 2012 kienet li kellu jkollna

xi forma ta’ risposta pożittiva fl-ewwel xhur tas-sena 2013. Sal-lum għadna bla twegiba, iżda

xorta ghadna ninsistu biex il-Gvern jerfa r-responsabbilta tiegħu

o Toroq distributorji

L-istat tat-toroq huwa ta’ uġiegħ ta’ ras għall-Kunsill. Il-problemi taghna ma jikkonċernawx

biss toroq residenzjali iżda għandna problema oħra bit-toroq distributorji. Is-sena d-dieħla l-

Kunsilli jagħlqu għoxrin sena. Bosta toroq li ghoxrin sena ilu kienu għadhom fi stat aċċettabli,

illum jinsabu fi stat disaztruz u periklu kontinwu. Fiż-Żejtun għandna t-toroq distributorji

kollha bhal Triq il-President Anton Buttigieg, Triq Dun Lawrenz Degabriele, l-ewwel parti ta’

Triq id-Dahla ta’ San Tumas (minn wara San Girgor sal-Housing Estate ta’ Hal Tmin), Triq

Hal Tarxien u minn Bir id-Deheb sa Triq Bormla medda ta’ madwar erba kilometri bi spiza li

tlaħħaq miljuni ta’ Ewro. Il-gvern jgħid li dawn it-toroq huma responsabbilta diretta tal-Kunsill

minkejja li m’humiex toroq attwalment residenzjali, izda huma b’mod car u fattwali toroq

distributorji li miż-Żejtun iwasslu għal centri importanti bhal Freeport, l-Ajruport u z-zona

Industrijali ta’ Buleben. Il-wicc ta’ dawn it-toroq ilu li sar tletin sena, spiċċa rqajja fuq rqajja u

Transport Malta tgħidilna li dawn it-toroq jinstabu f’dan l-istat tort tal-Kunsill. Ma waqafniex

nipprotestaw u mhux bi ħsibna nieqfu qabel ma nieħdu sodisfazzjon u Żejtun jieħu dak li

jixraqlu, toroq distributorji tajba u ta’ livell gholi kif jixraq lil pajjiż ewropew.

Triq il-President Anton Buttigieg Triq Alfredo Cachia Zammit Triq Arċipriet Degabriele

Page 14: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

14

o Qasam tad-Djar ta’ Hal Tmin

Fil-Qasam tad-Djar ta’ Hal Tmin ħdimna flimkien mad-Dipartiment tad-Djar fuq żewg skemi,

waħda ghal tiswijiet u tisbiħ fil-komun tal-blokki u l-oħra għal xoghol ta’ l-infrastruttura fuq l-

inħawi li jdawwru l-blokki tal-flats. L-ewwel skema kienet ta’ € 5,000 għal kull blokk u

għaliha daħlu:

tlettax –il blokk b’nefqa totali ta’ € 65,000

nefqa ta’ € 70,000 biex inbnew mill-gdid il-ħitan immermra li kienu jdawwru l-blokki,

partijiet mill-bankini u mogħdijiet bejn il-blokki.

€ 16,000 kisi bit-tarmac għat-tkabbir tal-parking area fuq il-periferija tal-Qasam tad-

Djar

Dawn ma jinkludux ix-xogħol kbir li sar bi spejjeż tal-Kunsill fuq il-bini tal-ħajt ta’ ilqugħ fuq

in-naħa ta’ wara tal-qasam tad-djar li tmiss ma’ l-għelieqi (rapport dettaljat qed jidher fit-

taqsima tal-Familja u Komunita).

L-istess skemi u proċeduri mistennija jitħaddmu fil-qasam tad-djar ta’ Ganza u dak ta’ Gebel

San Martin. Filfatt ix-xogħol fuq il-komun tal-blokki f’Ta’ Ganza diġa lest u fis-Sajf mistenni

jibda x-xoghol fuq barra.

o Il-progett “Minn Kappella sa Kappella”

€ 250,000 minn Fondi Rurali Ewropej

Progett kbir li l-Kunsill beda x-xogħol fuqu fis-Sajf ta’ 2012 u mistenni jintemm sa nofs 2013

huwa r-restawr, ristrutturat u tisbiħ ta’ tul ta’ kilometru fil-mixja mill-kappella ta’ Santa Marija

ta’ Ħal Tmin sal-Kappella ta’ San Niklaw imsejjħa “Minn kappella sa kappella”. Dan il-

progett li sibna l-għajnuna għalih mill-fondi specifikament għaz-zona rurali ser jibdel id-dehra

ta’ din iz-zona minn waħda ta’ telqa, abbandun u li tgerxek għal waħda li tippromwovi l-

iżvilupp sostennibli fiz-zoni rurali u li ser tgħaqqad ix-xaqliba tal-parroċċa antika taż-Żejtun

mal-inħawi li fuq naħa jwasslu għar-Ramla taz-Zejtun u Wied il-Għajn u n-naħa l-oħra li

Page 15: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

15

twassal ghal Tas-Silġ / Delimara u Marsaxlokk. L-ewwel fazi dik fuq in-naħa ta’ Santa Marija

ta’ Hal Tmin tlestiet, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Misraħ Strejnu li ser jitbiddel f’masġar u

fit-tielet fażi jgħaqqad dawn l-inħawi mal-kappella ta’ San Niklaw. Dan hu proġett li l-ewwel

għan tiegħu huwa li jixpruna l-iżvilupp rurali sostenibbli u jagħmel kuraġġ lil bosta Żwieten illi

jaħdmu r-raba ta’ l-inħawi, joffru ħinhom u xogħolhom biex izommuh fi stat tajjeb u jgħin

ukoll lil dawk l-imprendituri li bdew u jridu jizviluppaw l-Agro-Industrija fl-inħawi.

Xogħolijiet fuq il-proġett – “ Minn Kappella sa Kappella”

Page 16: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

16

Rapport tal-Viċi Sindku – Komunita’ u Familja

Wasalna fuq l-għatba tas-seba’ elezzjoni tal-kunsilli lokali tagħna. B’wiċċi minn quddiem

nista’ ngħid li kienu 19 –il sena sbieħ, eċċitanti w’ interessanti. Diversi residenti, illum il-

ġurnata qed japprezzaw ix-xogħol kbir li sar matul dawn is-snin. Sena wara sena wassalna

ħidma sfieqa, kontinwa u konkreta u sens ċiviku, sod u mexxej b’risq iż-Żwieten kollha, b’

impenn attiv u b’dedikazzjoni kbira. Kienu diversi r-responsabilitajiet mgħoddija lili mis-

sindku, s-Sur Joe Attard. Barra dawk soċjali u komunitarji kelli responsabilitajiet oħra

impenjattivi u nispera li kont ta’ kontribut għalikom.

B’wiċċi minn quddiem nista’ ngħid li kienu snin sodisfaċenti ħafna. Flimkien mas-sotto

kumitat tiegħi, li huwa kompost minn Abela Rita, Attard Jessie, Agius Shirley, Farrugia

Jennifer, Farrugia Malcolm, Scicluna Carmelo, Spangol Brandon, Zammit Annie, Zammit

Leli, Zammit Francesca, Vella German Lorry, Vella German Gita, u Caruana Christian

irnexxielna nwettqu ħidma utli u kienu strumentali fil-ħidma tiegħi b’risq iż-Żwieten kollha.

Kull meta l-kunsill talab l-għajnuna tagħna sabna warajh.

Bħas-snin l-imgħoddija komplejet bil-ħidma tiegħi kalendarja kif ukoll b’inizjattivi ġodda

immirati lejn kull persuna u b’mod speċjali lejn kull minn iħossu imwarrab fis-soċjeta’ tagħna.

L-ħidma u x- xogħol volontarju b’risq il-kommunita’ u l-familja qatt ma naqsu min- naħa

Page 17: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

17

tiegħi, minkejja kull diffikulta li wieħed seta’ kellu matul din is-sena. Ħidma fis-skiet u

b’konfedenzjalita’ kbira. Il-ħidma tiegħi mhux dejjem tkun tidher pero’ ix-xogħol fil-

komunita’ kien wieħed mexxej fejn ġew organizzati diversi attivitajiet b’risq iż-Żwieten

kollha.

Tfal Adottaw anzjan/a. “Arja ta’ Ferħ u Stima”.

Din l-attivita’ ġiet mneddija f’ Mejju 2012 waqt programm ta’ varjeta’ mit-tfal fiż-Żejtun Day

Centre. Dan il-programm tkompla bejn ix-xhur tas-sajf u Diċembru. It-tfal kienu jżuru l-

anzjani regolari fil-preżenza tiegħi u jiġu ppremjati għal kontribut tagħhom. Din l-inizjattiva

ser titkompla matul is-sajf li ġej ukoll.

Żjarat regolari lill-Anzjani taż-Żejtun Home u San Vinċenż

Page 18: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

18

L-għan ewlieni tagħna jibqa’ li nkomplu ngħinu u nagħtu kull iniżjattiva lit-tfal tagħna sabiex

jikbru fil-ħsieb u żvilupp personali tagħhom. L-inizjattiva ‘It-tfal Jaddotaw Anzjan’ saret fuq

skala akbar fejn diversi tfal mill-iskola primarja A u B addotaw anzjan/anzjana. L-idea ġiet

milqugħa tant lit-tfal ta’ Yr. 3,4 u 5 madwar 80 studenti daħlu fil-proġett.

KIDS CLUB KULL NHAR TA’ SIBT

Ħidma kontinwa favur it-tfal kompliet issaħħaħ dak li bdejna 19–il sena ilu, fejn minn

ċkunithom it-tfal tagħna jkunu fuq l-agenda tagħna. Diversi ħarġiet, attivitajiet u inizjattivi

edukattivi kienu mmirati lejn it-tfal kollha. L-importanza ewlenija din is-sena kienet il-

kampanja edukattiva favur komunita’ sostenibli.

