2
[POST] Agħżlu l-post fejn se jibda jsir il- Homework. Involvu lit-tfal stess f’din l- għażla tal-post. Araw li jkun post bid- dawl u arjuż kemm jista’ jkun. Kemm jista’ jkun irid ikun post ‘il bogħod mill- istorbju u affarijiet oħra li jtellfu, bħat- TV jew ir-radju, iżda fl-istess ħin taħt għajnejkom biex minn ħin għal ħin taraw fiex tkunu ta’ għajnuna. [APPARAT] Mill-bidu tas-sena araw li l-apparat kollu li se jiġu bżonn ikun miġbur f’post wieħed. B’apparat nifhmu gomom, kuluri, stencils, lapsijiet, eċċ... [RUTINA] Kunu konsistenti kemm tistgħu. Araw, min mill-adulti se jkun jista’ jgħin f’każ ta’ diffikultà. Tajjeb li jinżamm l-istess ħin b’mod regolari għall-Homework u li jsir ftehim mat-tfal li waqt il-ħin tal- Homework m’għandux ikun hemm xi jtellef. St Benedict College Ħal Għaxaq Primary Homework Tips [ĦIN] Tajjeb li tiddeċiedu fuq ħin. Ċertu xogħol m’għandux għalfejn itul iżjed milli suppost: Years 1 u 2: minn 10 sa 20 minuta Years 3 u 4: minn 20 sa 30 minuta Year 5: minn 30 sa 40 minuta Year 6: minn 40 sa 60 minuta [TIMETABLE] Araw meta jintemm il-homework, kollox jerġa’ jmur f’postu kif suppost. Għandhom isegwu t-timetable u jlestu l-basket tal-iskola biex ma jġorrux lejn l-iskola affarijiet bla bżonn. L-għada filgħodu jistgħu jagħtu titwila ħafifa biex ikunu ċerti li daħħlu biss l-affarijiet li għandhom bżonn għal matul dik il- ġurnata. [STUDY PLAN] Ħeġġu lit-tfal sabiex ma jħallux għall- aħħar b’mod speċjali meta jkunu qed joqorbu l-eżamijiet. Importanti li timxu mal-istudy plan li tingħata mill- għalliema bi preparazzjoni għall- eżamijiet.

Homework Tips

Embed Size (px)

DESCRIPTION

St Benedict College Ħal Għaxaq Primary School Homework Tips (2012 - 2013)

Citation preview

Page 1: Homework Tips

[POST]

Agħżlu l-post fejn se jibda jsir il-Homework. Involvu lit-tfal stess f’din l-għażla tal-post. Araw li jkun post bid-dawl u arjuż kemm jista’ jkun. Kemm jista’ jkun irid ikun post ‘il bogħod mill-istorbju u affarijiet oħra li jtellfu, bħat-TV jew ir-radju, iżda fl-istess ħin taħt għajnejkom biex minn ħin għal ħin taraw fiex tkunu ta’ għajnuna.

[APPARAT]

Mill-bidu tas-sena araw li l-apparat kollu li se jiġu bżonn ikun miġbur f’post wieħed. B’apparat nifhmu gomom, kuluri, stencils, lapsijiet, eċċ...

[RUTINA]

Kunu konsistenti kemm tistgħu. Araw, min mill-adulti se jkun jista’ jgħin f’każ ta’ diffikultà. Tajjeb li jinżamm l-istess ħin b’mod regolari għall-Homework u li jsir ftehim mat-tfal li waqt il-ħin tal-Homework m’għandux ikun hemm xi jtellef.

St Benedict College Ħal Għaxaq Primary

Homework Tips

[ĦIN]

Tajjeb li tiddeċiedu fuq ħin. Ċertu xogħol m’għandux għalfejn itul iżjed milli suppost:

Years 1 u 2: minn 10 sa 20 minuta

Years 3 u 4: minn 20 sa 30 minuta

Year 5: minn 30 sa 40 minuta

Year 6: minn 40 sa 60 minuta

[TIMETABLE]

Araw meta jintemm il-homework, kollox jerġa’ jmur f’postu kif suppost. Għandhom isegwu t-timetable u jlestu l-basket tal-iskola biex ma jġorrux lejn l-iskola affarijiet bla bżonn. L-għada filgħodu jistgħu jagħtu titwila ħafifa biex ikunu ċerti li daħħlu biss l-affarijiet li għandhom bżonn għal matul dik il-ġurnata.

[STUDY PLAN]

Ħeġġu lit-tfal sabiex ma jħallux għall-aħħar b’mod speċjali meta jkunu qed joqorbu l-eżamijiet. Importanti li timxu mal-istudy plan li tingħata mill-għalliema bi preparazzjoni għall-eżamijiet.

Page 2: Homework Tips

[QARI]

L-istudenti kollha huma mħeġġa

jaqraw bejn 10 u 30 minuta kuljum,

darba bil-Malti u darb’oħra bl-Ingliż.

Il-ġenituri għandhom jqattgħu dal-

ħin ma’ uliedhom. Ikun tajjeb li parti

mill-ħin ikun iddedikat biex il-ġenituri

jaqraw storja lill-uliedhom, tkun xi

tkun l-età tagħhom.

[DIFFIKULTAJIET]

Jekk it-tfal isibu diffikultajiet waqt il-homework, il-ġenituri għandhom jiktbu nota iffirmata minnhom stess fuq il-communication book tat-tfal. It-tfal għandhom jgħadduh l-għada filgħodu lill-għalliema flimkien mal-homework. Jekk il-problema tippersisti l-ġenituri għandhom jċemplu l-iskola biex jagħmlu appuntament mal-għalliema u membru mill-amministrazzjoni tal-iskola.

[Mr D Grech, Ms E Vassallo & Mr S Sammut Amministrazzjoni tal-Iskola]

[INKORAĠĠIMENT]

L-inkoraġġiment ma jiswiex flus. Li ngħidu PROSIT lit-tfal tal-isforz li jkunu qed jagħmlu, jagħmel tajjeb għall-istima tajba li għandu jkollhom fihom infushom. Huwa minnu li dak li qed jagħmlu huwa għall-ġid tagħhom infushom iżda kulħadd jieħu gost meta jara li ħaddieħor japprezza l-isforz li jkun qed jagħmel.

[KUNTRATT]

Xi ġenituri jsibu utli li fil-bidu tas-sena jagħmlu kuntratt ta’ ftehim bejnhom u bejn uliedhom dwar regoli li għandhom isegwu matul is-sena rigward il-ħin iddedikat għall-istudju u l-Homework. Iż-żewġ partijiet jiffirmaw dan il-kuntratt biex jissiġilla dan il-ftehim.

[SUPERVIŻJONI]

Ftehmu fuq il-ħin u tajjeb li dan il-ħin jinżamm bi ftehim miż-żewġ naħat. Kultant irid jitniżżel bil-miktub il-ħin li se nibdew, il-waqfiet u meta wieħed jistenna li x-xogħol jispiċċa. Għal xi wħud mit-tfal tajjeb li jinżamm arloġġ ħdejhom biex huma stess ikollhom kontroll fuq il-ħin. Tajjeb li minn ħin għal ħin, xi adult jara li x-xogħol ikun qed isir (anke jekk ikun qed isir b’xi żbalji). Ma tkunx ħaġa xierqa li niffittawhom iżżejjed għax b’hekk nistgħu naqtgħulhom l-aptit u l-ħeġġa milli jkomplu jistinkaw.

www.ghaxaqprimary.wordpress.com