8
Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 €42 miljun lill-industriji żgħar biex jirbħu l-kompetizzjoni Il-mutur tal-ekonomija għandu bżonn kbir tas-sehem validu tal-industriji żgħar. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista matul l-aħħar snin ħadem u stinka biex għen kemm felaħ lis-settur tan-negozji żgħar. Minn dan l-impenn gawdew mijiet ta’ negozji żgħar li tejbu l-ħidma u l-operat tagħhom Jirriżulta li matul din il-leġiżlatura aktar minn 450 ħaddiem Għawdxi ġew impjegati ma’ 150 negozju u kumpanija f’Għawdex permezz tal-Employment Aid Programme. Din l-iskema hi mħaddma mill-ETC permezz ta’ fondi Ewropej. Il-paga titħallas minn din l-iskema għall-ewwel 52 ġimgħa ta’ xogħol. F’Malta l-għajnuna tingħata għal 26 ġimgħa. Fost l-oħrajn il-Gvern ħareġ seba’ skemi biex industriji żgħar u medji jissoktaw jimxu ‘l quddiem. Dawn huma: n isaħħu l-kompetittività tagħhom. n jinvestu fl-innovazzjoni. n jinvestu fl-e-business. n jinvestu fir-riċerka. n jidħlu fi swieq ġodda. n jieħdu inizjattivi favur l-ambjent u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija. n iwaqqfu kumpaniji ġodda. Permezz ta’ dawn l-iskemi, in-negozji qed ikabbru l-operat tagħhom, qed jinvestu aktar, qed jesportaw aktar u qed joħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar. Sa issa bbenefikaw 570 sid ta’ negozju u ħadu €35 miljun f’għajnuna finanzjarja u qed jinvestu b’kollox €78 miljun. Fil-bidu tal-2012 ġiet ippubblikata sejħa oħra biex aktar sidien ta’ negozji żgħar u medji u industriji jieħdu għajnuna finanzjarja diretta u jinvestu aktar. Kumpaniji Għawdxin jiksbu suċċess u jżidu l-ħaddiema Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar Il-ħidma li wettaq il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura biex jinkoraġġixxi x-xogħol minn kumpaniji u negozjanti Għawdxin tat ir-riżultat mixtieq tant li filwaqt li l-istess settur gawda mill-inċentivi li offra l-Gvern, żdiedu wkoll l-opportunitajiet tax-xogħol grazzi għall-Employment Aid Programme Bdiewa, raħħala u sajjieda gawdew minn għajnuna finanzjarja Impenn tal-Gvern favur il-koperattivi u ħolqien ta’ aktar impjiegi Muscat appoġġja l-kollass finanzjarju bit-Taxxi tas-Sisa ta’ Sant ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN

Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment 'Il-Mument' - il-Hadd 13 ta' Jannar 2013

Citation preview

Page 1: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

€42 miljun lill-industriji żgħar biex jirbħu l-kompetizzjoniIl-mutur tal-ekonomija għandu bżonn kbir tas-sehem validu tal-industriji żgħar. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul l-aħħar snin ħadem u stinka biex għen kemm felaħ lis-settur tan-negozji żgħar. Minn dan l-impenn gawdew mijiet ta’ negozji żgħar li tejbu l-ħidma u l-operat tagħhom

Jirriżulta li matul din il-leġiżlatura aktar minn 450 ħaddiem Għawdxi ġew impjegati ma’ 150 negozju u kumpanija f’Għawdex permezz tal-Employment Aid Programme. Din l-iskema hi mħaddma mill-ETC permezz ta’ fondi Ewropej.

Il-paga titħallas minn din l-iskema għall-ewwel 52 ġimgħa ta’ xogħol.

F’Malta l-għajnuna tingħata għal 26 ġimgħa.

Fost l-oħrajn il-Gvern ħareġ seba’ skemi biex industriji żgħar u medji jissoktaw jimxu ‘l quddiem. Dawn huma:

n isaħħu l-kompetittività tagħhom. n jinvestu fl-innovazzjoni. n jinvestu fl-e-business. n jinvestu fir-riċerka. n jidħlu fi swieq ġodda. n jieħdu inizjattivi favur l-ambjent u jnaqqsu

l-konsum tal-enerġija. n iwaqqfu kumpaniji ġodda.