Attendenza numeruża ta’ tfal fil-Kids Club

Il-kids Club huwa xhieda ta’ dan. Diversi tfal qed jattendu nhar ta’ Sibt mit-3.00pm sal-5.00

pm. fiċ-Child Day Care Center Ġnien San Girgor. Dan huwa bla ħlas. It-tfal minn tlett snin ‘l

fuq jisgħtu jattendu u jieħdu sehem fl-attivitajiet li jiena intellgħa minn żmien għal żmien. Kull

attivita u inizjativa kienet ibbażata fuq l-prinċipju ewlieni dak ta’ żvilupp personali ta’ kull tifel

u tifla.

Page 19: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

19

CHILD DAY CARE CENTRE

Ix-xogħol fuq ic-Child Day Care Centre miexi sew u nisperaw li ma jdumx ma jibda jilqa’ l-

ewwel tfal Żwieten. Dan il-child care centre għandu jkun ta’ għajnuna għal dawk in-nisa u l-

irġiel li jixtiequ jħallu lit-tfal f’post centrali sabiex huma jkomplu bix-xogħol jew bl-istudju

tagħhom.

Kien kważi tmien snin ilu, meta d-day care centres għat-tfal kienu fil-bidu tagħhom li s-Sindku

Joe Attard ippropona li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun ikollna ċ-ċentru ta’ ħarsien tat-tfal matul il-

Jum. Kienet proposta ta’ viżjoni għal dak li kien ġej. Kienet ukoll proposta ta’ valur soċjali

kbir, ambizzjuza u ta’ unur għaż-Żejtun. Jien lqajt din l-isfida għax għalija il-ħidma soċjali hija

l-aqwa kontribut li nista noffri bħala kunsilliera. Kont naf li ser ikolli l-appoġġ sħiħ tas-Sindku

u middejt għonqi għax-xogħol. Kienet sfida kbira għax il-Gvern ma jallokalniex finanzi għall-

qasam soċjali. Il-post magħżul kien il-binja tal-kunsill fi ġnien San Girgor wara il-Klabb tal-

Boċċi.

Iżda din kienet ħolma għax ridna insibu finanzi għal dan il-għan. Is-soluzzjoni kienet li l-flus li

ndaħħlu mill-kera tat-Tribunal Lokali li l-Kunsill għandu fi Ġnien San Girgor jiġu dedikati

għal dan il-progett. Meta l-binja kienet għada ġebel u saqaf, konna diġa nfaqna mal-€100,000 u

l-binja kienet għadha ġebel u saqaf. Is-Sindku u l-kunsill ridna li l-Gvern jidħol sħab magħna

biex inkomplu u ntemmu x-xogħol kollu. Din it-talba qatt ma ntlaqet u kien biss fil-budget ta’

2010 li l-Gvern aċċetta li joffrilna €40,000. Komplejna bix-xogħol tal-kisi, madum, dawl u

ilma iżda l-finanzi ma kienux biżżejjed biex inlestu minn kollox.

Page 20: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

20

FAŻIJIET TAX-XOGĦOL FUQ IL-BINI TAD-DAY CARE CENTRE

Lejn tmiem 2011 kelli x-xorti li nagħmel kuntatt ma’ Janice Crompton it-tifla ta’ Joe Abela (il-

Ġammai), Żejtuni emigrant f’Melbourne l-Awstralja li kien ġabar flus b’risq it-tfal Żwieten.

Wara li spjegat lil Janice x’kien qed iħejji il-Kunsill Lokali tagħna hija offriet €25,000 mill-

fond li missierha kien ġabar flimkien mal-kumitat tas- St. Catharine’s Social Club

f’Melbourne. Janice offriet ukoll €35,000 lil- Inspire ta’ Buleben.

L-għotja ta’ Janice għenitna narmaw iċ-ċentru bl-għamara meħtieġa u nittamaw li ninawguraw

iċ-Ċentru qabel dan is-sajf. Fuq proposta tiegħi stess u approvata mill-kunsill kollu dan iċ-

Ċentru ser ikun jismu IL-MANUĊĊA CHILD DAY CARE CENTRE ZEJTUN, isem

sinonimu magħna iż-Żwieten u l-logħob taż-żgħar.

Page 21: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

21

FAMILJA

Aħna jimpurtana minn dak kollu li jkun qed isseħħ madwarna sabiex nipproteġu lill-familja

kollha. Il-valur tal-familja jibqa’ ewlieni u jiggarantixi stabilita’ fost iż-Żwieten għal soċjeta’

b’saħħitha. Diversi attivitajiet ġew orrganizzati u kienu apprezzati ħafna fejn kien jkollna

attendenza numeruża għal kull attivita’.

Attivitajiet li saru b’risq il-familji Żwieten:

Ħarġiet għall-familja.

Diversi korsijiet

Weekend Breaks

Tqassim tal-boroz ħodor lil kull familja

Hikes

Zjara kulturali fi Sqallija

Ħarġa għas-7 Visti

Wirja tal-karozzi f’Ħal Tmiem

Ħarġa għall Imnarja

Ħarġa għall Għawdex

Korsijiet għall-kulħadd

High Tea

Dinner Dance

Jum L-Omm u Jum il-Missier

Ħarġiet mal-Musec

Tislima Sajf

Il-Festa Magħna

Page 22: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

22

PROBLEMI SOCJALI SOLVUTI FIS-SKIET

Diversi familji jiltaqgħu ma’ diversi problemi soċjali. Hawn jiena nieħu ħsieb li nkun viċin

dawn il-familji vulnerabli u nagħti l-għajnuna tiegħi sa fejn nista. Huwa importanti ħafna li

nkunu ta’ wens għal dawn il-familji. Bħala politiċi tal-lokal ma nistgħux inwegħdu affarijiet li

ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ tagħna, iżda naħdmu ma’ entitajiet nazzjonali sabiex ngħinu

lil dawk li jkunu fil-bżonn billi nwasslu t-talbiet tagħhom quddiem id-dipartimentI konċernati.

SAĦĦA

Bħala kunsill lokali m’aħniex direttament involuti iżda nagħmlu ħilitna b’risq iż-Żwieten anke

f’dan il-qasam. Hekk norganizzaw:

Tilqima ta’ l-influwenza

Stroke awareness campaign

Qari ta’ l-insulina fil-kunsill

Diskussjoni fuq Prevenzjoni ta’Mard Mentali

Żjarat lill-persuni b’diżabilita’

Manutenzjoni u l-użu tal-Berġa.

HOUSING

Il-housing ukoll mhux responsabilita’ diretta tagħna, iżda minn dejjem kont nisma’ u ngħin lil

residenti tal-binjiet tal-gvern li għandna ġewwa ż-Żejtun. Aħna għandna 16 –il blokka ġewwa

Ħal Tmiem, 10 blokki ġewwa ta’ Ganza u 3 blokki f’Gebel San Martin, 29 blokka li fihom

jgħixu mad-900 mitt persuna.

Manutenzjoni u Tisbiħ fil-Komun

Tliet snin ilu ġejna mitluba mis-CEO ta’ l-Awtorita’ tad-Djar Dr. Buttigieġ sabiex flimkien

nagħtu bidu għal xogħol fil-komun tal-binjiet tal-Gvern. L-ewwel skema kienet ta’ € 5,000

għal kull blokk ta’ appartamenti iżda r-residenti riedu jiffurmaw kumitat għal kull blokk. Fil-

Page 23: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

23

Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmiem applikaw tlettax minn sittax. Għal ewwel, l-offerta tad-

Dipartiment kienet sabiex iduru l-blokk minn barra u minn ġewwa iżda fuq l-insistenza tiegħi u

tas-Sindku, d-Dipartiment fehem li € 5,000 kienu jservu biss għall-komun ta’ kull blokk minn

ġewwa

Fis-Sajf ta’ 2011 beda x-xogħol fuq il-komun u sa tmiem is-sena sar x-xogħol fi tlettax il-blokk

ta’ Ħal Tmiem u lejn tmiem is-sena 2012 intemm x-xogħol fuq il-komun tal-blokki kollha

f’Ta’ Ganza. Din is-sena jmiss il-blokki f’Ġebel San Martin. Ir-residenti jafu kemm ħdimt

mill-qrib magħhom u bl-għajnuna tas-Sindku nista’ ngħid li kellna riżultat tajjeb, mfaħħar mir-

residenti kemm ta’ Ħal Tmiem kif ukoll Ta’ Ganza.

F’Ħal Tmiem beda wkoll ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq barra. Bl-inizjattiva tiegħi u tas-Sindku

nbnew mill-ġdid il-ħitan li kienu tmermru u qed jaqgħu, saru bankini ġodda u anke mogħdijiet

ġodda. Sar ukoll xogħol fuq it-triq li ddawwar il-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmiem u tkabbar il-

parking fejn aktar minn sitt mitt metru kwadru nksew bil-hot tarmac.

Dehra tat-turgien f’wiehed mill-blokki wara li

ġie rinovat Il-cabinets ta’ l-arloġġi ta’ l-ilma u tad-dawl li saru

mill-ġdid bl-Aluminium

Page 24: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

24

Il-bini ta’ ħitan li qed isir permezz ta din l-iskema

Baqa xogħol ieħor xi jsir u dan jitlesta fis-sajf li ġej. L-istess skema għandha titkompla u hekk

nibdew ix-xogħol fuq barra f’Ta’ Ganza u fil-Komun tal-blokki ta’ Ġebel San Martin.

GĦELUQ

Fil-qosor tajt ħarsa ħafifa lejn ix-xogħol tiegħi fejn kienet sena oħra impenjattiva. Bħal kull

sena jiena attendejt għal diversi seminars kemm f’Malta u barra minn Malta, kont strumentali

ukoll f’diversi riċerki li saru fuq il-kunsill tagħna. Minkejja li jiena dħalt lura x-xogħol tiegħi

ma’ l-Aġenzija Sedqa bħala Prevention Facilitator fl-iskejjel matul il-ġurnata, bqajt nattendi u

nkun ta’ servizz fil-kunsill lokali tagħna. Wieħed irid jiftakar li dan huwa xogħol volontarju,

xogħol li jien dejjem għamilt minn qalbi għaż-Żwieten kollha.

Qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja lil-familja tiegħi, lis-Sindku s-Sur Joe Attard għal fiduċja li

dejjem tagħni fil-ħidma tiegħi, lil-Kunsilliera, membri kollha ta’ l-istaff fosthom lis-Segretaju

Anton Falzon, lil sħabi tas-sotto kumitat u liż-Żwieten kollha għal fiduċja li dejjem tawni.

Mill-ġdid inwiegħed li nibqa leali lejn is-Sindku, Sħabi kunsilliera, staff, sotto kumitat u mhux

l-anqas lir-residenti Żwieten.

Page 25: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

25

Anthony Seychell - Storja, Kultura u Turiżmu.

Kull bidu fih it-tmiem, tant li dan hu l-aħħar rapport għall-ħames sena tas-sitt Kunsill Lokali

taż-Żejtun (2008 – 2013).

Nhar id-19 ta’ Marzu niċċelebraw Jum iż-Żejtun. Din l-attivita` twassal għal-Lejla Mużiko

Letterarja, li tinżel tajjeb ma’ l-udjenza numeruża li tattendi. Din tinkludi qari ta’ siltiet mill-

Konkors Letterarju Annwali. Tingħata prominenza lid-Djalett Żejtuni u li dwaru jingħata

Trofew għal min iġib l-għola marka. Ikun hemm stennija biex isir magħruf il-persuna li

tingħata “Ġieh iż-Żejtun”.

IS-SINDKU JOE ATTARD JIPPREŻENTA IT-TROFEW ĠIEĦ IŻ-ŻEJTUN 2012 LIL

LINO PSAILA AWTUR PROLIFIKU TAL-KITBA BID-DJALETT ŻEJTUNI U AWTUR TA’ PUBLIKAZZJONI

FUQ L-ISTESS SUĠĠETT.

Ta’ kull sena nagħmlu tifkira simbolika tat-traġedja tat-2 ta’ Mejju, 1942, li fiha mietu 27

persuna, kaġun ta’ attakk mill-ajru. Din is-sena kien jaħbat is-70 Anniversarju, napprezzaw li

kien hemm attendenza tajba.

Page 26: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

26

TIFKIRA LILL-VITTMI TAL-GWERRA

F’lulju ta’ din is-sena kellna l-11 edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Inbid. Tieħu sehem ġurija

indipendenti li toħrog verdett trasparenti u ġust. Tim mis-Sotto Kumitat ikun strumentali biex

il-kompetizzjoni tibda sal-aħħar bla xkiel. Din is-sena l-premjijiet kellhom statura attrajenti.

Ta’ min jinnota li hemm spazju biex jikber s-sehem ta’ għassara Żwieten f’din il-

kompetizzjoni.

F’Ottubru kellna l-Wirja Annwali tal-grupp “Filatelija Żejtun”. Kienet wirja ta’ livell tajjeb

ħafna u kienu ħafna dawk li żaru l-istess wirja. Din il-wirja tkun mistennija ħafna mill-membri

tal-grupp. Tajjeb jingħad li dan il-grupp huwa wieħed determinat ħafna, attendenza numeruza u

regulari għal laqgħat ta’ kull xahar. Ħuma jħossuhom ħaġa waħda minn wirt missirijietna li

bdew din l-attivita` fiż-Żejtun aktar minn 75 sena ilu.

Grupp Filatelija Żejtun

Page 27: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

27

GRUPP ILĦNA POEŻIJA

Laqgħat oħra jsiru tul is-sena kollha, fix-xahar, mill-grupp “Ilħna Poeżija”, Hawn l-attendenza

naqset sew minkejja l-appelli biex dan ma jseħħx. Hija ħasra li laqgħat b’tant interess varjat,

kemm fuq il-linji u vrus il-poeżija, kif ukoll dwar l-ilsien Malti, ma jigux apprezzati.

KUNĊERT ANNWALI TAL-MILIED:

Attivita` li daħlet sew, tant li qed tħalli l-marka tagħha fil-kalendarju kulturali taż-Żejtun, hi l-

Kunċert Annwali tal-Milied. Xi ħaġa li tkun mistennija sew. B’sodisfazzjon nistqar li l-Kunċert

tal-Milied ta’ din is-sena kien l-aqwa wieħed fost it-13 li saru. Spikka sew f’diversi livelli; l-

attendenza kbira, kor numeruż, l-istil u d-dixxiplina tal-membri tal-kor, kif ukoll il-

parteċipazzjoni ta’ l-udjenza. Kollox u b’kulħadd inħolqot atmosfera ferriħija, kif jitlob il-

Milied.

KUNĊERT TAL-MILIED 2012 – KOR ST. MONICA

Page 28: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

28

TROFEW CARLO DIACONO:

Waqt interval qasir fil-Kunċert tal-Milied ingħata l-premju Bandist tas-Sena, Trofew “Carlo

Diacono”. Din kienet id-9 edizzjoni ta’ dan il-premju li jingħata bħala inkuraġġament għat-

tagħlim ta’ l-Arti Mużikali Bandistika fiż-Żejtun. Ta’ kull sena ż-żewg baned Żwieten “L-

Għaqda Banda Żejtun” u “l-Għaqda Mużikali Beland” jinnominaw Bandist minn Banda

rispettiva tagħhom għal dan il-premju prestiġjuż.

Għal darba oħra kull bidu fih it-tmiem u dan hu l-aħħar rapport tiegħi bħala Kunsillier. Servejt

għal 18 il-sena u 7 xhur, nistqarr li b’sens ġenwin tajt l-aħjar tiegħi fl-interess taż-Żwieten.

B’sodisfazzjon nemmen li l-attendenza u l-imġieba tiegħi kienu ta’ kontribut qawwi biex

flimkien ma’ sħabi l-Kunsilliera kissirna dik l-istigma li tant għamlet ħsara lilna ż-Żwieten.

Inrodd ħajr lill-membri tas-Sotto Kumitat, kienu taħlita b’saħħitha li għenuni tul daż-żmien

kollu.

Nawgura l-akbar suċċess għall-Kunsilliera futuri kollha.

Il-Viċi Sindku Joan Agius tippreżenta l-premju

Carlo Diacono 2012 lill-bandisti żgħażagħ Żwieten

Page 29: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

29

Richard Darmanin - Pulizija, Kummerc, Traffiku u Trasport Pubbliku.

L-ARRIVA

Meta f’Lulju ta’ l-2011 bdiet titħaddem is-sistema ta’ trasport pubbliku bl-Arriva, fiż-Żejtun

tlifna s-servizz ċirkulari għall-Belt Valletta, b’riżultat li tliet kwarti taż-Żejtun, inkluż dawk

fin-naħiet tal-Qasam tad-Djar ta’ Ganza, San Girgor u Ħal Tmiem, kellhom jimxu sat-terminus

f’Misraħ Carlo Diacono.

Il-Kunsill Lokali mill-ewwel nieda kampanja biex jerġa jġib is-servizz lura għal dak li kien

qabel Lulju. BĦALA AZZJONI MMEDJATA, LĦAQNA FTEHIM BIEX IKOLLNA

SERVIZZ TAL-LINJA MILL-PRIVAT. ANQAS LAĦQU GĦADDEW ERBA

SIEGĦAT, META L-OPERATUR PRIVAT ĠIE AVŻAT MINN TRASPORT MALTA

LI KIENU SER JIEĦDULU L-LIĊENZJA U S-SINDKU U L-KUNSILL ĠEJNA

AVŻATI LI QED NIKSRU L-LIĠI. KIEN HEMM MIN QAL LI RIEDU

JARRESTAWNA.

Il-poster fi dħul taż-Żejtun li dam hemm sakemm ir-rotta ġiet lura.

Page 30: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

30

PROTESTA FUQ IS-SERVIZZ TA’ L-ARRIVA

L-unika triq li kellna kienet li nibdew kampanja biex jerġa’ jkollna r-rotta 29 kif ukoll servizz

dirett għall-isptar Mater Dei. Irsistejna u tħabatna sakemm bdiet taħdem ir-rotta 84 li ddur

maż-Żejtun kollu għall-Belt, iżda din ma tidħolx f’Raħal Ġdid.

Is-servizz tal-linja fiż-Żejtun kważi ġie għan-normal. Għadna ninsistu:

1. Illi r-rotta ċirkolari tgħaddi

minn Raħal Ġdid, speċjalment

minħabba ċ-Ċentru tas-Saħħa

2. Is-servizz lejn l-Isptar Mater

Dei jgħaddi wkoll minn

Gwardamangia peress li l-Isptar San

Luqa reġa qed joffri servizzi tas-saħħa,

kif ukoll biex jinqdew l-istudenti tal-

Junior College.

KIF IRNEXXIELNA NĠIBU S-

SERVIZZ TAR-ROTTA 84 U S-

SERVIZZ DIRETT LEJN L-

ISPTAR MATER DEI, SER NIBQGĦU NINSISTU BIEX IKOLLNA R-ROTTA LI

TGĦADDI MINN RAĦAL ĠDID U R-ROTTA TA’ MATER DEI TGĦADDI MINN

GWARDAMANGIA.

Page 31: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

31

PULIZIJA

Bqajna niltaqgħu regolarment ma rappreżentanti tal-Pulizija. Il-kapijiet sew il-Kumissarju is-

Sur John Rizzo, kif ukoll is-Supretendent is-Sur Ray Vella Gregory, l-Ispettur Arthur Mercieca

u l-Pulizija fl-Għassa taż-Żejtun ikkoperaw mas-Sindku, miegħi bħala l-Kunsillier

responsabbli u l-Kunsilliera l-oħra. Il-problema li baqgħet dejjem tippersisti, hija li jeżisti

nuqqas ta’ Pulizija u għalhekk ċertu sorveljanza kontinwa fl-inħawi t’abbuż ma tistax tiġi

provduta.

KUMMERĊ

Man-nies tal-kummerċ fiż-Żejtun nżommu relazzjonijiet tajba u nippruvaw ngħinuhom f’dak li

jinħtieġu. Waħda mit-talbiet li jkollna ta’ sikwit hija biex nipprovdu Loading/Unloading Bays

fejn ikunu jistgħu jħottu u jgħabbu iżda dan ma jiddependix mill-Kunsill, iżda minn Transport

Malta li ftit jew xejn joħorġu permessi bħal dawn.

