Upload
others
View
15
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
1 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Il-Pajsaġġ Malti
Il-pajsaġġ Malti huwa mimli ġmiel naturali. Din hi xena popolari fil-
pajsaġġ Malti!
2 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Għoljiet bil-widien għaddejjin minn bejniethom. Ħafna minn dawn
huma bl-art ċatta. Allura maż-żmien l-irħula nbnew fuqhom.
l-Imdina (Malta) u ċ-Ċittadella (Għawdex) huma eżempji ċari ta’ dan.
Le ! Però, fix-xitwa, meta tinżel ħafna
xita l-widien jimtlew bl-ilma u
jiffurmaw xmajjar żgħar.
L-iktar waħda popolari hija:
Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes)
Insibu xmajjar
f’Malta?
3 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Insibu deżerti
f’Malta?
Lanqas deżerti ma’ nsibu. Iżda nsibu
x-xagħri (art fejn ma jikber xejn,
ħlief xi ftit pjanti).
4 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Elementi oħra fil-pajsaġġ Malti huma:
Bajjiet (Fuq naħa waħda tal-gżira)
Dan ir-ritratt juri
masġar mill-isbaħ
f’Malta. Dan huwa l-
Buskett. Hemm imorru
ħafna nies biex jistrieħu
u jilagħbu.
5 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Irdumijiet (Fuq in-naħa l-oħra tal-gżira)
Barrieri (Illum dawn saru ukoll parti mill-pajsaġġ Malti + Dan huwa l-uniku riżors
naturali f’Malta)
6 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
L-Ambjent Fiżiku
L-arċipelagu Malti hu magħmul minn tliet gżejjer prinċipali:
Malta
Għawdex
Kemmuna
Kif ukoll numru ta’ gżejjer iżgħar:
Kemmunett
Il-Gżejjer ta’ Selmun
Il-Gżira Manoel
Filfla
Il-Ġebla tal-Ġeneral
7 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Din tinkludi:
widien - għoljiet - irdumijiet -
portijiet naturali - bajjiet - għerien - daħliet
- diversi qsim fil-blat.
Meta ngħidu topografija infissru l-elementi u
l-forom ta’ wiċċ l-art.
Ejja naħsbu ftit, x’tinkludi it-topografija
Maltija?
8 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Għoljiet
F’Malta u Għawdex insibu ħafna għoljiet.
Missierijietna kienu bnew l-ibliet tagħhom fuq l-għoljiet biex ikunu
jistgħu jħarsu aħjar il-gżira.
L-Imdina (Malta) + iċ-Ċittadella (Għawdex) huma mibnija fuq
għoljiet ċatti.
Il-Belt Valletta: Din kienet mibnija mill-kavallieri fuq l-għolja Xebb
ir-Ras.
Xi irħula oħra mibnijin fuq għoljiet huma:
Ir-Rabat, Ħad-Dingli, il-Mellieħa (Malta)
u
Ix-Xagħra, in-Nadur u ż-Żebbuġ (Għawdex)
9 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
(Dawn it-tliet irħula huma l-għoljiet li Għawdex hi
msemmijagħalihom.)
Widien
Il-Wied tal-Pwales (jinsab taħt l-għoljiet tal-Wardija)
Wied Speranza u Wied il-Għasel huma żewg widien kbar. Dawn jagħmlu parti
minn wied enormi , il-Great Fault. ((Dan jaqsam il-gżira mill-punent għal-lvant
eżattament minn Fomm ir-Riħ għall-Madliena.) . Din it-tpinġija tista’ tgħinek:
Il-Great Fault
Wied
Speranza
Wied il-
Għasel
LVANT PUNENT Fomm ir-Riħ
Fejn jinstabu l-widien?
Dawn jinsabu taħt l-għoljiet u
jagħtu għall-baħar.
10 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Xi widien kbar oħra
f’Malta huma:
WIED IL-KBIRA
(fil-limiti ta’ ĦalQormi)
WIED QIRDA
(lejn Ħaż-Żebbuġ)
WIED DALAM
(limiti ta’ Birżebbuġa)
Fejn insibu l’i-
isbaħ veduti
f’Għawdex?
WIED IL-LUNZJATA
WIED MARSALFORN
(l-akbar wied f’Għawdex)
WIED RAMLA
WIED GĦASRI
WIED XLENDI
WIED SAN BLAS
Madliena
11 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Irdumijiet
Irdum huwa blat għoli ħafna li jinżel dritt ‘l isfel, ħafna drabi
għall-baħar.
L-irdumijiet tal-gżejjer Maltin jinsabu fuq in-naħa tal-punent.
Fejn insibu l-ogħla irdumijiet f’Malta u f’Għawdex?
Malta – Ħad-Dingli
Għawdex – Qrib ir-raħal ta’ Sannat f’Ta’ Ċenċ
Wieħed jista’ jara diversi daħliet u bajjiet fl-irdumijiet
Eżempju: il-Ġnejna u Għajn Tuffieħa (Malta)
Xlendi (Għawdex)
12 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Bajjiet
Il- Bajjiet jinstabu fuq in-naħa tal-Lvant.
Hawn ma nsibux għoli biex naslu għall-baħar. Anzi, il-kosta hija fil-baxx
ħafna.
Tul din il-kosta nsibu: daħliet, bajjiet u portijiet naturali.
Daħliet: Dawn jintużaw ħafna mis-sajjieda
(Eżempju: Marsaxlokk, Wied il-Għajn, L-Imsida, San Ġiljan u San Pawl il-
Baħar)
Bajjiet popolari huma:
Malta: l-Armier, l-Għadira, il-bajja ta’San Tumas u Pretty Bay
Għawdex: Marsalforn, u r-Ramla l-Ħamra
13 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Portijiet
Il-portijiet minn dejjem kienu importanti għalina l-Maltin. Dawn
huma naturali, u mhux mibnija mill-bniedem. Il-portijiet
ewlenin huma:
Il-Port il-Kbir
Il-Port ta’ Marsamxett
Il-Port taċ-Ċirkewwa
Il-Port ta’ Marsaxlokk
Il-Port tal-Imġarr (Għawdex)
14 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Għerien
L-għerien huma parti interessanti mill-aspett fiżiku ta’ pajjiżna.
Ħafna minnhom huma marbuta ma’ xi leġġenda.
Eżempju: Għar Ħasan (fil-limiti ta’ Birżebbuġa).
Għar Dalam ukoll jinstab fil-limiti ta’ Birżebbuġa.
Dan huwa għar kbir fejn instabu ħafna għadam ta’ annimali li llum
m’għadhomx jeżistu.
Blue Grotto - dan huwa popolari kemm mal-Maltin u kif ukoll mat-
turisti.
Jinsab f’Wied iż-Żurrieq.
Hawnhekk insibu grupp ta’ għerien ħdejn xulxin. Dawn jitfgħu kuluri
mill-isbaħ fuq il-baħar kaħlani.
Għerien oħrajn huma:
15 Ms Sarah Kapitlu: 'Il-Pajsaġġ Malti’ minn Imrieżaq
Għar il-Kbir (fil-limiti tal-Buskett)
Għar Lapsi (lejn is-Siġġiewi)
L-iktar għerien famużi ġewwa Għawdex huma:
l-Għar ta’ Ninu u l-Għar ta’ Xerri (Jinsabu fix-Xagħra u nsibu l-
istalaktiti u l-istalagmiti ġo fihom)
Stalaktiti u Stalagmiti