Permezz ta’ dawn l-iskemi, in-negozji qed ikabbru l-operat tagħhom, qed jinvestu aktar, qed jesportaw aktar u qed joħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar.

Sa issa bbenefikaw 570 sid ta’ negozju u ħadu €35 miljun f’għajnuna finanzjarja u qed jinvestu b’kollox €78 miljun.

Fil-bidu tal-2012 ġiet ippubblikata sejħa oħra biex aktar sidien ta’ negozji żgħar u medji u industriji jieħdu għajnuna finanzjarja diretta u jinvestu aktar.

Kumpaniji Għawdxin jiksbu suċċess u jżidu l-ħaddiema

Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Il-ħidma li wettaq il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura biex jinkoraġġixxi x-xogħol minn kumpaniji u negozjanti Għawdxin tat ir-riżultat mixtieq tant li filwaqt li l-istess settur gawda mill-inċentivi li offra l-Gvern, żdiedu wkoll l-opportunitajiet tax-xogħol grazzi għall-Employment Aid Programme

Bdiewa, raħħala u sajjieda gawdew minn għajnuna finanzjarja

Impenn tal-Gvern favur il-koperattivi u ħolqien ta’ aktar impjiegi

Muscat appoġġja l-kollass finanzjarju bit-Taxxi tas-Sisa ta’ Santii iii viFaTTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Page 2: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

8,000bidwi u raħħal

gawdew minn għajnuna finanzjarja

€100 miljun

mogħtija mill-Gvern lill-bdiewa u lir-raħħalabiex jissoktaw jinvestu

fil-mestier tagħhom

Fatti u Ċifri

€15-il miljun

lis-sajjieda biex ikomplu jimmodernizzaw

l-inġenji tagħhom

€3 miljun

f’investiment biex tittejjeb il-produzzjoni

tal-ħalib

Il-bdiewa u r-raħħala sal-2013 se jkunu bbenefikaw minn €100 miljun f’għajnuna finanzjarja biex jinvestu aktar, iżidu l-produzzjoni u b’hekk itejbu d-dħul għalihom u l-familji tagħhom.

Sa issa diġà tqassmu €71 miljun lil 8,000 bidwi u raħħal. Ingħatat ukoll għajnuna lir-raħħala minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-ġwież.

Il-bdiewa u r-raħħala bbenefikaw ukoll minn fondi tal-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture, programm b’fondi nazzjonali approvat qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Mis-sena li għaddiet il-bdiewa u r-raħħala bbenefikaw minn tnaqqis ta’ tlieta fil-mija fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.

Bdiewa, raħħala u sajjieda gawdew minn għajnuna finanzjarjaGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għal darba oħra għen bl-aktar mod qawwi u dirett lis-settur tal-bdiewa, tar-raħħala u s-sajjieda biex komplew isaħħu l-ħidma tagħhom u investew fl-inġenji u fil-makkinarju tagħhom

Twaqqaf l-ewwel suq tal-bdiewa. Dan hu ta’ vantaġġ kemm għall-bdiewa li jbigħu huma direttament kif ukoll għall-konsumaturi. Fl-istess ħin bdew isiru attivitajiet “Naturalment Malti” li jippromwovu l-ikel lokali. Sa issa saru għoxrin festa agrikola bil-parteċipazzjoni tal-bdiewa u r-raħħala. Beda wkoll il-proċess għar-riforma fil-pitkalija.

Il-Gvern investa €3 miljun f’inizjattiva biex itejjeb il-merħla tal-ħalib f’pajjiżna.

Ingħatat għajnuna finanzjarja biex sajjieda jtejbu l-bastimenti tagħhom. Saru l-korsijiet għas-sajjieda u ngħatat għajnuna finanzjarja lill-koperattivi u l-producers groups skont l-ammont ta’ membri tagħhom.

Għas-sentejn li ġejjin hemm ippjanati skemi oħra li

bejniethom jammontaw għal €3.6 miljun. Dawn jinkludu fost l-oħrajn skemi marbuta ma’ marketing and processing, akkwakultura, it-twaqqif ta’ POs, kampanji promozzjonali u xogħlijiet fil-portijiet.