Traffiku

It-Traffiku kemm fiċ-Ċentru, kif wkoll fil-periferija sar problema dejjem tikber.

Fiċ-Ċentru għadna bil-problema ta’ dħul u ħrug mill-istess Triq, jiġifieri Triq San Girgor.

Qabel ma jkollna l-estensjoni ta’ Triq Falkunier għaz-zona ta’ San Klement il-problema ser

tkompli tikber.

Fil-periferija għandna l-problema ta’ traffiku nsapportabbli fi Triq Cachia Zammit u Triq il-

Labour sa Bir id-Deheb. Fuq il-pjanti hemm il-ftuħ ta’ Triq Toni Zahra iżda baqa ma sar xejn

minn Transport Malta. Ma ninsewx l-istat orribli tat-Toroq fil-periferiji li Transport Malta

għadha tinsisti li huma responsabbilta diretta, tal-Kunsill meta min hu f’sensiħ jirrikonoxxi li

dawn huma toroq prinċipali u l-bogħod ferm minn kull possibilita li nirkuprawhom bil-finanzi

tal-Kunsill.

Page 32: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

32

Lisa Willie Piscopo – Ambjent

Separazzjoni ta’ l-iskart

Nibda sabiex niżżi ħajr lil-Viċi-Sindku Joan Agius u s-sotto kumitat li baqgħu imexxu l-

kampanja għas-separazzjoni ta’ l-iskart. Il-boroz ħodor baqgħu jitqassmu fil-ħin kull erba’ xhur

u s-separazzjoni fid-djar żdiedet tant li naqset mill Bring-in-Sites. Ir-riżultat miksub huwa

nkoraġġanti ferm. Infatti naqas ħafna il-piż ta’ l-iskart orġaniku li nipproduċu fiż-Żejtun.

B’aktar edukazzjoni għandna naslu biex nilħqu l-miri nazzjonali u jekk kulħadd jikkopera

nkunu ta’ ezempju għall-ħaddieħor.

L-Indafa

Kif jgħid il-Malti l-ewwel ma’ tiġbed l-għajn, u bix-xogħol li qed jagħmel il-Kunsill, id-dehra

ġenerali fiż-Żejtun hija waħda tajba. Dan hu riżultat tax-xogħol siewi u bla waqfien li jagħmlu

l-ħaddiema kemm tal-kuntrattur, kif wkoll tal-Cleansing Department li jaqgħu taħt il-kariga tal-

Kunsillier Joe Hales. Dan hu xogħol ma jaqta xejn. Tinħtieġ wkoll il-koperazzjoni tal-

pubbliku. Min-naħa tal-Kunsill nistgħu nżidu l-bins.

Klieb u Qtates

Huwa ferm sabiħ li nżommu l-pets. Żgur li fil-familji Żwieten żdiedet l-imħabba għall-

annimali seċjalment klieb u qtates. Min-naħa l-oħra jinħtieġ nżidu fostna r-rispett lejn l-ġirien u

ż-Żwieten l-oħra. Xejn mhu sabiħ li noħorgu l-klieb u ma nnadfux fejn iħammġu. Mhux sew li

noħorgu l-klieb iduru madwal l-iskejjel jew fil-ġonna pubbliċi u nimlew l-inħawi bil-ħmieġ tal-

klieb! Dan abbuż li jrid jieqaf ! Qed ikollna wkoll nkwiet bi qtates jiġru barra u b’dawk li

joħorġulhom l-ikel fl-inħawi residenzjali. Dawn qed joktru u jħammġu wara bibien in-nies.

Mhux qed nikkundannaw l-min iħobb l-qtates iżda l-ewwel u qabel kollox irridu

nikkonsideraw l-effett li dan jista jkollu fuq l-ġirien u r-residenti nġenerali.

Page 33: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

33

Stefania Fenech - Żgħażagħ u Sport

L-aħħar sena leġislattiva ta’ dan il-Kunsill serviet ta’ esperjenza għal bosta persuni fil-

komunita fejn jidħol il-qasam taż-żgħażagħ u sport. Il-kontinwita ta’ l-inizjattivi diġa eżistenti

u oħrajn ġodda kienu mportanti biex jintlaħqu ħafna aspettattivi u miri li lkoll kellna bħala

Kunsill Lokali.

Għal Youths@Local reġgħet għal darb’ oħra kienet sena mpenjattiva ħafna b’influss ġdid u

f’numru kbir ta’ adoloxxenti miż-Żejtun. L-attivitajiet li ttellgħu regolarment kienu varji imma

kollha bl-istess għan, li kemm jista jkun ikunu ż-żgħażagħ stess il-protagonisti tal-attivitajiet

organizzati minnhom stess, kemm għalihom u kemm għal żgħażagħ oħra u anke għall-

komunita nġenerali. Ftit mill-attivitajiet li tajjeb jiġu elenkati kienu :-

l-parteċipazzjoni f’Żigużajg Festival ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta

fejn assistejna għal drama mmirata għaż-żgħażagħ. Is-suġġetti milquta kienu l-bullying,

stress minn problemi varji fl-iskola u l-familja u peer pressure.

ŻIGUZAJG FESTIVAL

diversi attivitajiet sportivi u avventurużi fosthom KMS High Ropes f’Ta Qali, trekking

f’Wied Babu limiti taż-Żurrieq, night hike fil-limiti ta’ Delimara, stargazing f’Wied il-

Għajn matul il-lejl tad-Dmugħ ta’ San Lawrenz, End of Exams Bash ġewwa l-Pixxina

ta’ Żonqor.

Page 34: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

34

KMS HIGH ROPES F’TA’ QALI

Attivitajiet Filantropiċi

Il-volontarjat fl-attivitajiet ma naqasx fejn flimkien ikkontribwixxejna u ħadna pjacir li qed

nagħtu l-kontribut tagħna f’attivitajiet filantropiċi. F’Settembru, tellajna car wash ġewwa l-

pjazza tas-suq fejn kull donazzjoni li nġabret ingħatat lill-Fondazzjoni Nazaret waqt programm

imtella apposta ta’ ġbir ta’ fondi fuq One Tv. Is-somma miġbura kienet ta’ madwar Ewro 200.

Dakinhar iż-żgħażagħ ħadu sehem attiv fil-maratona billi għenu fit-telefonati u tellgħu slots ta’

żfin mill-AnimaCrea. Attivita oħra ta’ volontarjat fil-komunita kienet f’Diċembru fejn ħafna

miż-żgħażagħ ipparteċipaw fil-maratona ta’ 24 siegħa futbol imtella miż-Żejtun Corinthians

Youth Nursery b’risq l-Istrina 2012 billi bbukkjaw siegħa biex jgħaqqdu logħba bejn it-tfajliet

u l-ġenituri. Ħadna sehem ukoll fit-Treasure Hunt imtella mill-Parroċċa fejn filwaqt li

tgħallimna aktar dwar iż-Żejtun stajna ngħinu fil-ġbir ta’ fondi għar-restawr tal-Knisja. Għal

Halloween erġajna għal darba oħra mmirajna il-volontarjat biex jinġabar ikel għal dawk il-

familji mill-komunita stess li għandhom bżonnijiet partikulari.

MARATONA TA’ FOOTBALL

Page 35: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

35

Dawn kienu ftit mill-attivitajiet li tellajna matul is-sena li għaddiet. Nonqsu jekk ma nsemmux

l-attivita annwali Z@Freak 2012 fejn għall-għaxar edizzjoni tagħha rat il-parteċipazzjoni sħiħa

taż-żgħażagħ kemm mill-youths@local li jieħdu ħsieb ħafna mil-loġistika u armar tal-attivita

iżda anke diversi tfal u żgħażagħ kemm minn gruppi taż-żfin mil-lokal fosthom AnimaCrea,

Shake Dancers u Zapphire Dancers u ħafna oħrajn minn barra l-lokal. Li ma jkunx għal dawn

il-gruppi kollha li dejjem jistennew u jirrikorru għal din l-attivita ma’ tkun qatt tista tittella

attivita b’element professjonali u ta’ suċċess.

Il-laqgħat informali tal-youths@local huma element importanti fil-ħidma tagħna bħala Kunsill

Lokali fejn jiġu emfasizzati l-għanijiet prinċipali ta’ din l-inizjattiva li issa ilha għaddejja għal

dawn l-aħħar 11-il sena. L-għanijiet huma li kemm jista jkun naraw l-involviment sħiħ miż-

żgħażagħ fil-komunita, b’taħriġ dinamiku f’teamwork, leadership skills u personal skills. Il-

laqgħat jittellgħu ġewwa l-binja fi Ġnien San Girgor u saħansitra ġieli noħorġu fi spazji

pubbliċi oħra bħal Ġnien iż-Żgħożija biex inkomplu iktar napprezzaw dak kollu li għandna fil-

komunita. It-temi li naħdmu fuqhom huma varji, pero diskussjonijiet li kienu ferm interessanti

personalment għall-mod kif żvolġew kienu dawk li ffukajna dwar il-bullying b’emfasi fuq ic-

cyber bullying u ir-riskji tal-energy drinks. Laqgħat bħal dawn ikunu kkordinati minn youth

workers professjonali ġimgħa wara ġimgħa flimkien ma’ persuni oħra skont il-ħtieġa tas-

suġġett bħal pulizija, tobba u professjonisti oħra.

Inizjattiva oħra li bħala Kunsill tellajna f’Lulju 2012 kienet il-laqgħa informattiva tal-MCAST

fejn kelliema jiġu ġewwa l-bini tal-Kunsill u jwieġbu għall-mistoqsijiet li ż-żgħażagħ u l-

ġenituri ta’ dawk interessati li jidħlu f’xi Stitut ta’ dan il-livell terzjarju. L-għan prinċipali ta’

din il-laqgħa hija biex kemm jista jkun inħeġġu aktar żgħażagħ jibqgħu għaddejjin bl-istudji

tagħhom wara l-iskola sekondarja. F’din il-laqgħa li ssir wara t-tqassim tal-prospectus mill-

Kunsill stess, iż-żgħażagħ ikunu jistgħu isegwu iktar mill-qrib dawk il-korsijiet li ‘l aktar

jappellaw lilhom.