Għalhekk minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004, is-sajjieda se jkunu ngħataw €15-il miljun. Dawn minbarra fondi nazzjonali mogħtija direttament lis-settur taħt skemi ta’ State Aid jew skemi ta’ qabel ma Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Malta qed tkompli fir-riċerka fil-qasam tal-akkwakultura u l-istudji li saru juru li Malta hi l-aktar pajjiż avvanzat fir-riċerka tat-tfaqqis tat-tonn u tal-aċċol. Tnieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar strateġija tal-akkwakultura għal pajjiżna.

570 sid ta’ negozju gawdew

€35 miljunf’għajnuniet mill-Gvern li bihom saru

€78 miljunf’investiment fin-negozji żgħar

li bih inħolqu aktar impjiegi

Il-bdiewa u r-raħħala, bejn għajnuniet mill-Gvern

u investiment dirett tagħhom, investew €180 miljun

fl-aħħar tmien snin ta’ sħubija fl-UE

Page 3: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemL-impenn qawwi tal-Gvern biex iżid l-opportunitajiet tax-xogħol wassal biex bosta ngħaqdu f’kooperattivi biex joffru servizzi bi dħul akbar għalihom

Politika li ssaħħaħ il-kooperattiviJien nemmen ħafna bil-kooperattivi għax dawn jagħtu leħen lill-ħaddiema fi ħdan kooperattiva għaliex dawn ikunu jistgħu jingħaqdu u jsemmgħu leħinhom b’aktar saħħa milli kieku kienu individwi waħedhom.

Barra minn hekk, ikunu jistgħu jmexxu l-aġenda tagħhom lill-awtorità billi jwasslu l-problemi li qegħdin jiffaċċjaw u jagħtu numru ta’ soluzzjonijiet ta’ kif jistgħu jkomplu jagħmlu l-avvanzi tagħhom fis-settur tagħhom.

Iżda kultant inħoss li jista’ jkun hemm xi tip ta’ bias u nuqqas ta’ oġġettività speċjalment meta dawn ikollhom twemmin politiku li ma jkunx konformi mal-Gvern tal-ġurnata, iżda b’mod ġenerali kull kooperattiva taħdem b’risq il-membri tagħha biex tkun tista’ tipprovdi futur aħjar filwaqt li l-kooperattiva tibqa’ tgħix.

Vantaġġi oħra li nara bis-saħħa ta’ kooperattiva huma li dawn in-nies huma l-esperti tas-suq allura jkunu kapaċi jindividwaw kemm l-istrateġija ta’ kummerċ kif ukoll fejn għandu jsir l-investiment u jitjieb.

Vantaġġi għall-konsumaturBħala pajjiż kulħadd jaf li hu żgħir u miegħu għandna suq limitat ukoll. Li jkollna l-kooperattivi fil-fehma tiegħi fih il-vantaġġi tiegħu u kultant anki ftit żvantaġġi.

Meta f’pajjiż ikollok numru ta’ kooperattivi tal-istess qasam, dan se jfisser vantaġġ sħiħ għall-konsumatur għax biex dawn jattiraw il-konsumaturi jagħmlu prezzijiet kompetittivi u numru ta’ benefiċċji.

Mill-banda l-oħra nibża’ li tali kooperattivi meta jidħlu f’kompetizzjoni diretta u wieħed jirnexxilu jirpilja aktar mill-oħrajn jispiċċa jieħu d-dominanza hu u l-oħrajn jinqerdu bħal-liġi naturali ta’ min hu b’saħħtu jgħix.

Mil-lat l-ieħor hu pożittiv li wieħed ikun parti minn kooperattiva u dan għaliex jassigura li l-kundizzjonijiet li għandu se jkunu aħjar għaliex dejjem se jkun hemm minn jaqbeż għalih.

Ċerti kooperattivi nibża’ li maż-żmien se jibdew jonqsu, għaliex illum grazzi għall-edukazzjoni ta’ kwalità, kulħadd qiegħed jitgħallem u jagħżel xogħlijiet ta’ inqas tbatija.

Benefiċċji mill-kooperattiviFihom numru ta’ vantaġġi, pereżempju l-kooperattiva ME2Cooperative li tagħti numru ta’ inċentivi lil għadd ta’ persuni fosthom dawk avvanzati fl-età u wkoll dawk il-persuni b’diżabbiltà li jagħtuhom opportunità biex ikunu jistgħu jintegraw fis-soċjetà billi jsibu xogħol.

Jien inħoss li meta jkun hemm kooperattiva jkun hemm l-għaqda u allura armonija bejn il-grupp u dan isarraf mhux biss billi l-konsumatur jibbenefika aktar iżda dik il-linja ta’ negozju permezz tal-kooperattiva tiżviluppa ferm iktar u trendi aktar ’il quddiem.

Wieħed irid jinnota li bis-saħħa tal-kooperattivi, l-impjiegi jiżdiedu iżda fuq kollox dawn l-istess impjiegi jgħinu lill-kooperattiva tispeċjalizza u tkun ferm kompetittiva fis-suq lokali u forsi anki dak internazzjonali fejn hu relevanti.

Għandu jkun hemm aktar kooperattivi fil-pajjiż u din hi l-linja tal-Gvern għaliex għamilha ferm aktar faċli biex jiġu stabbiliti aktar kooperattivi b’inqas burokrazija meħtieġa.

Strateġija għaqlija mill-GvernNaqbel ħafna mal-istrateġija li uża dan il-Gvern Nazzjonalista għax li kieku l-Gvern b’nuqqas ta’ responsabbiltà għamel xi żbalji f’mument kruċjali u sensittiv bħal dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, kien se jkun ta’ diżastru għall-ekonomija Maltija u saħansitra għall-impjiegi.

Flok il-Gvern qabad u investa l-flus bl-adoċċ fuq ħafna affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar ma kienu se jwasslu mkien, il-Gvern iffoka fuq skemi u proġetti b’investiment kapitali u proġetti li se jwasslu għal żieda fl-impjiegi.

B’dawn il-miżuri li ħa l-Gvern u billi salva numru ta’ impjiegi l-poplu jista’ jkompli jgħix gawdut kif inhu, fl-opinjoni tiegħi. Kieku dan ma sarx, kieku żgur hawn aktar nies qiegħda u mingħajr impjieg li l-kwalità tal-ħajja tagħhom kienet tkun waħda limitata.

Self b’imgħax baxx għen lill-imprenditur jinvesti kemm jiflaħ f’mument daqshekk prekarju biex dan ikompli jfittex swieq f’pajjiżi oħra u jkattar l-impjiegi f’Malta.

Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħolNaqbel ħafna mas-sistema tal-kooperattivi fuq numru ta’ raġunijiet fosthom fuq is-saħħa tas-suq, fuq il-ġenerazzjoni tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u fl-aħħar u mhux l-inqas l-aspett ta’ kompetizzjoni favur il-konsumatur.

Meta grupp ta’ nies li jagħmlu l-istess xogħol jingħaqdu flimkien awtomatikament dawn se jkunu qed jissaħħu u meta jkunu qed ifasslu xi ħaġa u jiddiskutu kif wieħed għandu jimxi dwarha, ikun hemm numru ta’ ideat li persuna waħdu żgur mhux se jkun jaf kollox dwarhom.

It-tieni punt hu li kooperattiva tgħin fis-saħħa biex iġġib kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar kemm bħala drittijiet u kif ukoll bħala prezz għax dawn, kif nafu, ġieli jaħdmu bħala trade union tal-għaqda. Ġenerazzjonijiet ta’ impjiegi jgħinu wkoll forsi mhux fuq skala kbira iżda jagħtu żgur il-kontribut tagħhom u fl-aħħar mhux l-inqas jekk ikun hemm numru ta’ kooperattivi tal-istess tip dawn se jikkompetu flimkien u anki jaslu biex iraħħsu l-prezz li fl-aħħar mill-aħħar se jkun favur il-konsumatur.