Page 36: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

36

MCAST MEETING

Proġett SK8PRK

Proġett ieħor li għadu kif ingħalaq matul ix-xahar ta’ Jannar kien SK8PRK – The Wall. Il-

kunċett ta’ dan il-progett kien il-krejattivita u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta’ mural

ġewwa Ġnien iż-Żgħożija biswit l-iskate park. Iż-żgħażagħ mil-lokalita ġew mistiedna

jissottomettu disinni differenti li jesebixxu l-imħabba għall-isport u n-natura. L-assistenza

krejattiva ta’ żagħżugħ artist miż-Żejtun stess , Clive Gerada kienet imprezzabbli fejn

amalgama d-disinni ta’ bosta żgħażagħ f’wieħed. Fil-ġranet tad-19 u l-20 ta’ Jannar, iż-

żgħażagħ parteċipanti pinġew il-ħajt sħiħ fejn wasslu messaġġ sabiħ u oriġinali mimli kuluri

f’post li fih jiltaqgħu ħafna żgħażagħ matul il-ġranet kollha tas-sena. U llum dan il-ħajt qed

iżejjen u kompla jagħti aktar kulur lil dan l-ambjent mimli enerġija u żgħożija. Biex

namalgamaw l-element sportiv f’dan il-proġett ħejjejna ukoll programm estensiv mifrux fuq

jumejn bil-parteċipazzjoni ta’ organizazzjonijiet sportivi. Assistejna għal arti marzjali mill-

House of Pain fejn setgħu anke jipparteċipaw tfal u żgħażagħ mhux membri, Zumba session,

wirja statika minn 20 mutur mill-Wolves of Odin, grupp ta’ bikers u sessjoni għal tfal ta’ taħt

il-5 snin miż-Żejtun Corinthians Youth Nursery.

Page 37: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

37

ATTIVITA` SK8 PRK “THE WALL”

L-attivita’ ‘SK8 PARK’

Relatat mal-isport komplejna stabilixxejna r-relazzjonijiet li għandna mal-għaqdiet sportivi tal-

lokal. Tellajna flimkien maż-Żejtun Corinthians Youth Nursery football festival għal tfal

Under 8 u Under 9 f’Jum iż-Żejtun nhar -19 ta’ Marzu bil-parteċipazzjoni ta’ 9 nurseries oħra

minn lokalitajiet oħra f’Malta. Kienet ġurnata sabiħa oħra fejn tara t-tfal jieħdu pjaċir flimkien

ġo ambjent san u sportiv.

Bqajna għaddejjin ukoll bl-isforzi tagħna biex naraw li kull persuna tkun attiva fiżikament u

bqajna naħdmu id f’id mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fis-sessjonijiet b’xejn fl-

aerobics għal kulħadd. Dawn jittellgħu regolarment ġewwa s-Sala tal-Kunsill ta’ Ġnien San

Girgor f’ħinijiet differenti minn instructors kwalifikati fil-qasam tagħhom.

Fl-egħluq ta’ dan ir-rapport faċli naraw li kienet sena oħra pożittiva għall-qasam tant vast. Ma

setgħetx tkun pożittiva li ma kienx għall-parteċipazzjoni u involvement ta’ dawk kollha li

jieħdu sehem attiv f’dak li norganizzaw. U ta’ dan kollu nirringrazzjakom għax huwa dan

kollu li jkompli jtina l-imbuttatura biex naħdmu aktar fil-komunita tagħna. Sforz l-esiġenzi

personali u familjari tagħna, ir-rwol tal-kunsilliera mhux wieħed faċli speċjalment meta tkun

qed trabbi u taħdem ukoll. Fuq livell personali, dil-ħidma tiegħi niddedikaha l-iktar lill-familja

tiegħi speċjalment lir-raġel u t-tifla tiegħi li jagħmluli l-kuraġġ biex nagħmel dan kollu. Minn

qalbi ukoll nirringrazzja lis-Sindku u l-kunsilliera kollha li ħdimt magħhom matul dawn il-5

snin għax tgħallimt ħafna mingħandhom u ħdimna flimkien bl-istess vizjoni li naraw liż-Żejtun

jiżviluppa aħjar. Ir-ringrazzjament tiegħi ukoll imur għall-istaff kollu kemm klerikali u dawk

manwali għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom biex inkompli nwettaq l-ħidma tieghi.

Page 38: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

38

Claude Camilleri - Edukazzjoni

F’din l-aħħar sena, u bħal kull sena li għaddiet, il-kunsill lokali nvesta biex l-edukazzjoni fiż-

Żejtun tkompli tissaħħaħ u tkun aħjar mis-snin ta’ qabel.

Il-korsijiet edukattivi organizzati mill-kunsill lokali, ta’ kull sena jkunu suċċess. Dejjem

nintroduċu xi ħaġa ġdida, biex nippruvaw li korsijiet edukattivi qatt ma jkunu ripetizzjoni bħas

snin ta’ qabel. Permezz ta’ għalliema kwalifikati, din is-sena tajna taħriġ, fil-Malti u fl-Ingliż.

Il-korsijiet ma’ jkunux immirati biss fil-grammatika tas-suġġett, imma anki kif mitkellem. Ma’

naqsux il-klassijet ta’ l-istory telling għat-tfal żgħar, fejn kien hemm numru sabiħ li applikaw.

Dawn reġgħu ġew organizzati fill-librerija pubblika, biex it-tfal jorjentaw ruħhom aħjar mal-

kotba.

KORSIJIET EDUKATTIVI

Saru korsijiet b’xejn fil-kompjuter għal kbar u għaż-żgħar. Flimkien, u bl-għajnuna ta’ TCTC,

fil-bidu tas-sena saru korsijiet tal-kompjuter għall-anzjani, filwaqt li fis-sajf li għadda saru l-

korsijiet għat-tfal mill-eta ta’ 5 sa 10 snin. Kien hemm numru sabiħ ħafna ta’ anzjani u tfal li

applikaw ghal dawn il-korsijiet. Ta’ dan nixtieq niżżi ħajr lis-Sur Ray Abela tal-għajnuna

tiegħu.

Page 39: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

39

LAQGĦA DWAR KORSIJIET BIL-KOMPJUTER

Biex inkomplu nnaqsu l-illiteriżmu, il-kunsill bil-għajnuna ta’ l-istitut Paolo Freire, li ta’ dan

nixtieq niżżi ħajr lil Fr. Vince Magri, flimkien mad-dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, reġgħu ġew

organizzati numru ta’ klassijiet fil-Malti u l-Ingliż kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba. Dawn saru

mingħajr ħlas u setgħu japplikaw għalihom adulti minn 16-il sena l-fuq.

Konna qrib ħafna mal-kapijiet ta’ l-iskejjel ta’ l-istat. Ikolla laqgħat regolari u konna hemm

għalihom meta talbuna l-għajnuna. Bħal ma għamilna fis-snin li għaddew, il-kunsill kien se

jixtri numru sabiħ ta’ ġugarelli biex jingħataw fi żmien il-Milied lit-tfal tal-kinder garten, imma

meta konna qed nitkellmu mal-kap ta’ l-istess skola, uriena li kellu f’moħħu proġett għal l-

istess skola u ħsibna li nistgħu nisponsorjaw parti minnu.

Żammejna kuntatti wkoll ma skejjel sekondarji barra miż-Żejtun fejn jattendu studenti żwieten,

biex jiġu ppremjati dawk l-istudenti żwieten li jkunu għamlu ġid f’xi qasam soċjali.

Librerija Ġużeppi Pulis Montebello

Mill-bidu nett li l-kunsill lokali ħa f’idejh it-tmexxija tal-librerija pubblika, il-kotba ma waqfux

ġejjin minn individwi. Kull sena nixtru ammont sostanzjali ta’ kotba ġodda. L-għażla tkun

Page 40: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

40

vasta kemm għal kbar u kemm għaż-żgħar b’lingwi differenti. L-ixkafef li saru mill-bidu nett

diġa mtlew .

Librerija Ġużeppi Pulis Montebello

Apparti d-donazzjonijiet u l-kotba ġodda li jixtri l-kunsill, ningħataw numru ta’ kotba oħra,

fosthom minn għand l-arċipriet u l-kunsill parrokkjali, u mingħand id-dipartiment tal-libreriji.

Il-kotba ġodda li ningħataw minn għand l-arċipriet ikunu nteressanti għax bosta minnhom

ikunu fuq tema reliġjuża.

Fil-ħinijiet li tiftaħ, il-librerija tkun bieżla ħafna u jagħmlu użu minna kemm irġiel, kemm nisa

u anki tfal. Peress li l-librerija qegħda fl’istess bini ta’ l-iskola primarja, jagħmlu użu minna l-

istess studenti b’mod regolari. Kemm ilna li għelibna l-problema li kellna, u issa qed niftħu

wkoll is-Sibt fil-għodu, in-nies li jattendu u s-self ta’ kotba żdied b’mod sodisfaċenti. Il-ħinijiet

li tiftaħ is-Sibt fil-għodu huma kemm fis-sajf u kemm fix-xitwa.

Il-kotba li jidħlu minn donazzjonijiet, dawn ikunu kotba użati imma f’kundizzjoni tajba ħafna.

Minn hawn nieħu spunt biex nirringrazzja lil dawk kollha li xi darba jew oħra taw xi

donazzjoni ta’ kotba lill-librerija, u nappella lil min għandu kotba tajbin u jkun irid itihom, jista

jagħmel dan billi joħodhom il-librerija biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom oħrajn.

Xogħolijiet li saru magħtul is-sena 2012, sar tibjid tal-faċċata tal-librerija minn barra u ġew

irranġati u miżbugħa t-twieqi u l-bibien kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Ġiet

Page 41: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

41

imnaddfa l-entratura ta’ quddiem il-librerija u x-xogħol ta’ tindif ġie mdaħħal fil-kalendarju

tal-kunsill biex jitnaddaf aktar ta’ spiss.

Iktar il-fuq għidt li l-ixkafef li saru fil-bidu nett imtlew. Żidna u saru xkafef ġodda fuq in-naħa

ta’ wara tal-librerija biex b’hekk ikollna fejn nagħmlu l-kotba li se nkomplu nixtru fi żmien li

ġej. Xogħol maħsub li jrid isir huwa li nagħtu dehra aktar sabiħa fejn id-daħla tal-librerija billi

jinżergħu siġar jew fjuri. Gew ordnati tabelli biex jindikaw it-triq u fejn qegħda l-librerija.

Konklużjoni

Kif wieħed jinnota minn dan ir-rapport, is-sena 2012 kienet sena pożittiva għalina l-

kunsilliera, fejn fil-ħin liberu tagħna ħdimna għal-ġid taż-Zwieten kollha.

Dan huwa l-aħħar rapport fejn tidħol l-Edukazzjoni u l-librerija Gużeppi Pulis Montebello għal

din il-leġiżlatura. Għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunita biex niżżi ħajr lil kull min ħadem

fil-qasam tiegħi, biex stajna nkomplu niksbu dawn ir-riżultati.

Grazzi mill-qalb ta’ l-għajnuna kontinwa li dejjem sibt. Nirringrazzja lil mara tieghi Antoinette

u t-tifel taghna Isaac Claude tal-paċenzja li jieħdu bija, lis-sindku lis-sur Joe Attard u l-sħabi l-

kunsilliera, lis-segretarju Eżekuttiv is-sur Anton Falzon u lill-istaff kollu tal-kunsill, lill-librara

tax-xogħol tajjeb li tagħmel, u lill-poplu Zejtuni ta’ l-appoġġ li dejjem tagħna.

Inħossni sodisfatt ħafna li mill-ftit ħin li għandi kont ta’ ġid għaż-Żwieten kollha, u nisperaw li

s-sena li ġejja nkomplu nsaħħu l-ħidma tagħna għal ġid ta kulħadd.

Page 42: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

42

Joseph Hales - Servizzi Ambjentali u Statistika

Fil-firxa wiesgħa taż-Żejtun, kemm iż-żona urbana kif wkoll dik rurali, jinħtieġu attenzjoni

kontinwa biex nżommu kullumkien, fi stat ta’ ndafa u ambjent aċċettabli.

Il-Knis fit-toroq urbani jsir b’mod reġolari għalkemm ġieli jkollna xi nħawi fejn dan is-servizz

jista jitjieb. Minn din is-sena l-kuntratt tal-knis tat-toroq urbani ma baqax f’idejn id-

Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika għaliex il-policy tal-gvern hi li d-Dipartiment jirtira mill-

kuntratti li kellu mal-Kunsilli. Il-policy tal-Kunsill mill-bidu kienet li sa fejn hu possibli iżomm

il-ħaddiema tal-gvern ċentrali b’kuntratt li kien għas-sodisfazzjon tal-Kunsill. Infatti għal

tmintax il-sena sħaħ, il-knis tat-toroq u l-indafa fil-lattrini pubbliċi kienet f’idejhom.

F’Ottubru li għadda d-Dipartiment irtira lin-nies tiegħu u l-Kunsill kien kostrett li jgħaddi x-

xogħol tal-knis tat-toroq u s-servizz tat-tindif fil-lattrini pubbliċi lill-kuntrattur privat, wara

sejħa għall-offerti. Ħadna l-okkażjoni biex bdejna tindifa ġenerali, kif tmiss il-liġi, ta’ l-inħawi

urbani kollha. Issa nittamaw illi l-knis tat-toroq isir b’mod reġolari maż-Żejtun kollu. Nizzu

ħajr lir-residenti li jgħinu ferm biex nżommu l-indafa fit-toroq.

It-tindif fit-toroq rurali jsir b’mod reġolari minn kuntrattur privat ieħor

Page 43: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

43

Il-ġonna u dawk iż-żoni bil-ħamrija (soft areas) huma f’idejn kuntrattur privat wkoll, li

jipprovdi servizz regolari tul is-sena. Qed isir ħafna xogħol biex l-inħawi fl-oqsma tad-djar

f’Ġebel San Martin, San Girgor, Ta’ Ganza u Ħal Tmiem jinżammu ndaf u kultivati. F’Ħal

Tmiem il-blokki kollha huma mdawwra bil-ħamrija u jinħtieg li r-residenti nteressati mill-plots

bil-ħamrija jgħinu wkoll.

ĠONNA

Il-Kunsill qed jagħmel ħiltu biex ntejbu id-dehra tal-ġonna. L-ewwel xogħol ser isir fuq il-

Ġnien Luqa Briffa (tal-Kmandant). Bil-għajnuna tal-professur Joe Buħagiar (Żejtuni) li huwa l-

kap tal-Fakulta’ tal-Bioloġija fl-Universita dħalna fil-Proġett Garmed u fuq medda ta’ sena ser

isir studju u proposti professjonali biex dan il-Ġnien jerġa jieħu s-sura ta’ Ġnien Botaniku

kif kien fl-imgħoddi.

NUMRI TAL-BIBIEN TAD-DJAR

Fl-aħħar wasalna biex id-Dipartiment nkarigat min-numerazzjoni tad-djar itemm ix-xogħol

tiegħu fiż-Żejtun. Nittamaw li fi żmien qasir id-djar kollha ikunu numerati.

Baqa problemi fi djar fiż-żoni rurali. Dawn l-aħjar li jkollhom isem sinjifikattiv li jkun

magħruf sew mhux biss mill-pubbliku iżda minn tal-posta u mill-Pulizija.

Page 44: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

44

Darrell Pace - relazzjonijiet pubbliċi u l-kordinament mal-Gvern Ċentrali, Ministeri,

Dipartimenti u Awtoritajiet

Il-rwol tal-Gvern Ċentrali jibqa wieħed importanti fil-funzjoni ta’ kull kunsill lokali f’Malta.

Minbarra li l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsill tagħna toħroġ mill-kontijiet tal-Gvern, bosta

inizjattivi jkunu jirrikjedu l-intervent tal-Kunsill mal-Gvern Ċentrali għal finanzjament

ulterjuri, permessi jew ko-ordinazzjoni. Bħala kunsillier responsabbli mir-relazzjoni mad-

dipartimenti u entitajiet tal-gvern fl-aħħar sena kont involut f’bosta interventi biex intejbu

servizzi ipprovduti fiż-Żejtun minn entitajiet pubbliċi u sabiex jkunu jistgħu jitwettqu proġetti

għall-ġid tal-komunità Żejtunija.

Wara li s-sena l-oħra stinkajna biex is-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku bi skeda jerġa jibda

jaqdi l-bżonnijiet taż-Żwieten, matul l-aħħar sena permezz ta’ djalogu kontinwu li kelli mal-

Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni irnexxielna inwettqu numru ta’

tibdiliet fuq ir-rotot 84, 85, X5, X7 lejn il-Belt Valletta kif ukoll ir-rotot lejn l-isptar Mater Dei.

Permezz ta’ dawn it-tibdiliet li daħlu fis-seħħ f’Mejju 2012, id-diversi partijiet taż-Żejtun issa

huma moqdijin b’ xejn inqas minn għaxar karozzi tal-linja diretti lejn il-Belt kull siegħa. Din

hija l-aħjar frekwenza tas-servizz ta’ trasport pubbliku li qatt kellu ż-Żejtun.

Għalkemm nemmen li għad fadal xi irfinar li għad jista’ jsir fis-servizz mgħoti mill-

kumpannija Arriva, ma hemmx dubju li ż-Żejtun illum qed igawdi minn servizz li huwa bil-

bosta aħjar minn dak antik.

Qasam ieħor li ħdimna qatigħ fih fl-aħħar sena kienu t-toroq. Li taqla triq mill-qiegħ biex

tagħmilha mill-ġdid m’hix biċċa xogħol faċli. Minbarra li tinvolvi spejjeż kbar, ikun hemm

bżonn ħafna kordinazzjoni bejn il-Kunsill u l-entitajiet li jipprovdu is-servizzi. Fl-aħħar xhur

rajna it-tlestija tal-ewwel lot ta’ toroq residenzjali li l-Kunsill għamel mill-ġdid bi sħab mal-

Gvern Ċentrali u l-privat taħt l-iskema tal-Public Private Partnership. It-toroq li saru kienu Triq

Santa Katerina, il-parti ta’ fuq Vjal 25 ta’ Novembru, Triq Bisqallin, Triq Lvant, Triq il-

Ħelsien u Misraħ Indipendenza. Il-ħlas ta’ dawn it-toroq ser ikun maqsum fuq numru ta’ snin

b’terz ta’ l-ispiża toħroġ direttament mill-Gvern.

Page 45: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

45

Re-Surfacing ta’ Triq Santa Katerina Re-Surfacing Vjal 25 ta’ Novembru

Re-Surfacing Triq Bisqallin Xoghol ta’ tisbiħ f’Misraħ Indipendenza

Sfortunatament, għalkemm il-Kunsill ħareġ it-tenders għal Triq Palazzi, Triq Ġużeppi

Caruana, Misraħ Giovanni De Domenico, Triq Taltas, Triq Marsaxlokk, Triq Ta' Tavlin,

Misraħ Mikiel Anton Vassalli u Triq Ta' Tavlin (estensjoni San Ġwann) taħt l-istess skema, ma

kien hemm ebda kuntrattur li ssottometta offerta bi prezzijiet li kienu aċċettabbli għall-kunsill

skont il-budget li kien hemm a dispożizzjoni għal dan il-proġett. Nittamaw li dawn it-toroq

ikunu jistgħu jinbnew mill-ġdid matul din is-sena.

Ippermettuli nirringrazzja lil sħabi l-kunsilliera kollha, l-istaff tal-Kunsill Lokali u mhux l-

anqas lis-Segretarju Eżekuttiv, is-Sur Anton Falzon għall-għajnuna kollha li sibt fihom f’din l-

esperjenza li għaddejt bħala kunsillier għal din il-belt sabiħa. Inħossni kburi li kont nifforma

parti minn tim ta’ nies li verament poġġa l-interess taż-Żejtun u ż-Żwieten l-ewwel, wettaq il-

ġid fl-oqsma kollha u ħalla riżultati pożittivi tanġibbli li jistgħu jitgawdew minn kullħadd.

Fl-aħħar nett nirringrazzja wkoll lil kull min esprima fiduċja fija. Kien tassew ta’ unur kbir

għalija li nservikom f’dawn l-aħħar ħames snin.

Page 46: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

46

Rapport Finanzjaru u Estimi 2013

Matul is-sena 2012 il-Kunsill Lokali Zejtun kompla bil-progetti kapitali li kienu pjanati ghal

din is–sena finanzjarja, progetti li ġabu magħhom ukoll sfidi ġodda. F’din is-sena ġie fi tmiemu

il-proġett tat-toroq taħt l-iskema tal-Public Private Partnership li kien l-ewwel wieħed tax-xorta

tieghu għal dan il-Kunsill. Dan il-progett li permezz tiegħu ingħata wiċċ ġdid lil sitt toroq

residenzjali fiz-Zejtun.Dan il-progett sewa total ta’ Euro 312,000 fejn 30% ta l-ispiza ser tkun

finanzjata mill-Gvern Ċentrali filwaqt li 70% ser titħallas mill-fondi tal-Kunsill fuq medda ta’

tmien snin.

Matul din is sena tkompliet ukoll il-ħidma fuq diversi progetti kapitali ohra, fosthom fuq iċ-

Ċentru Harsien għat tfal bi spiża ta aktar minn Euro 25,000. Matul is sena 2013 il-Kunsill ser

ikompli jinvesti f’dan ic-Ċentru bil-għan li jinfetaħ f’nofs din is-sena.

Fl-2012 beda ix xogħol ukoll fi Triq Strjenu, fejn qiegħed isir il-proġett ‘ Minn Kappella Sa

Kappella’, progett finanzjat mil-Leader Programme b’nefqa totali ta Euro 295,000. Minkejja

id- diffikultajiet li ltqajna magħhom,dan il-proġett ser jkun komplut fis-sena 2013.

Matul is sena 2012 b’kollaborazzjoni mad–Dipartiment tal-Housing sar xogħol fuq il-komun

ta’ tlettax il-binja f’Hal Tmiem, spiza li laħħqet Ewro 65,000. Ftit tal-ġimghat ilu ġie fi tmiemu

wkoll ix-xogħol fuq il madwar tal-binjiet bi spiza ta’ aktar minn Ewro 75,000.

Proġett ieħor li l-Kunsill kien ilu pjanat li jagħmel għal bosta snin kien it-tisbiħ ta’ Misraħ

Indipendenza. Wara aktar minn ħamest snin ta’ taħbit sabiex il il-Kunsill ingħata l-permessi

neċessarji, fl-2012 dan il-proġett twettaq fejn apparti il-progett ta’ tisbiħ, dan serva sabiex is-

suq ta’ nhar t’Erbgħa ġie organizzat kif ukoll zdiedu in-numru ta’ posti disponibbli.

Minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji, bħas snin preċedenti il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ser

ikompli b’impenn sħiħ sabiex ikompli jizviluppa l-infrastruttura tal-lokalita’u jkompli jaħdem

fid-diversi oqsma fosthom fil-qasam soċjali , kulturali, żgħażagħ u sport.

Anton Falzon

Segretarju Ezekuttiv

Page 47: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

47

ESTIMI TAD-DĦUL FID-DETTAL

a b c c-a c-b

Jan-Dec 2012 Jan- Dec

2012 Jan-Dec

2013 Variance Variance

Acct

NO Description Budget Forecast

Budget

Budget 13-12

Budget - Forecast

Euro Euro

Euro

Euro Euro

2.00 Income

0000 Government

0001 Annual 756,579.00 764,797.00

756,579.00

0.00 -8,218.00

0002 Supplementary 565,411.68 235,370.00

376,628.00

-188,783.68

0003 Special Needs

0004 Public/Government

Delegation

0015 Others

1,321,990.68 1,000,167.00

1,133,207

-188,783.68 -8,218.00

0023 Cultural Activities 600.00

600.00

0.00 600.00

0021 Community Services 200.00 18,000.00

8,000.00

7,800.00 -10,000.00

0035 Bye Laws 200.00

200.00

0.00 200.00

0040 Permits 10,250.00 10,000.00

10,500.00

250.00 500.00

0057 Other Services 12,000.00 13,500.00

12,000.00

0.00 -1,500.00

0066 General 25,000.00 35,000.00

25,000.00

0.00 -10,000.00

48,250.00 76,500.00

56,300.00

8,050.00 -20,200.00

0090 Investment

0091 Bank Interest 2,000.00 2,000.00 2,000.00

125.00 2,000.00

0096 Government Securites

2,000.00 2,000.00

2,000.00

125.00 2,000.00

0100 General

0110 Insurance claims - -

0120 Contributions 13,000.00 13,500.00 20,000.00 4,875.00 6,500.00

13,000.00 13,500.00

20,000.00

4,875.00 6,500.00

TOTAL 1,385,240.68 1,092,167.00 1,211,507 -175,733.68 -19,918.00

Page 48: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

48

Skeda ta’ l-Infiq fid-dettal

a b c a-c b-c

Jan-Dec 2012 Jan- Dec 2012 Jan-Dec 2013 Variance Variance

Acct NO Description Budget Forecast

Budget

Budget 13-12 Budget/ F-Cast

Euro Euro

Euro

Euro Euro

1.00 Expenditure

1000 Salaries

1100 Mayor's Allowance 9,546 10,414.61

10,055.00

-509.00 359.61

1200 Employee Wages and Salaries 121,453 123,435.01

126,496.35

-5,043.82 -3061.34

1300 Bonuses 3,214 3,251.72

3,414.83

-200.69 -163.11

1400 Income supplements 7,677 7,979.10

7,772.09

-94.62 207.01

1500 Social Security and Contributions 10,531 10,633.26

10,793.19

-262.35 -159.93

1600 Allowances 699 1,537.58

698.81

0.00 838.77

1700 Overtime 7,880 4,500.00

6,500.00

1,380.00 -2000.00

161,000 161,751.28

165,730

-4,730.48 -3978.99

2000 Operations and Maintenance

2100 Utilities 18000.00 16000.00

18000.00

0.00 -2,000.00

2200 Materials and Supplies 6000.00 5000.00

6000.00

0.00 -1,000.00

2300 Repairs and Upkeep 55000.00 52500.00

55000.00

0.00 -2,500.00

2400 Rent 2830.00 2700.00

2830.00

0.00 -130.00

2500 National/Internatioanl memberships 200.00 0.00

200.00

0.00 -200.00

2600 Office Services 9000.00 6800.00

9000.00

0.00 -2,200.00

2700 Transport 1600.00 1800.00

1600.00

0.00 200.00

2900 Information Services 13000.00 1700.00

13000.00

0.00 -11,300.00

3000 Contractual Services 335334.00 330000.00

327334.00

8,000.00 2,666.00

3100 Professional Services 15000.00 18000.00

20000.00

-5,000.00 -2,000.00

3200 Training 0.00 0.00

0.00

0.00 0.00

3300 Community and Hospitality 65000.00 65000.00

75000.00

-10,000.00 -10,000.00

3400 Incidental Expenses 4000.00 4500.00

4000.00

0.00 500.00

3600 LES

524,964.00 504,000.00

531,964.00

-7,000.00 -27,964.00

7000 Capital Expenditure

7001 Acquisition of Property

7100 Construction 335,382.00 345,000.00 140,570.00

194,812.00 204,430.00

7200 Improvements to Property 6,000.00 7,000.00 17,000.00

-11,000.00 -10,000.00

7300 Equipment 42,500.00 1,500.00

27,000.00

15,500.00 -25,500.00

7500 Special Programme 315,000.00 180,000.00

325,343.00

-10,343.00 -145,343.00

698,882.00 533,500.00

509,913.00

188,969.00 23,587.00

TOTAL 1,384,845.79 1,199,251.28 1,207,607.27 177,238.52 -8,355.99

Page 49: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

49

Estimi Konsolidati Dħul u Nefqa

a b c c-a c-a

Jan-Dec 2012 Jan- Dec 2012 Jan-Dec 2013 Variance Variance

Nru.

tal-

Kont

Description Budget Forecast

Budget

Bud 10 Vs Bud 09 Budget/ F.Cast

Euro Euro

Euro

Euro Euro

2 Id-Dhul

0000 Government 1,321,990.68 1,000,167.00

1,133,207.00

-188,783.68 133,040.00

0020 Bye Laws 48,250.00 76,500.00

56,300.00

8,050.00 -20,200.00

0090 Investment 2,000.00 2,000.00

2,000.00

0.00 0.00

0100 General 13,000.00 13,500.00

20,000.00

7,000.00 6,500.00

TOTAL 1,385,240.68 1,092,167.00

1,211,507.00

-173,733.68 119,340.00

1 L-Infiq

1000 Salaries 160,999.79 161,751.28

165,730.27

-4,730.48 -3,978.99

2000 Operations and

Maintenance 524,964.00 504,000.00

531,964.00

-7,000.00 -27,964.00

7000 Capital Expenditure 698,882.00 533,500.00

509,913.00

188,969.00 23,587.00

TOTAL 1,384,845.79 1,199,251.28

1,207,607

177,238.52 -8,355.99

Balance 394.89 -107,084.28 3,899.73 3,504.84 110,984.01

Dħul Addizzjonali għas –sena 2013 Skema Inizjattivi Kulturali- 2012 10,000

PPP - Batch 1 31,285

Housing - Tisbiħ madwar il Binjiet ta’ Hal- Tmiem 75,000

Housing – Proġett Ta’ Ganza 63,343

Rapport - Lokalitajiet Sostenibbli 10,000

Mizura 313 187,000

Total 376,628

Page 50: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

50

Estimi ta’ l-Ispiza Kapitali 2013

Account No. Capital Expenditure Year

Account Total

Project No. Project Description 2013 Euro

7001 Acquisition of property 0

7100 Construction (note 4) 140570

Roads Resurfacing (10% Batch 1- Central Gov) 31285

Roads re-surfacing (10% Batch 1 -ZLC) 31285

Local Council Administration Offices 25000

Jogging Track Child Day Care Centre 28000

Road Re-Surfacing 25,000

7200 Improvements 17000.00

7210 Office Furniture 4000

7230 New Street Signs 2000

7240 Urban Improvements 6000

7241 New Street Lamps 2000

7250 Trees 3000

7300 Equipment 27000

7310 Office Equipment 4000

7320 Plant & Machinery 3000

Child Day Care Centre 20000

7500 Special Programmes 325343

Measure 313 187000

Housing -Ta Ganza 63343

Housing - Hal Tmiem Estate 75000

Total New Projects 509913 509913.00

Page 51: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

51

Proġett tal-Public Private Partnership

Toroq li saru matul is sena 2012

Skeda ta’ Kif ser jitħallas dan il-progett:

40% 20% 10% 5% 5% 5% 5% 5% 5%

2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020

Zejtun Local Council

€31,285 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €15,683 €62450 €31,285

Central Government

€62450 €31,285

• Triq Bisqallin • Triq il-Lvant • Triq il-Ħelsien • Misrah Indipendenza • Triq Santa Katerina • Triq 25 ta’ Novembru

Page 52: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

52

Pjan ta’ Hidma

L-istqarrija tal-Missjoni u l-Valuri

Il-Pubbliku, il-Klijent tagħna

Aħna qegħdin għad-dispozizzjoni u biex inservu r-residenti, għalhekk

Ahna naħdmu u nintrabtu li nisimgħu, inwiegħdu u nippruvaw

nissodisfaw il-ħtigijiet tar-residenti, u fl-istess waqt nirrispettaw

ddifferenzi fl-ideat u fit-twemmin.

Aħna

Aħna nemmnu li nistgħu naqdu l-pubbliku bl-aħjar mod possibli meta x-

xogħol, il-ħidma, l-inizjattivi u l-proġetti tagħna jissodisfawna, għalhekk

Aħna nemmnu u nħaddnu it-trasparenza, l-onesta u nittrattaw kif

xieraq lil kull min niltaqgħu miegħu.

Gvern

Aħna nirsistu biex inkunu l-Kunsill mudell għal Malta, permezz ta’ l-

iżvilupp u t-twettieq ta’ l-ideat u l-principji ta’ Gvern Lokali, għalhekk

Aħna nizviluppaw l-infrastruttura, nħaddmu u nqassmu r-riżorsi u

ninfurzaw ir-regolamenti u l-ligijiet fl-aħjar interessi tal-

Komunita’.

Komunita’

Aħna nsostnu l-izvilupp socjali u kulturali tal-Komunita’ tagħna, għalhekk

Aħna nippromwovu, nappoggaw u nniedu inizjattivi li jsaħħu l-

identita’ komunali tal-lokalita’ tagħna.

Flessibilta’

Aħna nemmnu li għandna nkunu flessibli f’dak kollu li nagħmlu sabiex

nipprovdu b’suċċess u fi żmien immedjat aktar opportunitajiet, għalhekk

Aħna ninkuraggixxu l-inizjattiva, l-innovazzjoni, l-adattabilita’ u

l-kurrenti tal-ħsieb u l-ideat.

Kwalita’

Aħna nemmnu li t-triq tas-suċċess nimxuha billi dak li nagħmlu ngħmluħ

sew u b’mod prattiku, għalhekk

Aħna ma naċċettaw xejn ħlief li nilħqu l-ogħla kwalita’ f’dak kollu

li nagħmlu.

Rizultati

Aħna nemmnu li għall-entita’ bħal tagħna r-riżultati huma fundamentali

għaliex jgħinuna nwessgħu l-iskop ta’ l-attivita’ tagħna, jkabbru aktar l-

influenza u r-relazzjoni tagħna ma’ ħaddiehor, u jħarrġuna fil-kapacita’ li

naqdu l-ħtiġiet tal-pubbliku, għalhekk

Aħna kontinwament inħarsu u nissorveljaw dak li nwettqu u kif

inwettquħ sabiex niżguraw rizultati pożittivi u effiċjenti.

Page 53: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

53

Il-Valuri

Il-valuri li fuqhom jimxi l-Kunsill Lokali taż-Żejtun huma:

Jaħdem għall-ġid tar-residenti Żwieten in-ġenerali

b’attenzjoni partikolari għall-problemi u sitwazzjonijiet li

jeħtiegu l-aktar attenzjoni.

Jirrispetta l-idejat u t-twemmin differenti tal-membri tal-

komunita’ Żejtunija.

Il-ħidma tiegħu tkun gwidata minn kuxjenza soċjali.

Itejjeb l-ambjent biex jgħolli l-livell ta’ għixien tal-komunita’

in ġenerali.

Iseddaq is-sens ta’ għaqda komunitarja u jtejjeb il-livell

kulturali fost is-saffi kollha fil-komunita’.

Trasparenza fl-amministrazzjoni tal-Kunsill.

L-aqwa valur għal-flus li jonfoq.

Page 54: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

54

L-Għanijiet, ir-Rizultati Mistennija u l-Istrategiji

L-Ghanijiet u r-Rizultati Mistennija matul is-sena 2008-2009

Il-Kunsill jimxi ma’ l-Estimi ta’ Infiq filwaqt li jassigura l-aqwa valur għal

flus li jonfoq.

Ikompli jaġġorna l-customer service u l-ufficini tal-Kunsill.

Ikompli jtejjeb il-kwalita’ tax-xogħol u s-servizzi.

Iżid is-servizzi li joffri għall-pubbliku.

Jaħdem biex inissel sens storiku u kulturali.

Inissel sens ta’ rispett lejn ir-regolamenti u l-ligijiet.

Ikompli jestendi l-attivita’ tiegħu fil-komunita’ permezz ta’

kordinament ma’ diversi għaqdiet u nies li jaħdmu f’dan il-qasam.

Implimentazzjoni aktar wiegħsa tal-kunċett tal-life long learning.

Ikompli l-proġett ta’ bankini ġodda u tiswijiet ta’ bankini f’diversi

nħawi fiz-Zejtun.

Ilesti x-xogħol ta’ tisbieħ fuq Ġnien il-Qawsalla f’Tal-Ħniena.

Jibda proġett ta’ tisbieħ f’Gebel San Martin.

Jibda proġett ta’ tisbieħ fi Ġnien Ta’ Brejġu.

Ikompli jiżviluppa opportunitajiet u esperjenzi ġodda għaż-

żgħazagħ.

Jistabilixxi relazzjonijiet internazzjonali aħjar.

L-Ghanijiet u r-Rizultati Mistennija fuq tliet snin:

Ikompli bil-pjan ta’ kif jista’ jnaqqas ċerta problemi u nuqqasijiet

rikorrenti fil-lokal.

Ikompli jiżviluppa ċentru turistiku mil-lokal u jiżviluppa

relazzjonijiet kemm lokalment kif ukoll internazzjonali f’dan il-

qasam.

Jaġġorna s-sistemi amministrattivi.

Isebbaħ il-lokal b’għamara tat-toroq.

Jagħlaq x-xogħlijiet tat-tiswijiet ta’ toroq.

Xogħol ta’ tibdil u tiswija tal-bankini fil-lokal.

Ħolqien ta’ spazju għal aktar involviment mill-entitajiet

kummerċjali.

L-Istrategiji L-istrateġiji huma:

diskussjoni sħiħa dwar dak li hu ppjanat.

razzjonalizzar tal-proġetti sabiex jigu addotatti sistemi li jkunu

f’rispett sħiħ għall-ambjent partikolari mingħajr ma jiġi

sagrifikat il-karattru tal-lokal.

partecipazzjoni tal-pubbliku f’aktar attivitajiet tal-Kunsill.

Page 55: Indiċ · 2017. 11. 30. · o Tradizzjonijiet Folkloristiċi u Djalett o Ġbir u tixrid tat-tagħrif storiku fuq iż-Żejtun li jkabbar l-Għarfien u l-Identita Żejtunija Kunsill

Kunsill Lokali Żejtun, 28, Dar iż-Żwieten, Triq Sant’ Anġlu, Żejtun

55

Analizi tal-Hidma tal-Kunsill

Progetti ghat-tlett snin li gejjin

Infrastruttura

Tkomplija tal-bankini ġodda f’zoni residenzjali.

Żieda ta’ fanali ornamentali minflok dawk standard fiz-zona urbana ta’

konservazzjoni.

Tkomplija ta’ rinovazzjoni tal-bus shelters.

Pressjoni biex isir titjib fis-servizz tat-trasport pubbliku.

Insistenza ma’ l-entitajiet responsabbli għat-titjieb fis-servizzi domestiċi.

Tkomplija ta’ tisbieħ tal-ġonna u zoni rikreattivi.

Ħidma ġdida fil-qasam rurali u agrikoltura, b’apprezzament għall-industrija agro-

alimentari.

Tisbiħ ta’ spazji pubbliċi fiz-zoni residenzjali

Ta’ Ganza

Tal-Ħniena

Ġebel San Martin Ta’ Brejġu

Ħal-Tmiem

San Girgor

Qasam Soċjali , Kulturali u Edukattiv

Tisħieħ ta’ network tal-komunita’

Servizzi ta’ taħriġ għall-adulti u dawk l-aktar fil-bżonn

Ugwaljanza u Opportunitajiet għal kulħadd: Żvilupp ta’ Child Day Care

Centre

Żvilupp tal-Youth Empowerment Centre

Ftuħ ta’ Ċentru Kulturali ta’ l-artiġjanat

Aktar involviment fl-edukazzjoni

Aktar faċilitajiet fil-Librerija

Skambji għaż-żgħazagħ u relazzjonijiet internazzjonali

Tisħiħ tar-relazzjonijiet ma’ Tocina f’Sevilja (Spanja)

Tisħiħ tar-relazzjonijiet ma’ Celano f’Abruzzo (Italja)

Aktar ħidma fil-qasam tas-saħħa

Tkomplija tal-ħidma mal-familji, anzjani u tfal

Għajnuna soċjali fil-qasam tax-xogħol u taħrig.