Rose FRendoBiRkiRkaRa

daRRen CaRaBottĦaL QorMI

GeorGe CoRtisĦaż-żeBBuġ

kaRl aGIuS IL-QreNdI

MaurIce spiteRiin-naxxaR

Page 4: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Il-biedja u s-sajd fil-viżjoni tal-PN huma pedini importanti fil-ħarsien tal-ambjent

F’din il-leġiżlatura bosta sajjieda ngħataw fondi biex ikunu megħjuna jtejbu

l-bastimenti tagħhom

Il-bdiewa u r-raħħala bdew jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ tlieta fil-mija fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Page 5: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala biex pajjiżna jkompli jkollu prodotti agrikoli u merħliet tal-aqwa kwalità

u b’saħħithom

Matul dawn il-ħames snin aktar minn 8,000 bidwi u raħħal gawdew minn

għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern

Il-biedja tagħti prodott frisk u bnin waqt li l-industrija tal-produzzjoni tal-ikel tagħmel

reklam barra minn Malta għall-artiġjanat Malti

Page 6: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

IL-MaSKrI jINBIdLu, IMMa L-uċuĦ jIBQGĦu L-ISTeSS(dehret għall-ewwel darba: il-mument 13.04.08)

Muscat kien wieħed mill-aktar li appoġġjaw il-kampanja ta’ Alfred Sant biex ineħħi l-VAT. Fil-gazzetta

tal-Labour Party KullĦadd fil-15 ta’ Mejju 1994 Muscat kiteb:

“Il-VAT hi xitan żgħir f’rasi”

Hekk kif Alfred Sant beda jneħħi l-VAT fl-1997, bdew ħerġin il-problemi kbar li dan kien se joħloq u kif it-Taxxi tas-Sisa li Sant daħħal flok il-VAT kienu ogħla mill-VAT u faqgħu l-finanzi pubbliċi. Imma Muscat fil-Malta Independent tal-10 ta’ Lulju 1998, hekk kif il-Gvern Laburista kien għadu kif waqa’, kiteb: “CET served the local economy better than VAT.”

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

Fl-istess artiklu xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali tal-1998, Muscat kiteb: “Many are realising the advantages of this new system.” Xahrejn wara din il-kitba, reġa’ tela’ Gvern Nazzjonalista bil-wegħda li jerġa’ jdaħħal il-VAT għax it-Taxxi tas-Sisa kienu fallew.

Muscat fost l-aktar li appoġġjaw it-tneħħija tal-VAT... Alfred Sant, Leo Brincat, Gavin Gulia u l-avukat Patrick Spiteri fit-tneħħija tal-VAT

Page 7: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, kellna aħbar mill-Unjoni Ewropea li kienet tajba ħafna għal Malta għax ikkonfermat kemm il-finanzi tal-Gvern Malti huma fis-sod u skont ir-regola, f’kuntrast ma’ ħafna pajjiżi Ewropej. Din l-aħbar ġiet f’rapport tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżbilanċ fil-budget tal-Gvern Malti.

Fir-rapport ippreżentat mill-Kummissarju għall-Affarijiet Monetarji, Olli Rehn, l-UE ddikjarat li poġġiet lil Malta mal-ftit pajjiżi li għandhom żbilanċ pubbliku skont ir-regola ta’ 3% tal-ġid li joħloq il-pajjiż f’sena. L-UE ħarset ukoll ’il quddiem u ddikjarat li l-iżbilanċ pubbliku ta’ Malta mistenni jibqa’ mrażżan taħt it-3% għal li ġej.

L-ue b’seba’ għajnejn fuq il-pajjiżi tagħha

L-UE hi mixgħufa minn dak li kien ġara f’diversi pajjiżi fis-snin qabel dawn kważi

LENTI FUQ...

L-iżbilanċ jonqos għal taħt it-3% u finanzjat mingħand il-Maltin stess

fallew meta kienu qed jonfqu aktar milli jmisshom għax setgħu jissellfu bi mgħaxijiet baxxi wara li daħħlu l-ewro. Wara dak li ġara f’ħafna pajjiżi li għoddhom fallew, l-UE issa qiegħda b’seba’ għajnejn fuq kull pajjiż għal-lest biex twissih mill-ewwel u bil-qawwi jekk tara li l-iżbilanċ pubbliku tiegħu jista’ jaqbeż it-3%.

Programm li naqqas l-iżbilanċ waqt li l-ekonomija xorta ħolqot ix-xogħolTliet snin ilu, meta l-iżbilanċ tal-Gvern Malti kien qabeż xi ftit ir-regola, il-Gvern Malti beda programm li jnaqqas l-iżbilanċ bla ma jagħmel xi miżuri li b’xi mod jitfgħu lura lill-ekonomija Maltija. Dan il-programm ħadem tajjeb ħafna tant li l-iżbilanċ naqas għal 2.7%, qalet l-UE, waqt li l-ekonomija Maltija kompliet tikber u toħloq ix-xogħol. Tul dan iż-żmien kollu, l-UE stenniet qabel tagħmel

dikjarazzjoni li l-iżbilanċ pubbliku Malti qiegħed skont ir-regola biex tara jekk għas-snin li ġejjin l-iżbilanċ jistax jerġa’ jitla’ b’xi mod għal aktar minn 3%.

żbilanċ skont ir-regola u li se jkompli jonqos għal 1.7%Wara li l-UE fliet il-kontijiet ta’ Malta u rat kif inhi sejra l-ekonomija Maltija, il-Kummissarju Ewropew Olli Rehn ħabbar li l-UE qed tiddikjara li l-miżuri tal-Gvern Malti huma tajbin biżżejjed biex ma tarax periklu li l-iżbilanċ jiżdied.

L-UE fil-fatt bassret fir-rapport tagħha li l-iżbilanċ tal-Gvern Malti mistenni jkompli jonqos. Dan kien ikkonfermat ukoll fil-budget li l-Gvern ressaq fl-aħħar ta’ Novembru li qed jipproġetta żbilanċ li fl-2012 ikun 2.3% - saħansitra anqas minn dak li bassret l-UE - u li din is-sena jkompli nieżel għal 1.7%.

Dan hu f’kuntrast qawwi ma’ dak li qed jiġri f’żewġ terzi tal-pajjiżi tal-UE li għandhom l-iżbilanċ tal-gvern jaqbeż ir-regola, f’ċerti każi b’mod spettakolari. Malta mhux biss għandha żbilanċ pubbliku skont ir-regola u li mistenni jkompli jkun imrażżan, imma l-Gvern jiffinanzja dak l-iżbilanċ mingħand il-Maltin stess.

żbilanċ finanzjat mingħand il-Maltin stessDiversi gvernijiet Ewropej iridu jiffinanzjaw żbilanċ kbir

imma l-banek, anke barranin, ma jagħtuhomx self u allura qed ikollhom imorru għand l-UE għall-għajnuna biex ma jfallux; l-hekk-imsejjaħ ‘bailout’.

F’Malta, bil-maqlub, il-Gvern biex jiffinanzja l-iżbilanċ baxx tiegħu joħroġ stocks għall-Maltin u l-Maltin jagħtuh id-doppju u nofs ta’ dak li jrid jissellef il-Gvern. U b’hekk, huma l-Maltin stess li jgawdu mill-imgħaxijiet li jħallas il-Gvern fuq l-istocks li joħroġ waqt li l-Gvern m’għandux banek barranin jiġru warajh.

Il-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi

mal-Kanċillier ġermaniża angela Merkel

fil-laqgħa li kellhom fid-9 ta’ jannar f’Berlin... Malta u l-ġermanja biss

b’finanzi tant fis-sod li kienu l-uniċi żewġ pajjiżi

fl-unjoni ewropea li mill-2008 żiedu l-impjiegi

u naqqsu n-nies ifittxu x-xogħol

F’Malta, il-Gvern biex jiffinanzja l-iżbilanċ baxx tiegħu joħroġ stocks

għall-Maltin u l-Maltin jagħtuh id-doppju u nofs ta’ dak li jrid jissellef il-Gvern.

U b’hekk, huma l-Maltin stess li jgawdu mill-imgħaxijiet li jħallas il-Gvern

fuq l-istocks li joħroġ waqt li l-Gvern m’għandux banek barranin jiġru warajh

Page 8: Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Grazzi għall-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’pajjiżna, is-setturi tal-bdiewa, tas-sajjieda u tar-raħħala matul din il-leġiżlatura komplew jingħataw għajnuna finanzjarja u l-attenzjoni biex itejbu l-ħidma tagħhom u jipproduċu fis-suq Malti l-aqwa prodotti. Kulħadd jaqbel li l-prodott agrikolu Malti hu ġenwin u ta’ kwalità superjuri.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi