66
APRIL 2013

APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

APRIL 2013

Page 2: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatu

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar:

1. Sabiex fil-ġabra taċ-ċelebrazzjoni pubblika tal-fidi l-insara jirċievu ħajja ġdida. 2. Biex il-knejjes missjunarji jkunu sinjal u strument ta’ tama u qawmien ġdid. 3. Biex inħabbru bix-xhieda ta’ ħajjitna li l-qawmien mill-mewt tal-Mulej huwa għajn ta’ tama u ta’ paċi.

Dati importanti għax-xahar ta’ April: 7 ta’ April: Festa tal-Ħniena Divina Festa liturgika ta’ San Ġwann Battista De La Salle 8 ta’ April: It-Tħabbira tal-Mulej 25 ta’ April: Jum il-Vokazzjonijiet 26 ta’ April: Il-Madonna tal-Bon Kunsill

Adorazzjoni u talb għall-Vokazzjonijiet u wara Quddiesa fil-Kappella tal-Komunità tal-Brothers, il-G#ira

27 ta’ April: Beatu Nikol Roland Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Marzu issa tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-websajt http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda ta’

Fidi

Fidi

- APRIL 2013 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

Page 3: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 3

Id-Dinja tifraħ bil-Papa l-ġdid

Papa Franġisku Jorge Mario Bergoglio SJ

Twieled nhar 17 ta’ Diċembru, 1936

Ordinat Saċerdot, 13 ta’ Diċembru, 1969 Ordinat Isqof, 27 ta’ Ġunju, 1992

Elett Papa, 13 ta’ Marzu, 2013

Dan hu l-ewwel papa: 1. Li ġej mill-Amerika 2. Li huwa Ġiswita 3. Li ħa l-isem ta’ Frangisku

TALBA GĦALL-PAPA O Alla,

skont il-]sieb tal-providenza tieg]ek, int ]tart lil San Pietru, fuq l-Appostli l-o]ra,

biex tibni fuqu l-Knisja tieg]ek; ħares bit-tjieba lejn il-Papa Franġisku, li ridtu jkun su``essur ta’ San Pietru,

u ag]mel li f’din id-dinja kul]add jara fih l-g]ajn u s-sies tal-g]aqda fil-fidi

u tax-xirka tal-poplu tieg]ek. B’Ibnek {esuÏ Kristu Sidna, li hu Alla

u mieg]ek jg]ix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, g]al dejjem ta’ dejjem.

AMMEN

“Mela ejja nibdew dan il-vjaġġ, isqof u poplu... mixja ta’ fratellanza,

imħabba u fiduċja f’xulxin.” Papa Franġisku

Page 4: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

4 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 1 ta’ April It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid

San Nonju Alvarez Pereira - reliġjuż Karmelitan (1360-1431) San Ugo - isqof ta’ Grenoble (1053-† 1132)

Il-Beatu Vilmos Apor (1892-1945)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 14,22-32 Lil dan Ġesù, Alla qajmu, u ta’ dan aħna lkoll xhieda.

2. Salm 15: 1-2a u 5,7-11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

3. Mattew 28: 8-15 Morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili

jarawni hemmhekk.

IL-BEATU VILMOS APOR (1892-1945) Twieled fir-Rumanija. Missieru kien il-Baruni Gabor Apor u ommu l-Kontessa

Palffy. Kien is-seba’ tifel minn tmienja. L-omm rabbithom bħala nsara ferventi. Vilmos kien edukat mill-Ġiżwiti minn mindu kellu għaxar snin.

Fl-1910, beda l-istudju tiegħu fl-Università ta’ Innsbruck. Fl-1915, ġie ordnat saċerdot u beda x-xogħol pastorali tiegħu fil-belt ta’ Gyula

fl-Ungerija. Fl-ewwel Gwerra Dinjija, ġie mibgħut fuq il-front tal-Italja, fejn ħa ħsieb il-fqar. Wara l-gwerra, mar lura f’Gyula, bħala kappillan. Fil-gwerra bejn ir-Rumanija u l-Ungerija, qabeż ħafna għall-priġunieri Ungeriżi

biex jiġu meħlusa. Matul is-sena 1930, il-faqar u n-nuqqas ta’ xogħol kienu kaġun li l-ħajja

nisranija bdiet tibred. Bl-għaqal u biż-żelu tiegħu, Vilmos reġà qajjem l-ispirtu ta’ ħajja nisranija u tejjeb ir-relazzjonijiet ma’ knejjes insara oħra.

Tant kien qiegħed iwettaq missjoni, u tant kien qed ikollu riżultati tajbin, li fl-1940 ġie nnominat isqof ta’ Gyor. Hekk kif laħaq isqof, lid-Dekan, l-għola awtorità tal-Knisja Protestanta ta’ Gyula, għamillu dan il-kumment: “Dan huwa ż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.”

Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu ppersegwitati. Ġabar aktar minn 500 Lhudi, bil-familji tagħhom, fil-Palazz tal-Isqof. Tkellem bla biża’ kontra l-Gvern li beda jikkundanna lil-Lhud għall-mewt u jibgħathom fil-Kampijiet tal-qerda.

Fl-1945, ir-Russi okkupaw il-pajjiż, u hu ma ħallihomx jimmolestaw lil-Lhud. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, xi suldati Russi, immolestaw lil mara Lhudija. Hi marret għand l-isqof biex jaqbeż għaliha. Vilmos qagħad quddiemha sabiex jipproteġiha u r-Russi sparaw fuqu u miet l-għada tal-Għid.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II, ibbeatifikah f’Novembru tal-1997. Huwa eżempju ta’ isqof li ta ħajtu kontra r-razziżmu u favur ir-refuġjati.

Page 5: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 5

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, silta mit-2 punt

To model your conversation on that of the two disciples and Jesus Christ with them, it is good for you to know, first of all, what these two disciples were talking about. They spoke only of good things, of what had happened in Jerusalem at the death of Jesus Christ, about his holy deeds and miracles, and about the admirable life that caused him to be so greatly honored by the entire people that they regarded him as a great Prophet and even as the Messiah who was to deliver Israel. They also spoke about the rumors that were spreading about his Resurrection.

Riflessjoni: Ir-Raba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli LIL DAWK LI MA JEMMNUX FIJA U LIL DAWK LI GĦADHOM MA JAFUNIX. Kont qed naħseb fihom ukoll matul il-passjoni tiegħi, u l-ħeġġa li biha għad jitkebbsu kienet ta’ faraġ għal qalbi. Għaddashom fil-baħar tal-ħniena tiegħi.” Kurunella tal-Ħniena Divina: Ibda billi tgħid il-Missierna, Sliema u l-Kredu. Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna għandek tgħid dawn il-kelmiet:

o Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’ Ibnek l-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.

Fuq iż-żibeġ tal-Ave Maria għandek tgħid dawn il-kelmiet: o F’ġieħ il-passjoni ħarxa tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha. o (Għal għaxar darbiet)

Imbagħad, wara l-ħames posta tgħid għal tliet darbiet: o Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, ħenn għalina u għad-dinja

kollha. Ammen.

Fl-aħħar tgħid it-Talba lil Ġesù Ħanin.

“O Ġesu` ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.” (Din il-kurunella tingħad kuljum matul in-novena)

Missierna ...

Minn nhar il-Ġimgħa l-Kbira tibda n-Novena tal-Ħniena Divina li tingħad kif

jidher hawn taħt. F’kull ġurnata ser ikun hemm il-ħsieb li jingħad qabel.

Page 6: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

6 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 2 ta’ April It-Tlieta tal-Ottava tal-Għid

San Franġisk minn Paola - eremit

Nota: Illum jaħbat l-anniversarju mill-mewt tal-mibki Beatu Papa Ġwanni Pawlu II (2005)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 36-41 Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-

isem ta’ Ġesù Kristu. 2. Salm 32 :4,5,18,19,20 u 22 Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art. 3. Ġwanni 20: 11-18 Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.

SAN FRANĠISK TA’ PAOLA – eremit (1416-1507) Il-ġenituri ta’ San Franġisk li kienu joqogħdu f’Paola, f’Kalabrija, l-Italja, baqgħu

bla tfal għal ħmistax-il sena. Imbagħad kellhom tlieta wara xulxin. Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416.

Meta Robertu kien għadu żgħir, intefħitlu għajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jagħma minnha.

Il-ġenituri tiegħu għamlu wegħda ma’ San Franġisk t’Assisi li jekk ifiq, ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Franġiskani u jibagħtuh għal sena jgħix f’kunvent tal-ordni. U fieq.

Din il-wegħda ħelisha meta kellu tlettax-il sena. Wara flimkien mal-ġenituri tiegħu, mar pellegrinaġġ, u żar Ruma, Assisi u Loretu.

Meta kellu ħmistax, biddel ismu fi Franġisku, u mar jgħix għalih waħdu fuq biċċa art ta’ missieru, sakemm sab għar u beda jgħix fih.

Żewġ żgħażagħ saru jafu bih u marru jgħixu miegħu. Fl-1435, bnew kappella u tliet ċelel. Qassis mill-paroċċa kien imur

iqaddsilhom. In-numru ta’ żgħażagħ li bdew imorru jissieħbu miegħu baqa’ dejjem jikber, u

fl-1454, bl-għajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jgħixu f’regola ta’ faqar, umiltà u sawm kuljum.

San Franġisk semma lil din il-komunità tiegħu, “L-Ordni tal-Minimi” (l-iċken fost l-iżgħar).

Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwiġi XI ta’ Franza, li kien qed imut.

Il-Papa offra li jordnah saċerdot biex jaqdi aħjar il-missjoni tiegħu, iżda Franġisku talbu minn qalbu biex iħallih lajk.

Wara l-mewt tar-Re Lwiġi, Karlu VIII u warajh Lwiġi XII, ammewh fi Franza, li bis-saħħa t’hekk, San Franġisk kiseb ħafna għajnuna mingħandhom biex jibni kunventi tal-Ordni tiegħu fi Franza u f’pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Page 7: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 7

Tlett xhur qabel miet, ħalla l-impenn li kellu mar-Re u mar jgħix fis-solitudni tal-monasteru.

Miet fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1507, fl-età ta’ 91 sena, f’Tours, Franza. Tnax-il sena wara, ġie kkanonizzat mill-Papa Ljun X.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 113, l-1 punt

Saint Francis of Paola had an altogether extraordinary humility, which is the reason why he never took Holy Orders, judging himself entirely unworthy. He also gave the name Minims to the religious of his order, wanting them to consider themselves as the least of all, with no one below them. He knew how to practice this virtue very well, for he served his brothers at table and washed their feet, including those of the novices. Because God usually raises up those who humble themselves, God honored him with the gifts of miracles and of prophecy that spread his reputation everywhere. You have the happiness to labor for the instruction of the poor and to be engaged in a work that is esteemed and honored only by those who have a truly Christian spirit. Thank God for having placed you in such a sanctifying state, one that provides for the sanctification of others but that, nevertheless, has nothing attractive to others and even gives those who labor in it frequent occasions to be humiliated. Riflessjoni: Il-Ħames Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-INSARA LI HUMA MIFRUDIN MINN XULXUN u itfagħhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. Matul il-passjoni huma ċarrtuli ġismi u qalbi, jiġifieri l-Knisja tiegħi. Meta jerġgħu jidħlu fl-għaqda mal-Knisja, il-ġrieħi tiegħi jfiequ, u b’hekk huma jtaffuli t-tbatija.”

TALBA

“O Ġesu` ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha, għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 8: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

8 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 3 ta’ April L-Erbgħa tal-Ottava tal-Għid

San Lwiġi Scrosoppi - saċerdot (1804-1884)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1 Atti 3, 1-10 Dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’

Nazaret, imxi! 2. Salm 104 :1-4,6-9 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej. 3. Luqa 24: 13-35 Għarfuh fil-qsim tal-ħobż.

SAN LWIĠI SCROSOPPI - saċerdot (1804-1884) Dan il-qaddis qed jiġi msejjaħ kontra l-marda qerrieda tal-Aids, għax il-miraklu

li wassal biex jiġi dikjarat qaddis kien fejqan minn din il-marda li seħħ fis-Sud Afrika fl-1996.

Lwiġi kien l-iżgħar minn tliet aħwa subien u twieled fl-1804 f’Udine, fin-nord tal-Italja, minn familja għanja fil-fidi u l-karità nisranija.

Daħal is-seminarju meta kellu 12-il sena u kien ordnat qassis ta’ 23 sena; ħutu, Carlo u Battista, li saru saċerdoti qablu, assistewh fl-ewwel quddiesa solenni tiegħu.

Il-ġuħ u l-faqar li kien hemm f’Udine ispira lil Don Alwiġi biex jieħu ħsieb dawk l-aktar fil-bżonn. Flimkien ma’ qassisin oħra u grupp ta’ għalliema żgħażagħ, hu ddedika ħaju biex jgħallem is-snajja prattika tal-ħjata u tar-rakkmu, kif ukoll biex jaqraw u jiktbu l-aritmetika, lill-bniet foqra u abbandunati.

Disgħa minn dawn it-tfajliet iddeċidew li jieħdu l-voti bħala l-ewwel sorijiet tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Providenza, li Dun Alwiġ beda fl-1837. Din il-kongregazzjoni kibret u maż-żmen fetħet tnax-il dar tas-sorijiet.

Biex jingħata kollu kemm hu lil Alla, meta kellu 42 sena, Padre Scrosoppi ħaseb biex jingħaqad mal-Oratorjani ta’ San Filippu Neri. Hu kompla jmexxi lis-sorijiet tal-Providenza u ddedika ħajtu għall-ġustizzja soċjali u l-foqra, kif ukoll il-morda u l-anzjani.

Hu kien bniedem magħqud ma’ Alla, u kien imżejjen bid-don li jaqra l-qlub. Kellu fiduċja kbira fil-Providenza ta’ Alla, u ra b’għajnejh kif din qatt ma naqsitu anki meta ma kienx hemm x’jitma’ lill-orfni tiegħu.

Il-klima ta’ antiklerikaliżmu, li kien hemm fi żmien l-unifikazzjoni tal-Italja f’nofs is-seklu 19, għalqet id-“Dar tal-Iltima” li kellhom is-sorijiet tiegħu. Kien soppress ukoll l-Ordni tal-Oratorjani. B’danakollu, il-qaddis irnexxielu jkompli fil-ħidma tiegħu ta’ għajnuna mal-iltima.

Lejn l-aħħar tal-1883, minħabba li rikbu l-mard, hu kellu jieqaf mill-ħidmiet tiegħu. San Lwiġi Scrosoppi miet fit-3 ta’ April 1884. Iddikjarah qaddis il-Papa B. Ġwanni-Pawlu II fl-10 ta’ Ġunju 2001.

Page 9: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 9

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 31, it-3 punt

The reason given by Saint Paul to explain why none of the misfortunes he mentions or anything else can make you lose charity and interior peace is that you must be prepared to mortify yourselves interiorly and exteriorly and to be mortified by others all day long for the love of God. Another reason is that you ought to be content to be considered and to consider yourselves like sheep destined for the slaughter; they allow their throat to be cut by the knife without complaining or resisting in any way. This is why, adds the same Apostle, among all the misfortunes that may overtake you, you must always remain victorious because of the One who has loved you, Jesus Christ. For neither death nor life nor any creature can ever separate you from the charity of God, which unites you to Jesus Christ, our Lord. Riflessjoni: Is-Sitt Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli ’L-BNEDMIN TA’ QALB ĦELWA U UMLI U T-TFAL IĊ-ĊKEJKNIN u għaddashom fil-baħar ta’ ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ jixbhu ħafna lil qalbi. Huma tawni s-saħħa fil-ħin tal-agunija ħarxa tiegħi. Jien rajt fihom anġli tal-art, li kellhom jishru miegħi f’riġlejn l-altari. Insawwab fuqhom xmajjar sħaħ ta’ grazzji. Ir-ruħ umli biss tista’ tilqa’ l-grazzja tiegħi. Għandi fiduċja kbira f’dawn l-erwieħ umli.”

TALBA

“O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 10: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 4 ta’ April Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid

San Gejtanu Catanoso - saċerdot (1879-1963) San Isidor - isqof ta’ Sivilja (560-636)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 3: 11-26 Qtiltu lill-awtur tal-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet. 2. Salm 8: 2a u 5-9 Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 3. Luqa 24:35-48 Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-

imwiet. SAN GEJTANU CATANOSO - saċerdot (1879-1963) Twieled fi Chorio di San Lorenzo, provinċja ta’ Reggio Calabria, fl-14 ta’ Frar

1879. Kien wieħed mit-tmint itfal tal-familja Catanoso. Kienet familja tat-tajjeb. Ġietu l-vokazzjoni biex jidħol saċerdot. Kien ordnat saċerdot fl-20 ta’ Settembru

1902, kien maħtur kappillan f’Pentedattilo u f’Candelora ġo Reggio Calabria, fejn waqqaf ċentru ta’ ħajja ewkaristika u xerred ħafna d-devozzjoni lejn il-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù.

Sabiex jevanġelizza kien jivjaġġa distanzi twal, iżolati u rimoti, ġol-muntanji, fuq ħmar. L-iskop tiegħu kien li jikkumbatti l-injoranza u l-mafja.

Kien magħruf ħafna għad-direzzjoni spiritwali tal-erwieħ sa ġie definit bħala “l-Konfessur tal-Knisja ta’ Reggio”. Kien ukoll kappillan tal-ħabsijiet u tal-isptar, direttur spiritwali tas-seminarju djoċesan u kanoniku penitenzjier tal-Kattidral.

Ħabrek ħafna u ġieb ’il quddiem inizjattivi ta’ sostenn għall-vokazzjonijiet ekkleżjastiċi u waqqaf il-Kongregazzjoni tas-“Suore Veroniche del Volto Santo”. Waqqaf ukoll il-konfraternità tal-Wiċċ Imqaddes, fl-1920.

San Gejtanu Catanoso miet fl-4 ta’ April 1963. Kien ibbeatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-4 ta’ Mejju 1997 u kkanonizzat mill-Papa Benedittu XVI fit-23 ta’ Ottubru 2005.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, it-2 punt

The Resurrection of Jesus Christ was glorious for him and advantageous for us in another sense, because, according to Saint Paul, he destroyed sin and rose again only that we might live with a new life. For it is certain that if we are united with him through likeness to his death, we will also be united with him through likeness to his Resurrection, and if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him. Because by rising Jesus Christ destroyed sin, you must take care, following Saint Paul’s advice, that sin may no longer reign in your mortal body. Attach that body with all your disorderly affections to the cross of Jesus Christ; this will make your body

Page 11: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 11

share in anticipation the incorruptibility proper to his body by preserving you from sin, the source of all corruption. Riflessjoni: Il-Seba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ LI JQIMU U JSEBBĦU L-ĦNIENA TIEGĦI B’MOD SPEĊJALI u afdahom f’din l-istess ħniena. Dawn l-erwieħ tnikktu ħafna minħabba l-passjoni li ġarrabt, u daħlu ħafna ’l ġewwa fl-ispirtu tiegħi. Huma xbihat ħajja tal-qalb ħanina tiegħi. Dawn l-erwieħ għad jiddu b’dija speċjali fil-ħajja li ġejja. Fis-siegħa ta’ mewthom, jiena nħares b’mod partikolari lil kull wieħed u waħda minnhom.”

TALBA

“O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 12: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

12 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 5 ta’ April Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid

Santa Katerina Tomas minn Palma – reliġjuża (1531-1574) Santa Marija Crexxenzja Hoss - reliġjuża (1682-1744)

San Vinċenz Ferrer - saċerdot Dumnikan (1350-† 1419)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 4: 1-12 F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni.

2. Salm 117 : 1,2,4,22-24,25-27a Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-

xewka.

3. Ġwanni 21: 1-14 Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u

hekk ukoll għamel bil-ħut.

SANTA KATERINA TOMAS MINN PALMA – reliġjuża (1531-1574) Santa Katerina Tomas twieldet f’Valdemosse, Mallorca Spanja, fl-1 ta’ Mejju

1533. Ta’ età żgħira ħafna sfat orfni u ħadha ziju min-naħa ta’ missierha biex irabbiha hu. Kellha tfulija infeliċi ħafna.

Ta’ 15-il sena ħasset is-sejħa li tidħol reliġjuża, iżda l-konfessur tagħha taha l-parir biex tistenna ftit billi kien għadha żgħira.

Marret taħdem bħala seftura ġewwa Palma. Hemmhekk kellha x-xorti titgħallem taqra u tikteb.

Aktar tard ingħaqdet mar-reliġjużi taħt ir-regola ta’ Sant Wistin fil-kunvent ta’ Santa Maddalena ġewwa Palma.

Kien ikollha esperjenzi u fenomini mistiċi, u spiss kienet taqa’ f’estasi għal sigħat jew anke ġranet sħaħ. Kellha d-don tal-profezija u tad-dehriet. Kellha dehriet minn Sta.Katerina ta’ Siena, Sant’Antnin ta’ Padova u l-Anġli.

Spiss kienet tiġi msawwta kemm spiritwalment u wkoll fiżikament mill-qawwa tad-dlamijiet. Wara kienet tintefa’ f’estasi għall-ġranet . Il-feriti li kienet iġġarrab minn dan l-abbuż kienu jiddewwew minn San Kosma u San Damjan.

L-aħħar sena ta’ ħajjitha għadditha l-biċċa l-kbira f’estasi. Hija ħabbret ukoll il-jum tal-mewt tagħha, li ġrat fil-5 ta’ April tal-1574, ġewwa l-istess kunvent ta’ Santa Maddalena Palma Mallorca.

Ġiet ibbeatifikata mill-Papa Piju VI fit-12 ta’ Awwissu tal-1792 u kkanonizzata mill-Papa Piju XI, fit-22 ta’ Ġunju 1930.

Hija l-patruna ta’ Valldemossa Mallorca, Spanja. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 206, silta mit-3 punt

What you say and do need not be as great a concern in the account you will have to render to God as the intention and the manner of these actions. For the faults of speaking and acting are usually more tangible and come more readily to your mind.

Page 13: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 13

Of intention Saint Paul says that whether we speak or whether we act, we must do all things in the name of our Lord Jesus Christ, not in order to please men but to please God. This is the purpose you must have and the sole motive that God wants you to have in your work. Is it not true that often you have hardly thought of this at all, that usually you have had no intention whatsoever or, if you have had one, that it was purely natural and human? This single fault, then, would have corrupted all that you did, however good it might have been, and would have blocked God’s blessing on your action. Riflessjoni: Il-Tmien Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-PURGATORJU u itfagħhom fil-fond tal-ħniena tiegħi. Ħalli demmi li xerridt bil-kotra jtaffi l-ħruq tan-nirien li qed isofru. Dawn l-erwieħ kollha huma maħbubin ħafna minni. Huma qed iħallsu d-dejn li għandhom mal-ġustizzja tiegħi. Inti tista’ sserraħhom. Agħmel ħiltek biex tirbaħ l-indulġenzi kollha miġburin fit-teżor tal-Knisja Tiegħi, u offrihom għal dawn l-erwieħ. O li kieku kellek tifhem biżżejjed x’qed ibatu, kont toffri l-ħin kollu għalihom il-karità spiritwali, u tħallas id-dejn li huma għandhom mal-ġustizzja tiegħi.”

TALBA

“O Ġesu` ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 14: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

14 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt 6, ta’ April

Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid San Pietru ta’ Verona - saċerdot Dumnikan, martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 4: 13-21 Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna

u smajna.

2. Salm: 1,14-16ab-18.19-21 Niżżikħajr, Mulej talli weġibtni.

3. Mark 16: 9-15 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju.

BEATA PIERINA MOROSINI - verġni u martri (1931-1957) Pierina Morosini twieldet ġo Fiobbo di Albino, (Bergamo), fl-Italja, fis-7 ta’ Jannar

1931. Kienet l-ikbar fost disat aħwa. Minn ċkunitha tgħallmet minn ommha tħobb tassew ’l Alla. Ta’ 15-il sena daħlet

taħdem f’fabbrika tal-insiġ u bil-paga tagħha kienet iżżomm il-familja numeruża tagħha billi missierha ma kienx kapaċi jaħdem minħabba l-mard.

Ta’ 16-il sena marret Ruma ma’ pellegrinaġġ tal-Azzjoni Kattotlika biex tassisti għall-beatifikazzjoni ta’ Marija Goretti. Malli rat lix-xwejħa Goretti, omm il-qaddisa, Pierina għajtet minnufih: “X’ferħ li tmut bħal Goretti!”

Ħadmet bis-sħiħ fil-fabbrika, fid-dar, fir-raba’. Bħala membru fl-Azzjoni Kattolika ħadmet għall-missjoni, għas-seminarju, għall-vokazzjonijiet reliġjużi, għall-morda u għal kull opra ta’ ġid b’sempliċità u b’ġenerożità kbira. Qatt ma ħalliet it-tqarbina ta’ kuljum; kienet titlob kontinwament fid-dar, fuq ix-xogħol, fit-triq … ta’ spiss bil-kuruna tar-rużarju f’idejha.

Nhar l-4 ta’ April 1957, għal xit-3p.m., ħarġet mill-fabbrika fejn kienet taħdem u rħitilha tgħaġġel lejn id-dar. Kellha tgħaddi, bħas-soltu, minn mogħdija ħdejn masġar. Dakinhar, kien hemm raġel moħbi qalb is-siġar, lest għaliha. Ittantaha, iżda hi rreżistiet. Qabeż fuqha; beda jwaħhlilha daqqiet ta’ ġebla u darabha sew. Qamet, ippruvat tagħmel il-ħila u taħrab. Imxiet ftit passi, u nstabtet għal tulha fl-art, mitlufa minn sensiha.

Jumejn wara, fis-6 ta’ April, Pierina mietet fl-isptar ta’ Bergamo. Kellha 26 sena u 3 xhur. Bħal Marija Goretti mietet martri tal-purità. Il-qabar fejn tinsab midfuna, u l-post fejn ġiet attakkata, illum iżuruhom għadd

kbir ta’ pellegrini. Ġiet ibbeatifikata f’Ottubru tal-1987, flimkien ma’ żewġ lajċi oħra martri, il-Beata

Antonia Mesina, martri oħra tas-safa, u Marcel Callo, żagħżugħ taż-ŻĦN.

Page 15: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 15

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 111, silta mit-2 punt

This saint (St. Benedict) exercised such great vigilance and attention over himself to preserve purity that when he felt subject to temptations, he practiced great mortifications to help him overcome them. Once, when harassed more violently than usual by these temptations, he even rolled himself over thistles and thorn bushes with such violence that his body was all covered with blood. He avoided any conversation with women to such an extent that however holy his sister, Scholastica, was, he saw her only once a year, and even then he remained only a short time with her and spoke only about God. If you wish to be as pure as your state requires, mortify your mind and your senses, and use them only when necessary. Riflessjoni: Il-Disa’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum gibli L-ERWIEĦ LI WAQGĦU FIL-BRUDA u itfagħhom ’l isfel fil-fond tal-ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ weġġgħuli qalbi b’mod kiefer. Fil-Ġnien taż-Żebbuġ ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’ minħabba l-erwieħ bierda. Kienu dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid: “Missier, warrab dan il-kalċi minn quddiemi, jekk din hi r-rieda tiegħek.” L-aħħar tama ta’ salvazzjoni għalihom hija li jiġu jfittxu l-ħniena tiegħi.”

TALBA “O Ġesu` ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 16: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd 7, ta’ April Il-Ħadd tal-Ħniena Divina

San Ġwann Battista De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 5: 12-16 L-għadd ta’ dawk li kienu jemmnu fil-Mulej kien

dejjem jiżdied. 2. Salm 117: 2-4,22-24,25-27a Faħħru ’l-Mulej, għaliex hu tajjeb! 3. Apokalissi 1: 9-11a,12,13,17-19 Jien kont mejjet, u ara, jien issa ħaj għal dejjem

ta’ dejjem. 4. Ġwanni 20 : 19-31 Tmint ijiem wara ġie Ġesù. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ma nafux jekk id-dixxipli imbeżżgħin, ingħalqux fiċ-ċenaklu, l-istess post fejn Alla permezz tal-Iben iċċelebra l-għaqda sħiħa mal-bnedmin ftit qabel it-traġedja tal-passjoni, imma hekk inħobbu naħsbu li kien. Hemhekk fejn l-Imħabba ħaslet saqajn sħabha u saret ikel u xorb għalihom baqa’ biss ftit nies mitlufa u mħawda minħabba dak li raw, nies li l-fidi, l-entużjażmu u d-determinazzjoni tagħhom tfarrku taħt is-salib.

Baqa’ biss ħafna dieqa u tbatija, ħafna sforz biex jemmnu l-wegħdiet ta’ Ġesù, u l-aħbarijiet li qiegħedin jaslulhom minn fejn qabru. “Imnalla l-Mulej ma jagħtix każ tas-serraturi li nagħmlulu aħna, u l-imħabba tiegħu tidħol u toħroġ kif u fejn trid.” (don Primo Mazzolari)

Ma Ġesù fiċ-cenaklu tidħol il-Fidi, l-ikbar rigal tal-Irxoxt lid-diixxipli ta’ kull żmien u post, u nafu li fejn hemm il-fidi, il-beżgħat jisfaw fix-xejn u tinbet il-paċi. Iżda jonqos wieħed, Tumas, li d-difetti tiegħu jiġbdu iktar mogħdirija mill-biża’ tad-dixxipli l-oħra. Anqas Ġesù ma jidher li ħa għalih meta jerġa’ jiġi ġimgħa wara, anzi.

Lill-Mulej ma jdejqux min bħal Tumas, jaqbad u jgħid dak li jiġih f’moħħu “immorru miegħu aħna wkoll ħa mmutu miegħu” Ġw 11:16, u togħġbu wkoll l-onesta ta min jixtieq jifhem qabel jemmen. Dak li ta ħajtu biex jeħles lill-bniedem ma jistax ma jridx li l-bniedem ikun liberu quddiemu.

Il-problema ta’ Tumas mhuwiex biss il-fatt li din ħaġa li qatt ma ġrat, iżda li biex jasal għat-twemmin fi Kristu Rxoxt għandu biss ix-xhieda tal-appostli, il-kelma ta’ komunita mitlufa u mħawda. Kif jista’ wieħed jemmen li Alla jafda t-tifkira tal-passjoni u l-qawmien t’Ibnu ma dawk il-ftit dixxipli bla qafas? Kif jista’ jaċċetta x-xhieda ta’ dawk id-dixxipli beżżiegħa li jabbandunaw lill-imgħallem meta fit qabel kienu ħalfu li lesti jagħtu ħajjithom għalih? Kif jista’ jkun li l-mibgħut t’Alla fid-dinja jagħżel lil dawk li kienu iddeludewh daqshekk biex jirrappreżentawh?

Page 17: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 17

Għal darb’ oħra id-dixxipli – sew jekk hu Tumas, int jew jien, qiegħdin jintalbu jemmnu li jekk Ġesù qam mill-mewt, allura kollox hu possibbli: anki l-fatt li l-komunita nisranija magħmula min nies imsejkna ġiet afdata kompletament bil-ħajja u l-verita t’Alla, hi xhud ta’ dak l-għerf u glorja eterna li jsalvaw id-dinja.

Ġesù jitlaq minn fejn sħabu bħala dak li “ara se nġedded kollox” Riv 21:5 u jnissel fihom il-ħolqien ġdid. Biex dan kollu jseħħ fil-komunità tad-dixxipli, il-Mulej irid ikeċċi l-egoiżmu u d-delużjoni, jegħleb il-biża’, jaħfer it-tradimenti, jerġa’ jagħti l-fiduċja u l-ferħ u jiftaħ il-qlub għat-tama biex issaltan il-paċi tiegħu.

Il-beatitudni magħmula għal dawk “li ma jarawx u jemmnu” waslet saż-żminijietna, beatitudni għal dawk li għandhom karattru sod u ġeneruż, li bħal Tumas meta jħobbu, iħobbu tassew…. “Il-fidi ta’ dawn in-nies hija kważi ħarxa, imma fl-ispirtu ħieles tagħhom jirriflettu il-liberta tal-Missier” (don Primo Mazzolari). Beatitudni għal dawk li ma jaċċettawx li joqogħdu waħedhom quddiem Alla, imma jaqsmu din il-mixja iebsa tal-Knisja mal-fqar mal-midinbin għax jifhmu li fiha hemm l-uniku teżor li għandha d-dinja: Ġesu msallab u rxoxt, Hu li jgħix minn seklu għall-ieħor, il-Mulej tagħna u Alla tagħna.

SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE - saċerdot (1651-1719) Twieled f’Rheims, fi Franza, u kien ġej mill-familja tan-nobbli De la Salle.

Studja fis-seminarju maġġuri ta’ Rheims u kien ordnat saċerdot fl-1678, meta kellu 27 sena. Għall-ewwel kien kanonku, imma mbagħad irrinunzja għal dan l-uffiċju biex jiddedika ruħu għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar. Minn hawn nibtet il-Kongregazzjoni tal-Aħwa tal-Iskejjel Insara, magħrufa fostna bħala l-Frères.

Fl-1684, l-ewwel 12-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew il-kongregazzjoni taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna. Iżda fl-1700, qamu l-ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti mill-fundatur. Hekk, pereżempju dawk li kienu jiċċarġjaw għat-taghlim fl-iskejjel kienu kontra t-tagħlim b’xejn kif kien jingħata fl-iskejjel ta’ San Ġwann Battista de la Salle. Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali li kien spiċċa żmienhom u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin. Għalkemm għall-ewwel l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b’xejn għall-foqra, fl-1698, fuq talba tas-sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.

Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta’ stituti ta’ studju għall-gradwati, l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta’ nhar ta’ Ħadd, kif ukoll skejjel tas-snajja għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.

San Ġwann Battista de la Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għall-istudenti mill-klassijiet tal-baxxi, u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienu jakkużawh għax kien qed jiddiżunura l-istatus tiegħu tal-klassi nobbli li kien. Minkejja dawn il-provi kollha, kliem dan il-

Page 18: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

18 SIGNUM FIDEI

qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kienu: “Jien nadura l-mod kif Alla mexa miegħi fil-hwejjeġ kollha li jirrigwardjaw lili.”

San Ġwann Battista de la Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-pubblikazzjoni ta’ xi kotba, fosthom ‘Metodu ta’ Talb Mentali’ (meditazzjonijet).

Miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, is-7 ta’ April tas-sena 1719, meta kellu 68 sena. Kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ Santa Rita fl-1900 minn Ljun XIII. Il-papa Piju XII fl-1950 iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.

Il-festa ta’ San Ġwann Battista De La Salle ssir fil-15 ta’ Mejju Riflessjoni: Mid-Djarju ta’ Santa Fawstina: Ġesù qal lil Santa Fawstina: “Permezz ta’ din in-novena, jiena nagħti kull

grazzja possibli lill-erwieħ ... Kull ġurnata inti għandek tressaq lejn qalbi gruppi differenti ta’ erwieħ u niżżilhom fl-oċean tal-ħniena tiegħi ...”

Ġesù stqarr: “O xi grazzji kbar nagħti lill-erwieħ li jgħidu din il-kurunella ... Is-saċerdoti jirrikmandawha lill-midinbin bħala l-aħħar mezz ta’ salvazzjoni ... L-erwieħ li jgħidu din il-kurunella jkunu mħaddna mill-ħniena tiegħi tul ħajjithom u l-iktar fis-siegħa ta’ mewthom ...”

“Li kieku l-erwieħ kollha kienu jafu min hemm jgħix fil-knejjes tagħna ma kienx ikun hemm daqshekk nuqqas ta’ rispett f’dawn il-postijiet qaddisa!”

TALBA “O Ġesu` ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna ...

Page 19: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 19

It-Tnejn, 8 ta’ April It-Tħabbira tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 7, 10-14; 8,10 Arawha, ix-xebba ssir omm.

2. Salm 39, 7-11 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.

3. Lhud 10, 4-10 Ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla.

4. Luqa 1, 26-38 Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben.

IT-TĦABBIRA TAL-MULEJ Illum il-Knisja tfakkar it-tħabbira li l-Anġlu Gabrijel għamel lil Marija u li dwarha

jikteb San Luqa (1, 26-38) li permezz tagħha seħħ il-misteru tal-inkarnazzjoni. Ir-rakkont kif jagħtihulna l-evanġelista kien suġġett ta’ ħafna studju mit-teoloġi mhux biss għar-rigward ta’ Kristu, imma wkoll għar-rigward ta’ Marija li Alla għażilha biex tkun omm ibnu magħmul bniedem. Il-Knisja tfakkar din il-ġrajja fil-25 ta’ Marzu, data li naturalment hija marbuta mad-data tal-Milied li jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Diċembru. (Meta l-25 ta’ Marzu taħbat f’xi Ħadd tar-Randan, allura ssir l-għada t-Tnejn, u jekk taħbat fil-Ġimgħa Mqaddsa, allura ssir it-Tnejn fuq l-Ottava tal-Għid.)

Il-festa tat-tħabbira tal-Mulej bdiet issir f’Kostantinopli għall-ħabta tas-sena 430, u sas-seklu VIII saret universali wkoll fil-Punent. L-Ispanjoli għal xi żmien kienu jfakkruha fit-18 ta’ Diċembru biex jorbtuha ma’ żmien l-Avvent. F’diversi pajjiżi kienet ukoll il-bidu ta’ sena ġdida. Fir-riforma tal-Liturġija li seħħet wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa, li qabel kienet festa Marjana u konna nsejħulha t-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija, jew ukoll bħala l-Lunzjata, ġiet imsejħa t-Tħabbira tal-Mulej u għalhekk hija festa ta’ Kristu. F’Malta, il-parroċċi ta’ Ħal Tarxien u dik ta’ Ħal Balzan huma ddedikati lil-Lunzjata, kif ukoll il-knisja tad-Dumnikani fil-Birgu.

Tajjeb infakkru li l-Madonna għażlet din il-festa għażiża biex f’Lourdes tgħarraf lil Santa Bernardina Soubirous min kienet. Difatti kien il-25 ta’ Marzu 1858, meta l-Madonna, għall-mistoqsija ta’ Bernardina min kienet u li kienet għamlithiela diversi drabi qabel, għalqet idejha palma ma’ palma u qaltilha: “Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata”. Id-domma dwar it-tnissil bla tebgħa ta’ Marija kienet ġiet promulgata sollennement mill-Papa B. Piju IX ftit aktar minn tliet snin qabel.

Riflessjoni: Kemm-il darba Alla jibgħat messaġġ, ikellimna u ma nifhmu xejn? Nippretendu li nużaw il-loġika umana biex nifhmu l-messaġġi ta’ Alla. Hawn Marija turina biċ-ċar li l-messaġġi u l-missjoni li jagħtina Alla kemm-il darba ma nifhmuhomx mill-ewwel ...

Page 20: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

20 SIGNUM FIDEI

iżda x’qed tkun it-tweġiba tagħna? Kemm qed nagħmlu bħal Marija u ntennu li aħna f’idejh, anke jekk ma narawx ċar? Kemm tassew qed ngħidu: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek” u mhux kif ħafna drabi ntennu li aħna nagħmlu r-rieda ta’ Alla skont kelmti, kif irrid jien. Quddiem is-suppervja tagħna ma noħolqu qatt il-kuntatt biex nifhmu Alla issa xi jrid minni! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, l-1 punt

Let us give thanks with the whole Church for the honor that the Most Blessed Virgin received on this day, to become the Mother of God. This is the greatest honor any mere creature can ever receive. Saint Ambrose declares that it was the greatness and the excellence of Mary’s faith that procured this favor for her. In this role she has become an object of veneration for the angels themselves, who, although much higher by nature, nevertheless, are far beneath her in view of the dignity she received on this day. Still, this dignity only leads her to humble herself, for when the angel declares to her that she is the Mother of God and honors her as such, this admirable virgin has no reply except that she is the servant of the Lord. Saint Ambrose cannot help marveling at such a response in the mouth of this holy virgin at the very moment when she is chosen to be the Mother of God. Let us profit today from such a great example. May all the graces that God gives us, no matter how remarkable they might be, incline us also to humble ourselves below everyone else.

TALBA Angelus (fit-tmienja, f’nofsinhar u fl-“Ave Marija”) V. L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija. R. U hija saret Omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliem għalik ... V. Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej. R. Ikun minni skont kelmtek. Sliem għalik ... V. U l-Iben t’Alla sar bniedem. R. U għammar fostna. Sliem għalik ... V. Itlob għalina, qaddisa Omm Alla. R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Talba: Nitolbuk, Mulej, li tnissel f’ruħna l-grazzja tiegħek, biex aħna li bil-bxara tal-Anġlu, għarafna l-inkarnazzjoni ta’ Kristu Iben tiegħek, f’ġieħ il-passjoni u s-salib tiegħu, naslu fil-glorja tal-qawma minn bejn l-imwiet. F’ġieh Kristu Sidna nnifsu. Ammen.

Missierna ...

Page 21: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 21

It-Tlieta, 9 ta’ April Santa Marija ta' Kleofa

Santa Kasilda ta’ Toledo - verġni eremita (Seklu XI) Beata Katerina Ċelestina Faron - reliġjuża martri (1913-1944)

San Dimetrju ta’ Tessalonika - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 4: 32-37 Qalb waħda u ruħ waħda.

2. Salm 92 : 1abċ-2,5 Il-Mulej isaltan; il-kobor libes.

3. Ġwanni 3: 7b-15 Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-Bniedem, li niżel mis-

sema.

BEATA KATERINA ĊELESTINA FARON - reliġjuża martri (1913-1944) Katerina Ċelestina Faron twieldet ġewwa Zabrzez, il-Polonja. Ommha mietet

meta kienet għada żgħira ħafna u għalhekk familja ġeneruża u ta’ valuri reliġjużi, rabbitha hi.

Minn meta kienet ta’ età żgħira, Katerina wriet devozzjoni kbira lejn l-Imqaddsa Verġni Marija u bdiet tgħid li tixtieq tingħata kompletament lil Alla, u tkun ta’ servizz għalih biss.

Fiż-żgħożija tagħha, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tas-sorijiet serviti tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Stara Wies, fil-Polonja ta’ Isfel.

Hija ngħatat ix-xogħol li tgħallem lit-tfal tal-Kindergarden u fl-1938 saret id-direttriċi tal-iskola ta’ Brzozow.

Kellha natural ħelu u ġentili ħafna u kienet tmur tajjeb ħafna mat-tfal. Dejjem bi tbissima u ferriħija tant li kienu jgħidu li kienet timla qalb kull wieħed bit-tama.

Fis-19 ta’ Frar tal-1942, ġiet arrestata mill-Gestapo u mitfugħa fil-ħabs ta’ Jaslo u ta’ Tarnow. Fis-6 ta’ Jannar 1943, ġiet trasferita għall-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwich-Birkenau.

Hawnhekk sofriet il-ġuħ u torturi ħorox, iżda ntelqet kompletament fir-rieda t’Alla u bdiet tqawwi l-qalb ta’ oħrajn

Mardet bit-tifojde u bit-tuberkolożi tas-sider. Kien ikollha ħafna episodji meta kienet tneħħi ħafna demm. Din it-tbatija kienet qed toffriha għall-bżonnijiet ta’ saċerdot li kien ħalla r-reliġjon. Il-Mulej taha risposta għaliex dan is-saċerdot ikkonverta.

Kellha l-fama ta’ qaddisa, kienet taqsam mal-oħrajn ir-razzjon tal-ikel tagħha, inkuraġġiment, ċajtiet ħelwin u anke talb.

Fi 15-il xahar qatt ma rċeviet l-ewkaristija, iżda ftit taż-żmien qabel ħalliet din id-dinja, saċerdot irnexxielu jdaħħal ftit ostji moħbija fil-keffa tal-kapott u b’hekk Sour Katerina Ċelestina rnexxielha titqarben u tmut ferħana.

Page 22: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

22 SIGNUM FIDEI

Hija mietet Auschwich-Birkenau, fl-ewwel siegħa tal-Għid il-Kbir, tad-9 ta’ April 1944. Kellha biss 31 sena.

Ġiet ibbeatifikatha mill-Beatu Papa Ġwann Pawlu II, fit-13 ta’ Ġunju 1999, ġewwa Warsaw il-Polonja, flimkien ma’ martri oħra tal-Polonja.

Katerina Ċelestina Faron kienet dejjem tirrepeti: “Wieħed għandu dejjem jintelaq għar-rieda ta’ Alla”.

Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-1 Ktieb: Kap. 25 Kulfejn tkun, tista’ tagħmel il-ġid għal ruħek. Jekk tisma’ jew tara min hu tajjeb, għandek tara kif tagħmel u timitah. Jekk tara xi ħaġa mgħawġa, oqgħod attent li ma tagħmilhiex int; jew jekk qatt tkun għamiltha, qis li tikkoreġi ruħek minnha. Kif għajnejk jaraw lill-oħrajn, hekk ukoll l-oħrajn jiflu lilek. Kemm hi ħaġa sabiħa tara lil ħutek kollha ħrara u devozzjoni; tarahom mixjin sewwa, bla qatt ma jgħawġu! Kemm tħossok tbati meta tara oħrajn mixjin għal rajhom, u ma jkomplux ma’ dak li daħlu għalih! Kemm hu deni kbir għal ruħna, li ma nagħmlux l-obbligi li għalihom konna msejħin u nindaħlu fi ħwejjeġ li magħhom xejn ma għandna x’naqsmu aktar. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79, silta mit-2 punt

This saint (St. Francis Xavier), by whom God planned to do such great things, had his heart set on the love of humiliations, knowing that it is to the humble that God gives in greatest abundance the grace to convert souls. Jesus Christ makes this clear enough when the only thing he gives as a lesson to be learned by his holy Apostles is that they be humble of heart. In this way he shows them what would make them most capable in their ministry for the conversion of souls. That is how this saint prepared for the conversion of a great number of souls, for God usually acts this way with those who serve him with humility, as the Most Blessed Virgin testifies in her canticle that God acted in her regard. The more humble people are, the more God accomplishes great things through them.

TALBA Qaddisa Marija Omm Alla,

itlob għalina biex aħna ngħixu l-Vanġelu.

Għinna biex ma naħbux id-dawl tal-Vanġelu

bil-kejl tal-fidi fqajra tagħna. Bil-virtù tal-Vanġelu għinna nkunu d-dawl tad-dinja,

biex il-bnedmin kollha jaraw it-tjubija u l-glorja tal-Missier

li hu fis-smewwiet. Ammen.

Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Page 23: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 23

L-Erbgħa, 10 ta’ April San Eżekjel - profeta

Beatu Antonju Neyrot - martri Santa Madalena ta’ Canossa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 5: 17-26 Dawk l-irġel li intom xħettu l-ħabs qegħdin fit-tempju

jgħallmu ’l-poplu. 2. Salm 33: 2-9 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni 3: 16-21 Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex id-dinja ssalva

permezz tiegħu. SANTA MADALENA TA’ CANOSSA (1774-1835) Din hija l-fundatriċi tal-patrijiet u tas-sorijiet ta’ “Ulied il-Karità” jew “Kanossjani”.

Marija Gabriella twieldet f’Verona fl-1 ta’ Marzu 1774 u kienet ġejja minn familja nobbli u għanja. Missierha miet meta kellha ħames snin, u flimkien ma’ erba’ ħutha sfat abbandunata minn ommha li reġgħet iżżewġet. Madalena trabbiet minn mara Franċiża li ma kinitx tifhem lit-tifla.

Ta’ 15-il sena fieqet minn marda serja u wriet il-fehma tagħha li tidħol reliġjuża, imma niesha kienu kontra għax kienu qed jittamaw li għal ġmielha u l-karattru jiġbdek tagħha kienet se tiżżewweġ tajjeb.

Ta’ 17-il sena għażlet li tidħol Karmelitana, imma rritornat f’darha wara ftit inqas minn sena għax il-mod ta’ ħajja li għażlet kienet timpediha milli tgħin lill-foqra u tgħallem lil min kien fil-bżonn.

Għal xi snin hija kienet tamministra l-proprjetà tal-familja u fl-istess ħin kienet taħdem b’kull mod mat-tfajliet foqra, l-aktar fost dawk fil-periklu li jaqbdu ħajja ħażina. Niesha ppruvaw iżommuha fil-ħidma tagħha mal-fqar u l-baxxi, għax dehrilhom li kienet qed tagħmel xogħol li ma jixraqx id-dinjità tagħha ta’ nobbli. It-tweġiba tagħha kienet dejjem l-istess: “Il-fatt li jiena twelidt markiża għandu jimpedini milli naqdi lil Ġesù Kristu fil-foqra?”

Hi kienet tgħin lill-morda fl-isptarijiet u fid-djar; kienet tixtri kotba tal-katekiżmu biex tagħtihom lill-kappillani għall-parruċċani; torganizza rtiri, tieħu ħsieb tfajliet abbandunati u tqassam kuljum ikel u flus lil dawk li kienu jħabbtu d-dar tagħha, u tagħmel żjajjar lil dawk li kienu jgħixu fi griebeġ u djar delapidati.

L-ittri lid-direttur spiritwali tagħha juru li hi għaddiet minn żminijiet ta’ skrupli u anki tibża’ li se tintilef għax ħasbet li ma kinetx qed timxi fuq ir-rieda ta’ Alla għaliha. Imma d-direttur spiritwali tagħha, Don Luigi Libera, għamlilha kuraġġ u qalilha biex tiddedika ruħha totalment għall-appostolat li kienet ġa bdiet u fuq il-parir tiegħu, Madalena fl-1801, fetħet l-ewwel dar għat-tfajliet fil-bżonn. Kellha dik il-ħabta 27 sena.

Page 24: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

24 SIGNUM FIDEI

L-imperatur Napuljun, li kien qed jammira l-ħidma tagħha, fl-1808 taha l-kunvent ta’ San Fidenzio, li qabel kien tas-Sorijiet Agostinjani. Fetħet ukoll skola f’palazz abbandunat. Kienet ukoll mistiedna Venezja biex tiftaħ dar oħra fil-monasteru qadim ta’ Santa Luċija. L-istitut tagħha kiseb l-approvazzjoni proviżorja mill-Papa Piju VII fl-20 ta’ Novembru 1828.

Santa Madalena ta’ Canossa kellha devozzjoni speċjali lejn il-Passjoni ta’ Ġesù u d-duluri ta’ Ommu Marija. Hija mietet nhar il-festa tad-Duluri fl-10 ta’ April 1835, fl-età ta’ 61 sena. Ħajjitha tillustra perfettament dak li hi kienet tħobb tgħid lir-reliġjużi tagħha: “Il-ħajja reliġjuża mhijiex ħlief l-Evanġelju tradott fil-prattika.”

Kienet iddikjarata qaddisa mill-Papa Ġwanni-Pawlu II fit-2 ta’ Ottubru 1988. Illum ir-reliġjużi rġiel tagħha huma madwar 100, imma dawk nisa jgħoddu ’l fuq

minn 4,000 u għandhom missjonijiet f’21 pajjiż, fosthom f’Hong Kong, f’Goa, is-Sudan u l-Amerika t’Isfel.

Riflessjoni: Xi wħud illum jgħixu daqslikieku qatt mhu sejrin imutu, jew daqslikieku mal-mewt kollox ser jispiċċa; oħrajn li jemmnu li l-bniedem huwa uniku u li hu l-awtur tad-destin tiegħu, iġibu ruħhom daqslikieku Alla ma jeżistix, u xi drabi jaslu fil-punt li jiċħdu li hemm post għalih f’din id-dinja. Għalkemm is-sejbiet fit-teknologija u x-xjenza għenu biex itejbu il-kundizzjoni tal-umanità, m’għamlu xejn fit-tfittxija tar-ruħ umana. Billi niftħu qalbna għall-misteru ta’ Alla, li hu mħabba, nistgħu naqtgħu l-għatx għall-verità u l-ferħ ġewwa qalbna; il-prospett tal-eternità jistgħu joffru valur awtentiku għal dak li ġara fl-istorja, u speċjalment għall-misteru tad-dgħufija, it-tbatija u l-mewt tal-umanità. (Diskors tal-Papa Benedittu XVI waqt uddjenza, nhar is-16 ta’ Awwissu, 2006) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, silta mit-2 punt

Above all, do nothing and omit nothing to please people of the world. Saint Paul speaks of such people when he says, If I were pleasing people, I would not be a servant of Jesus Christ. If you were of the world, Jesus Christ says, the world would love those who belong to the world, but because you do not belong to the world, for this reason the world hates you. Because it is a necessity, according to Jesus Christ and to Saint Paul, not to please people of the world and even, instead, to be hated by them, you ought to do nothing with the intention of pleasing them. In addition the habits and the views of people of the world are quite different from those you ought to have.

TALBA Mulej

agħmilna sensittivi għall-preżenza tiegħek, għinna biex nisimgħu lilek biex ma nkunux torox lejk,

għinna nżommu qalbna ħielsa u miftuħa għalik. Ammen.

Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Page 25: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 25

Il-Ħamis, 11 ta’ April San Staniżlaw – isqof u martri

Santa Ġemma Galgani San Barsanufju - eremita (Seklu V) San Guthlac - eremita (1030-1079)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 5: 27-33 Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna mal-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 33: 2 u 9,17-20 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni 3: 31-36 Il-Missier iħobb lill-Iben u ħalla kollox f’idejh. SANTA ĠEMMA GALGANI (1878 - 1903) Xebba qaddisa minn Lucca (l-Italja) li, ta’ 20 sena, mardet bit-tuberkolożi fix-

xewka tad-dahar. Dil-marda t-tobba ddikjarawha inkurabbli, imma wara li talbet lil San Gabrijel tal-Addolorata, Ġemma fieqet għal kollox fl-ewwel Ġimgħa ta’ Marzu tal-1899.

Hawn hi talbet li tidħol soru mal-Passjonisti kif kienet ilha x-xewqa tagħha, imma t-talba tagħha ma kinitx milqugħa billi ħasbu li ma kellhiex saħħa biżżejjed. Minn dik l-istess sena beda jkollha ħafna esperjenzi spiritwali, li kollha ġew eżaminati b’reqqa mill-konfessur tagħha Patri Germano.

Għal 18-il xahar, Ġemma kellha wkoll f’idejha u f’riġlejha l-istigmati, il-pjagi ta’ Sidna Ġesù Kristu u esperjenzjat ukoll estasijiet u viżjonijiet.

Fl-1902, reġgħet rikbet marda qalila li wasslitha għall-mewt wara li offriet lilha nfisha b’sagrifiċċju għall-midinbin, speċjalment għas-saċerdoti indenji.

Santa Ġemma Galgani mietet fil-11 t’April tal-1903 meta kellha 25 sena. Piju XII ikkanonizzaha f’Lapsi tal-1940.

Sena wara ġew ippubblikati 23 ittra lill-konfessur tagħha. Dawn juruna lil din il-qaddisa żagħżugħa bħala bniedma twajba, sinċiera u ġeneruża, umli u dejjem lesta biex tobdi lid-diretturi tagħha. Juru wkoll il-karattru ferrieħi u s-sens komun tagħha, u fuq kollox imħabbitha lejn Alla u l-apprezzament tagħha għat-tbatijiet ta’ Kristu għalina.

F’xi pajjiżi, San Ġemma, hija mfakkra fis-16 ta’ Mejju.

Riflessjoni: Alla jħobb lill-bniedem, il-ħolqien tiegħu; hu jħobbu anke fil-waqgħa tiegħu u ma jħallihx waħdu. Hu jħobbu sal-aħħar taż-żminijiet, bi mħabbtu hu mġiegħel sal-aħħar, sal-aħħar nett; hu niżel fostna mill-glorja divina. Hu warrab il-ħwejjeġ tal-glorja divina tiegħu u xedd fuqu l-ilbies tal-ilsir. Hu niżel fil-qiegħ nett tal-waqgħa tagħna.

Silta mill-Omelija f’Ħamis ix-Xirka, 2006 – Papa Benedittu XVI.

Page 26: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

26 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 34, silta mil-1 punt

The world knows only the pomp and the outward show of joy, but when God’s servants have joy, it is their hearts that rejoice. The heart is the source of life in a person because it is the last thing in the person to die. The joy of the just, according to our Lord, will be unshakable and not easily subject to change because it is founded on what sustains the life of grace in them, namely, the love of God and union with God by prayer and the reception of the sacraments. In this way God maintains and nourishes their joy; it is solidly based because it is based on God.

TALBA “Ġesù, ħuna u ħabib,

agħmel li nagħarfuk aktar aħjar, inħobbuk b’aktar għożża,

nimxu miegħek aktar fil-qrib ġurnata wara l-oħra.”

San Richard ta’ Chichister

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 12 ta’ April Santa Tereża de los Andes – reliġjuża Tereżjana

San Ġulju I – Papa (Seklu IV) San Alferju – abbati (930-1050) San Żenone – isqof ta’ Verona

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 5: 34-42 L-appostli ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew

meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù.

2. Salm 26:1,4,13,14 Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu. 3. Ġwanni 6: 1-15 Ġesù ħa l-ħobżiet u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda;

u kulħadd ħa kemm ried.

Page 27: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 27

SAN ĠUŻEPPE MOSCATI (1880-1927) Twieled f’Benevento, ħdejn Napli. Missieru kien imħallef imsemmi. Maż-żmien

il-familja marret toqgħod Napli. Kellu 17-il sena meta miet missieru. Beda jistudja l-mediċina, u wara sitt snin

kien illawrjat bħala tabib. Beda jaħdem fl-isptar tal-post u wara mar jeżerċita l-professjoni fl-isptar Santa

Maria del Popolo; magħruf bħala l-isptar tal-“Inkurabbli”, dawk li ma jfiqux. Ġużeppe kien qed jgħix fi żmien ta’ materjaliżmu. Kien iħobb lil Alla u ’l-

proxxmu tiegħu u kien jieħu interess fil-ġid spiritwali tagħhom, tant li n-nies kienu jsejħulu, “Tabib tal-ġisem u tar-ruħ”.

Lil wieħed student kitiblu hekk: “Ftakar li inti għandek tieħu ħsieb mhux biss tal-ġisem imma wkoll tar-ruħ, billi tagħtihom pariri, tiftħilhom moħħhom, dawn jgħinu aktar mill-mediċini li tagħtihom għall-fejqan tal-ġisem.”

Issogra ħajtu għall-pazjenti meta żbroffa l-vulkan Vessuvju fl-1906. Il-ħaddiema kważi kollha kienu telqu bil-biża’ u Ġużeppe, bi ftit li baqgħu miegħu ħelsu l-aħħar pazjenti ftit qabel ma waqa’ s-saqaf kollu.

Fl-1908, laħaq professur fl-Istitut tal-Fiżjoloġija tal-Kimika fejn dam tliet snin imbagħad qatta’ l-kumplament ta’ ħajtu bħala riċerkatur fuq il-każi inkurabbli.

Fl-1911, stinka kemm felaħ meta feġġet il-kolera u ħa f’idejh ir-responsabbiltà tal-isptar. Xorta waħda qatt ma falla l-quddiesa u t-tqarbina ta’ kuljum.

Fl-1927, attenda konferenza tat-tabib Bianchi, li kien ukoll politiku u membru tal-Mażunerija. Ġużeppe ma tantx kien jafdah għax ma kienx bniedem sinċier. Bianchi tkellem fuq suġġett li ma kienx ta’ gost għalih – però ġo fih, Ġużeppe ħassu jitqanqal biex jagħmel xi ħaġa.

Fl-aħħar tad-diskors, Bianchi ħassu ħażin fuq il-palk, waqt iċ-ċapċip tan-nies. Minnufih, Ġużeppe tela’ jiġri jagħtih l-għajnuna. Bianchi għarfu u għafaslu jdejh. Ġużeppe dak il-ħin ħeġġu għall-indiema u t-tama f’Alla.

Anqas minn xahrejn wara, Ġużeppe miet waqt vista għand familja. Kellu biss 47 sena. Bħas-soltu filgħodu kien sema’ l-quddies u tqarben.

Waqt il-funeral tiegħu, xi ħadd tkellem u qal: “Aħna nibku għax id-dinja tilfet qaddis. Napli tilfet l-eżempju ta’ kull virtù. Il-morda u l-fqar tilfu kollox.”

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kkanonizzah fil-25 ta’ Ottubru 1987. Riflessjoni: Waħda min-noti li Ġużeppe Frascati kiteb fid-djarju tiegħu kienet: “Jekk tasal f’mument li trid tissagrifika ħajtek għall-verità, kun sod u qalbieni u tibżax tissagrifikaha.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.53, silta mill-1 punt

It is true that to receive the grace of the sacrament of the Holy Eucharist, which is to nourish our souls and to prevent them from falling into sin, it is sufficient to be without mortal sin. However, if we wish to profit by Communion as we ought when

Page 28: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

28 SIGNUM FIDEI

we receive Communion often, we need to confess our venial sins and to give up any attachment to them. We must be resolved to correct ourselves; otherwise, our Communion will be of slight benefit. We go to Communion to become holy; to achieve this, we must strive to have this disposition as far as we are able, so that in receiving Communion, we are strengthened in the life of grace, obtain new graces, and practice virtue more readily.

TALBA

“Mulej Ġesù jekk inti trid li jiena napparteni

kollni kemm jien tiegħek, aqtagħli l-ktajjen

li qegħdin iżommuni ’l-bogħod minnek. Ammen.”

Bro. Louis

Missierna ...

Is-Sibt, 13 ta’ April

San Martin I – Papa u martri San Ermeneġildo - martri (†585);

Mill-Istorja tal-Istitut Fit-13 t’April 1867, il-Beatu Bro. Scubilion Roussean miet fil-gżira ta’ Reunion, 400 mil ’il-bogħod mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika, wara ħidma ta’ 34 sena fil-missjoni. Il-festa liturġika tiegħu ssir fis-27 ta’ Settembru.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 6: 1-7 Agħżlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu.

2. Salm 32 : 1,2,4,5,18,19 Ħa tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna.

3. Ġwanni 6: 16-21 Raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar.

Page 29: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 29

BEATA MARGERITA TA’ CASTELLO (1287-1320) Margerita ta’ Castello kienet għamja, mifluġa, ħotbija, nana u diformata mit-

twelid. Il-ġenituri tagħha kienu n-nobbli tal-kastell ta’ Metola, min-naħa t’isfel ta’ Franza. Kien jisimhom Parisio u Emilia.

Tant kienet għalihom ta’ diżunur li għal erbatax-il sena ħallewha magħluqa fil-kastell biex ħadd ma jkun jista’ jaraha. Kellha l-privileġġ li tista’ tattendi għall-quddiesa u tirċievi s-sagramenti.

Semgħu bil-mirakli li kienu qed isiru fuq il-qabar ta’ Fra Giacomo, bniedem ta’ fama qaddisa u ħaduha fuq qabru, biex jitolbu għall-fejqan tagħha. Meta raw li ma seħħ l-ebda miraklu, abbandunawha.

Bdiet tgħix bil-karità, fit-talb u tgħin lill-foqra. Mietet ta’ 33 sena u attendew folol kbar għall-funeral tagħha. Tfajla li kienet magħtuba fieqet b’miraklu waqt il-funeral tagħha. Ġiet midfuna fil-knisja stess.

Fl-1558, il-fdalijiet ta’ Margerita kienu trasferiti u għalkemm it-tebut u l-ħwejjeġ tagħha nstabu mmermra, ġisimha kien għadu ppriservat.

Ġiet ibbeatifikatha fid-19 ta’ Ottubru tal-1609, mill-Papa Pawlu V. SAN MARTIN I – Papa u martri (? – 655) San Martin twieled f’Todi, fl-Umbrija, l-Italja, u sar kjeriku tal-Knisja ta’ Ruma. Meta ġie elett Papa, f’Lulju tas-sena 649, ma riedx li jiġi kkonfermat mill-

Imperatur Kustanz II, kif kienet id-drawwa fi żmienu, għax Kustanz kien qed iħaddan l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jiċħdu r-rieda umana fi Kristu.

F’Ottubru tal-istess sena, San Martin sejjaħ sinodu fil-Lateran, fejn ħadu sehem 105 isqof, u fost affarijiet oħra ġie kkundannat it-Typos, editt li kien jipprojbixxi li wieħed jitkellem sew fuq rieda waħda u sew fuq żewġ ridiet ta’ Kristu, li l-Imperatur Kustanz II kien ħareġ ftit żmien qabel.

L-Imperatur ħadha bi kbira ħafna, u għamel kemm seta’ biex iġiegħel lill-Papa jaċċetta t-Typos, saħansitra pprova jqajjem xiżma fost l-isfqijiet, iżda ma rnexxilux.

Fl-aħħar fis-sena 653, bagħat lis-suldati tiegħu Ruma biex jaqbdu ’l-Papa u jġibuh quddiemu f’Kostantinopoli.

Il-Papa, li kien bniedem marradi, ma għamel l-ebda reżistenza u wasal f’Kostantinopoli fis-sena 654, fejn ġie mixħut il-ħabs, ittorturat u kkundannat għall-mewt.

Iżda flok qatluh mill-ewwel, eżiljawh fil-Krimeja. Hawnhekk sofra l-ġuħ u ħafna maltrattamenti, sakemm miet, fis-sena 655.

San Martin I kien l-aħħar fost il-Papiet li mietu martri.

Riflessjoni: Ġesù jagħtina injezzjoni ta’ fidi u fiduċja fina lkoll minkejja li aħna bi dnubietna nisfiduċjawh u nibqgħu nibżgħu qisu hu mhux qiegħed magħna. Ngħaddu mumenti kbar fil-ħajja tagħna li nkunu mwerwra minħabba inkwiet, mard jew inċidenti li jseħħu fil-ħajja tagħna. Meta nkunu żgħar imbeżża’ mill-eżamijiet, meta nikbru mbeżża’ mill-

Page 30: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

30 SIGNUM FIDEI

problemi tal-ħajja, meta nixjieħu mbeżża’ minn kollox. Iva, il-ħajja li ngħidu li hija tant sabiħa hija mibnija fuq il-biżà? Mitt Minuta mal-Mulej – Fr. Charles Fenech O.P. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-3 punt

People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses.

TALBA

O Alla Missier tagħna, agħmel li dak kollu li naraw u nesperjenzjaw iwassalna biex nikbru fl-istagħġib u r-rispett,

biex napprezzaw u nkunu grati għal dak kollu li għandna f’ħajjitna ta’ kuljum.

Nebbaħna biex nagħarfu nagħżlu u ngħixu b’mod pożittiv u nagħmlu użu tajjeb tal-għerf u t-talenti tagħna,

kemm għalina nfusna u kif ukoll għall-benefiċċji ta’ kulħadd.

Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Il-Ħadd, 14 ta’ April It-Tielet Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 5, 27b-32.40b-41 Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna u l-Ispirtu s-Santu.

2. Salm 29, 2, 4-6.11 - 13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.

3. Apokalissi 5, 11-14 Jistħoqqlu l-Ħaruf il-maqtul li jirċievi l-qawwa u l-għana.

4. Ġwanni 21, 1-19 Ġesù qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll

għamel bil-ħut.

Page 31: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

San Ġwann b’din is-silta mill-aħħar tal-vanġelu tiegħu, wara r-rakkonti tal-ġrajjiet imqanqla li kienu għexu, jerga’ joħodna fl-għadira tal-Galilija. Hemm minn fejn kien beda kollox terġa’ tibda din l-esperjenza ta’ dawn il-ftit dixxipli li jmorru lura għal xogħlhom qisu qatt ma kien ġara xejn.

Pietru bil-karattru spirtu pront tiegħu, id-dixxiplu l-maħbub li jżomm sħiħ is-sens ta’ dixxerniment tiegħu, u d-dixxipli l-oħra li reġgħu sabu l-ħeġġa u l-entużjażmu biex jerġgħu jibdew din il-ħajja propju fil-post fejn Ġesù kien interrompihielhom tlett snin qabel, meta sejħilhom warajh biex ikunu sajjieda tal-bnedmin.

Minkejja l-isforzi kollha tagħhom, dik il-lejla, Pietru u sħabu ma qabdu xejn. Imisshom kienu jafu li ma jiswa xejn li tipprova tmur lura għall-passat biex ittaffi il-weġgħat u d-diżappunti li tkun ġarrabt. Fuq kollox imisshom kienu jafu li ma tistax tmur lura għall-ħajja ta’ qabel wara li tkun iltqajt ma Dak li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn – il-Mulej: ikun bħalli kieku ngħixu għal xejn bħal dawk ix-xbieki vojta wara s-sajda ta’ dak il-lejl.

Għalhekk mas-sebħ jidher Ġesù fuq ix-xatt, sew biex jurihom li hu preżenti, imma fuq kollox biex jerġa’ jpoġġihom fuq il-mixja tal-fidi. Fil-fatt bil-mewt u l-qawmien ta’ ibnu, Alla għaqqad id-destin tagħna ma tiegħu. Alla li jidħol għalina meta l-inqas nistennewh u jimla x-xbiek vojt ta’ ħajjitna imma wara li nkunu għamilna l-isforzi tagħna kollha.

Il-Mulej li meta xogħlok ma jagħtix frott u tħossok skurraġġut u mdejjaq, ikun hemm fuq ix-xatt ta’ ħajtek biex jerġa’ jitfa’ d-dawl fl-għabex ta’ jiemek; u jirfdek bil-kuraġġ u l-entużjażmu fil-monotonija tax-xogħol ta’ kuljum.

Bin il-bniedem huwa ħabib ta’ veru, hu ma jitradik qatt, għamilt x’għamilt miegħu int; u għalhekk ifakkrek kull dnub, kull falliment u tradiment imma wara li jkun tak il-maħfra sħiħa u jkun reġa’ tak il-fiduċja u l-istima tiegħu.

Ġesù, ħuk, li jistaqsik biss biex tħobbu “iżjed minn dawn”, xejn iżjed għax hu jaf li int ma tista’ tħobb lil ħadd anqas lilek innifsek jekk ma tpoġġix lil dak li jġedded kollox fl-ewwel post f’ħajtek. Il-mibgħut t’Alla, wara li jkun għalmek tistad għall-bnedmin fil-baħar imqalleb tal-istorja, jafdalek il-ħrief u n-nagħaġ tal-merħla tiegħu mifdija b’demmu.

Lil “Dak li hu ħaj” issibu biss meta taċċetta li tingħaqad ma dawk li bħalek, Ġesù sejħilhom. Flimkien tiffurmaw il-ġisem ta’ Ġesù, ġisem magħmul minn membri fqajra fejn jista’ jiġri li l-aħjar minnhom jiċħad il-Kap; imma ġisem qaddis fejn il-Kap qatt ma jiċħad lil ħadd, anzi jidħol għalina u jagħti l-Ispirtu tiegħu lil kulħadd biex ikomplu l-għemejjel tiegħu.

Kristu Rxoxt preżenti fl-istorja tagħna jistedinna għall-mejda li jlesti Hu fejn il-ħobż ta’ ġismu jingħata għalina u jinqasam bejnietna flimkien mal-ħut, frott ta’ xogħlna fil-waqt li n-nar jikkonsma qlub il-mistednin. Minn hemm nieħdu s-saħħa biex nilqgħu b’ġenerożità u perseveranza l-istedina li sa mill-bidu nett permezz tal-Knisja, Ġesù jagħmel lil kull raġel u mara fid-dinja – “Imxi warajja.”

Page 32: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

32 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 59, it-3 punt Admire the goodness of Jesus Christ regarding these people who had followed him. I have compassion on these people, he said, and he performed a miracle to feed all of them. He multiplied the seven loaves to be able to feed such a great number of people. All could eat their fill, and a great deal remained left over. In like manner God fed the Jewish people in the desert during forty years. In all that time, no one had to make any effort during so many years to provide for his own needs. Similarly, God will furnish you with all that you need, if your only thought is to be sanctified and to fulfill well the duties of your state. This is why God told Saint Catherine of Siena that she ought to think of him and that he would think of her.

TALBA

(biex l-Iben t’Alla jgħarrafni l-kelma tiegħu) Verb Etern,

kelma ta’ Alla tiegħi, irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Beata Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

It-Tnejn,15 ta’ April San Marun - martri (+100)

Beatu Ċesare de Bus - saċerdot fundatur tad-Dxottrinari (1544-1607) San Damjan de Veuster - saċerdot (1840-1889)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 6: 8-15 Ma kellhomx ħila jieqfu lil Stiefnu għall-għerf u għall-

ispirtu li bih kien jitkellem. 2. Salm 118: 23-24.26-27.29-30 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Ġwanni 6: 22-29 Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem.

Page 33: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 33

SAN DAMJAN DE VEUSTER - saċerdot (1840-1889) Joseph de Veuster, bħala reliġjuż Patri Damjan, twieled fi Tremeloo qrib

Louvain fil-Belġju fit-3 ta’ Jannar, 1840. Ta’ 18-il sena daħal mal-patrijiet tal-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija,

magħrufa bħala “Picpus Fathers’. Ta’ 23 sena hu telaq bħala missjunarju fil-gżejjer tal-Paċifiku u ġie ordnat

saċerdot f’Honolulu fl-1864. Disa’ snin wara, offra ruħu biex imur jaħdem qalb il-lebbrużi fil-gżira ta’

Molokai, u wasal hemm fl-10 ta’ Mejju 1873. B’kollox dam f’din il-gżira 16-il sena, jagħmel ġid spiritwali u materjali lill-merħla għażiża tiegħu.

Sa mill-bidu Damjan poġġa l-ġid tal-morda bil-lebbra qabel il-ġid tiegħu. Id-dehra u r-riħa ta’ iġsma mħassra għall-ewwel ħasditu, iżda ma ċediex.

L-ilma li kien hemm ma kienx tajjeb għax-xorb; għalhekk Patri Damjan mar fil-muntanji biex ifittex għejun friski. Wara ħafna xhur ta’ ġlied kontra l-burokrazija, ġew mibgħuta xi kanen u Damjan, flimkien ma’ xi nies tal-post bdew jaħdmu sakemm ilma safi twassal fil-kolonja. Billi fuq il-post ma kienx hemm injam biex tibni, Damjan baqa’ jiffitta lill-Bord tas-Saħħa ta’ Honololu sakemm tawh l-għajnuna meħtieġa.

Mhux l-ewwel darba li kien jitlef il-paċenzja, iżda qatt mal-morda li kien jittrattahom bl-ikbar rispett. Għal kull biċċa xogħol, sew jekk ta’ bini jew tagħlim, sew jekk biex idewwi xi ferità jew jaħdem xi tebut, kont dejjem issib lil Patri Damjan.

Ma’ nżul ix-xemx kien jintasab barra quddiem l-għorfa tiegħu, flimkien ma’ xi gruppi raħħala, jieħu gost bl-istejjer u l-kant tagħhom tal-post. Għalkemm ix-xogħol iebes kien iqabbdu l-ġuħ, mhux l-ewwel darba li qasam il-ftit ikel li kien ikollu ma’ sħabu. Anke l-pipa tiegħu kien iħallihom ipejpu.

Sal-1881, permezz ta’ fondi mingħand l-Isqof, inbnew żewġ orfanatrofji u żewġ skejjel.

L-ewwel Ħadd ta’ Ġunju 1885, qabel ħareġ għall-adorazzjoni ta’ filgħodu, Damjan waqqa’ ilma jagħli fuq siequ. Ra l-ġilda tinstamat iżda ma ħass xejn. F’dik l-għodwa n-nies inħasdu hekk kif Patri Damjan ma bediex il-priedka tiegħu bis-soltu kliem, “Għeżież ħuti …” iżda “Aħna l-lebbrużi …” Bħalhom Damjan issa kien marid bil-lebbra.

Patri Damjan miet bil-lebbra, ta’ 49 sena, fil-15 ta’ April, 1889, u kien midfun b’għożża kbira minn sħabu taħt is-siġra tal-pandanus li taħtha kien raqad meta wasal hemm l-ewwel darba.

Illum fuq Molokai hemm salib tal-granit li fuqu hemm imnaqqax il-kliem: “M’hemmx imħabba ikbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.”

Il-fdal tiegħu ttieħed trijonfalment fil-Belġju, fejn jinsab meqjum fil-kripta tal-Knisja tal-“Picpus Fathers” ta’ Louvain.

Aktar minn 33,000 lebbruż, ħafna minnhom mhux insara, għamlu petizzjoni għall-beatifikazzjoni tiegħu.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifikah fil-Belġju fl-1995 waqt żjara pastorali li għamel f’dak il-pajjiż.

Page 34: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

34 SIGNUM FIDEI

Il-Papa Benedcittu XVI iddikjara lil Damjan de Veuster qaddis f’Ottubru tal-2009.

Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-1 Ktieb: Kap. 25 Eh! li ma kienx ikollna x’nagħmlu ħaġ’oħra ħlief li b’qalbna kollha u bil-fomm infaħħru lill-Mulej Alla tagħna. Eh! li ma kienx ikollok qatt bżonn tiekol, tixrob u torqod biex kont tista’ tfaħħar dejjem ’l Alla u tfittex biss il-ġid tar-ruħ, kemm kieku tkun aktar kuntent milli int issa, li jeħtieġlek toqgħod għall-bżonnijiet tal-ġisem! Mhux li ma kienu qatt dawn il-bżonnijiet biex konna nistgħu nġarrbu biss il-ħlewwiet tal-qalb li aħna wisq fil-bogħod li nħossuhom! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 33, it-2 punt

It is also necessary, says Jesus Christ, that the sheep know their shepherd in order to be able to follow him. Two qualities are needed by those who lead others and must be particularly evident in them. The first is a high level of virtue, in order to be models for others, who would not fail to go astray following their guides if the guides themselves did not walk in the right way. The second is the great tenderness they must show for those entrusted to their care. They must be very alert to whatever can harm or wound their sheep. This is what leads the sheep to love their shepherds and to delight in their company, for there they find their rest and comfort. Do you want your disciples to do what is right? Then you do so too. You will persuade them much more readily through your example of wise and prudent behavior than through all the words you could speak to them. Do you want them to keep silence? Then be silent too. You will make them prudent and self-controlled only insofar as you act that way.

TALBA O Alla,

nitolbu fis-silenzju għal dawk li qed ibatu għal dawk li jieħdu ħsieb lil xi wħud

li għaddew minn xi traġedja f’ħajjithom; nitolbuk tagħtina kuraġġ

meta niltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar; nitolbuk għal dawk li jqegħdu

l-ħajja tagħhom fil-periklu għall-ġid ta’ ħaddieħor.

Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 35: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 35

It-Tlieta, 16 ta’ April San Benedittu Ġużeppi Lebre Santa Bernardina Soubirous

San Kontardo d’Este - prinċep (1216-1249);

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Atti 7: 51– ;8: 1a Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi.

2. Salm 30 :3ċd-4,6ab,7b,8a,17,21ab Mulej, f’idejk jien nerħi ruħi.

3. Ġwanni 6: 30-35 Mhux Mosè iżda Missieri jagħtikom il-ħobż

tassew mis-sema.

SANTA BERNARDINA SOUBIROUS (1844-1879) Din il-qaddisa tibqa’ l-aktar magħrufa minħabba d-dehriet li kellha tal-Madonna

f’Lourdes. Maria Bernarda twieldet f’Lourdes u kienet il-kbira minn sitt aħwa, ulied

Francois Soubirous u martu Louise Castérot. Bernadette, kif kienu jsejħulha d-dar, kienet tifla marradija u tbati bl-ażma, u meta kellha 10 snin anki ħadet il-marda tal-kolera. Missierha li kellu makna tad-dqiq ma kienx jinqala’ għan-negozju u l-familja sabet ruħha f’faqar kbir u kellha tmur toqgħod f’dar se taqa’ u ma taqax.

It-tifla rċeviet ftit skola, u kienet miżmuma bħala moħħha ma jagħtihiex. Fl-1858, fis-sena li fiha għamlet l-ewwel tqarbina, seħħew ġrajjiet straordinarji li biddlu għal kollox ħajjitha u li għamluha tant magħrufa.

Id-dehriet tal-Madonna b’kollox kienu 18-il waħda. F’dik tal-25 ta’ Marzu, meta Bernadette reġgħet staqsiet lis-Sinjura tad-dehriet x’kien jisimha, il-Madonna weġbitha: “Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata.” Il-Papa B. Piju IX kien ipproklama d-domma tat-tnissil bla tebgħa ta’ Marija fit-8 ta’ Diċembru ta’ tliet snin qabel.

L-ilma li ħareġ mill-post fejn Bernadette ħaffret fuq it-talba tal-Madonna sar għajn ta’ fejqan għal bosta, imma dak l-istess ilma lilha ma fejjaqhiex mill-mard tagħha. Kienet qaltilha l-Madonna: “Inwiegħdek li nagħmlek hienja, mhux f’din id-dinja iżda fl-oħra”.

Bernadette kellha tgħaddi minn żminijiet diffiċli: sabet oppożizzjoni u ma kinitx emmnuta kemm mill-awtoritajiet tal-Knisja kif ukoll dawk ċivili. Ma tawx kasha għax qalu li kienet tifla sempliċi, bla skola u tbati mill-alluċinazzjonijiet. Imma s-sinċerità ovvja tagħha u s-sens komun tagħha wasslu biex ħafna bdew jemmnu fid-dehriet. Hi kienet tobgħod il-pubbliċità li għaliha kienet esposta minħabba d-dehriet u kienet tirrifjuta li taċċetta flus jew rigali oħra mill-ħafna nies li kienu jmorru biex jarawha.

Page 36: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

36 SIGNUM FIDEI

Fl-1864, talbet biex tidħol fil-kunvent tas-sorijiet ta’ Notre Dame f’Nevers, imma minħabba saħħitha ma ġietx milqugħa qabel l-1866, meta kienet aċċettata bħala novizza u ħadet l-isem ta’ Maria-Bernarda.

Hi għexet il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru ordinarja u ma ħarġitx mill-kunvent, lanqas fl-1876 fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru biex ifakkru l-ftuħ ta’ bażilika ġdida f’Lourdes. Jidher li din kienet għażla tagħha; xtaqet kieku tkun preżenti imma riedet tevita l-attenzjoni fuqha. “O, kieku kont nista’ mmur bla ma ħadd jarani”, qalet.

Kellha xewqa kbira li titqaddes: “Jeħtieġli nkun qaddisa,” kitbet, “Ġesù dan li jrid minni u jiena obbligata li nkun hekk mill-vokazzjoni tiegħi.”

Kellha sens kbir ta’ umiltà. Dwar dak li ġara minnha qabel ma daħlet reliġjuża, Bernadette xebbhet lilha nfisha ma’ xkupa: “Il-Madonna nqdiet bija. Imbagħad qegħduni lura fir-rokna tiegħi. Jiena hienja li nieqaf hemm.”

Il-mard qatt ma ħallieha għal kollox. L-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha, il-mard daħal aktar ’il ġewwa. Kienet issofri minn tuberkolożi fl-għadam bi tbatijiet kbar. Mietet ta’ 35 sena, nhar is-16 ta’ April tas-sena, 1879.

Bernadette Soubirous kienet iddikjarata qaddisa fis-Sena Mqaddsa tal-Fidwa 1933, mill-Papa Piju XI.

Riflessjoni: “... hawn hija l-qawwa tal-ommissjoni tagħna għax bħalma ’l Ġesù bagħtu Missieru, Ġesù qed jgħidilna li min jiekol ġismu u jixrob demmu aħna ngħixu bih u jkollna l-qawwa li nxandru u nwassluh lill-oħrajn. Ma tista’ tkun qatt nisrani veru jekk inti ma ssostnix ruħek bl-Ewkaristija Mqaddsa. Ma tistax tgħix u xxandar is-saltna ta’ Alla jekk fiċ-ċentru tal-ħajja tiegħek ta’ kuljum ma tpoġġix l-Ewkaristija Mqaddsa. Ma tistax tagħraf il-kobor u tħoss il-qalb ta’ Ġesù tħabbat jekk inti kuljum ma tikolx il-ġisem ta’ Kristu. Mitt Minuta mal-Mulej – Fr. Charles Fenech O.P. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 53, silta mill-1 punt

It is true that to receive the grace of the sacrament of the Holy Eucharist, which is to nourish our souls and to prevent them from falling into sin, it is sufficient to be without mortal sin. However, if we wish to profit by Communion as we ought when we receive Communion often, we need to confess our venial sins and to give up any attachment to them. We must be resolved to correct ourselves; otherwise, our Communion will be of slight benefit. We go to Communion to become holy; to achieve this, we must strive to have this disposition as far as we are able, so that in receiving Communion, we are strengthened in the life of grace, obtain new graces, and practice virtue more readily.

Page 37: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 37

TALBA “Mulej,

tħallini qatt ninfired minnek. Nitolbuk biex ma nonqsu qatt

minn tqarbina bil-Ġisem ta’ Kristu nnifsu,

li ma nwarrbu qatt il-misteru tal-Ewkaristija. Ejjew nitolbu

li hu ma jerħilna qatt idejna. Ammen.

Papa Benedittu XVI Missierna ...

L-Erbgħa 17, ta’ April San Aniċetu – Papa, martri Beata Katerina Tekakwita

Beata Kjara Gambacorti (1362-1420)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 8: 1b-8 Bdew ixandru l-kelma kull fejn marru. 2. Salm 65: 1-3a,-7a Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. Ġwanni 6: 35-40 Din hi r-rieda tal-Missier: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem. BEATA KLARA CAMBACORTI – armla (1362-1419) Thora Cambacorti kienet ta’ nisel nobbli. Missierha Pietru kien gvernatur ta’

Pisa, l-Italja. Ta’ 7 snin ried jgħarrasha lil żagħżugħ nobbli sabiex ikun jista’ jsaħħaħ il-poter, iżda it-tifla, għalkemm ta’ età żgħira, kienet ġa tat qalbha lil Għarus Divin.

Iżda missierha kompla sejjer bl-għerusija kontra x-xewqa tagħha. Però hi qatt ma ltaqgħet ma’ dan iż-żagħżugħ għaliex mar għall-gwerra u miet fl-1377, mingħajr ma reġa’ lura lejn Pisa.

Page 38: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

38 SIGNUM FIDEI

Il-ġenituri tagħha ppruvaw jerġgħu jżewġuha, iżda Thora qatgħet xagħarha, u tat l-ilbies lussuż tagħha u kull ma kellha lill-fqar. Libset ilbies ta’ xkora raffa u rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-Klarissi, fejn bidlet isimha għal Klara.

Ma damitx wisq f’dan il-kunvent għaliex huwa ġie għaliha b’forza u reġa’ ħadha lura. Inżammet għal ħames xhur imsakkra f’darha, xi kultant anke mingħajr ikel. Lanqas setgħet toħroġ biex tattendi għall-quddiesa.

Fl-aħħar, fil-festa ta’ San Duminku, oħtha tar-rispett ħaditha biex tisma’ quddiesa fi knisja tad-Dumnikani, u waqt li kienet qed titlob, Alla nebbaħha li s-sejħa tagħha kienet biex isservih fl-Ordni Dumnikana u mhux fl-Ordni Franġiskana.

Bil-paċenzja rnexxielha tegħleb ir-reżistenza tal-familja tagħha u daħlet fil-kunvent tad-Dumnikani, tas-Salib Imqaddes, barra mill-belt. F’dan il-kunvent damet biss 4 snin għaliex ħasset li l-virtù tal-povertà ma kinitx stretta biżżejjed.

Hija u ħamsa oħra telqu minn dan il-kunvent u marru jgħixu f’kunvent ieħor ta’ San Duminku, li nbena apposta għalihom. Hawn bdew josservaw regola stretta ħafna. Klara laħqet badessa ta’ dan il-kunvent.

Min hawn bdiet ir-riforma tal-Ordni Dumnikan. Għalkemm il-komunità kienet tgħix fi klawsura, Klara sabet mezz li tilħaq il-fqar

u l-batuti. Qabdet żewġ sorijiet, li kellhom il-permess li joħorġu, biex iżuru l-isptarijiet u l-ħabsijiet.

Permess tal-pariri tagħha, kollha għerf u inkuraġġiment, mexxiet kemm il-persuna, fosthom bosta patrijiet, fid-direzzjoni spiritwali. Dan kienet tagħmlu l-iżjed permezz tal-ittri.

Hija mardet serjament u mietet fl-età ta’ 57, fl-1419. Ħafna grazzji u mirakli kienu attribwiti bl-interċezzjoni ta’ din il-beata u

għalhekk il-Papa Piju VIII, ibbeatifikaha. Riflessjoni: Jekk jirnexxilna nifhmu li Ġesù mhux xi profeta kbir jew xi figura religjuża mondjali, imma li hu l-wiċċ ta’ Alla, li hu, hu Alla, niskopru l-kobor ta’ Kristu u nsiru nafu min hu Alla. Alla mhux xi dell imbiegħed, imma għandu wiċċ. Tiegħu huwa l-wiċċ tal-ħniena, il-wiċċ tal-maħfra u l-imħabba, il-wiċċ tal-laqgħa magħna.

Papa Benedittu XVI, f’laqgħa mal-qassisin f’Ruma, 22 ta’ Frar 2007.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, silta mill-1 punt

To induce us powerfully to pray, Jesus Christ assures us explicitly that we will receive everything that we ask for. Whoever asks, he says, will receive. Prayer has this efficacy in itself; this is precisely what God promises us. The more we ask of God, the more he gives, because he takes great delight in granting our prayers. God would not urge us so strongly to make requests of him, says Saint Augustine, if he were not disposed to give us what we ask and if he did not will this effectively. Be ashamed, then, to be so slothful and negligent in praying to God, who has a greater desire to give than you desire to ask. He has more compassion on your wretchedness than you have the desire to be delivered.

Page 39: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 39

TALBA

Mulej Alla, kun int il-qawwa tiegħi, il-parir, l-għaqal, il-fidi, il-konsolazzjoni tiegħi.

Kun int Mulej Alla, il-kelma tiegħi, it-tama tiegħi,

l-hena, it-triq tiegħi, il-konverżjoni tiegħi,

biex inwettaq ir-rieda tiegħek bi ħniena u bi mħabba.

Bro. Louis

Missierna ...

Il-Ħamis, 18 ta’ April San Ġaldinu – isqof

Beata Marija tal-Inkarnazzjoni – reliġjuża Beata Savina Petrelli – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 8: 26-40 Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx? 2. Salm 65: 8,9,16,17,20 Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. Ġwanni 6: 44-51 Jien hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. SAN GALDINU - isqof ta’ Milan (1100 – 1176) Kien mill-familja magħrufa Della Scala u twieled fl-1100. Wara li sar saċerdot laħaq il-kanċellier tad-djocesi u l-arċidjaknu tal-Katidral. Imma fl-1161, kellu jeżilja ruħu mal-arċisqof Hubert minħabba li l-Imperatur

Federik Barbarossa attakka u rebaħ Milan u ħa r-relikwi, miżmumin bħala tal-Maġi mill-knisja ta’ San Ewstorgju ta’ Milan, għall-Katidral ta’ Cologne fil-Ġermanja, fejn għadhom sal-lum.

Iddefenda lill-Papa Alessandru III fix-xiżma li ħoloq Barbarossa, u dan ħatru Kardinal fl-1165 u sena wara arċisqof ta’ Milan.

Page 40: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

40 SIGNUM FIDEI

Kien il-veru missier tal-poplu, li farraġ u għen lill-foqra u lill-imsejkna, u bena Milan mill-ġdid wara li sfat imfarrka minn Barbarossa. Insista li jkun hemm dixxiplina u serjetà fil-Kleru u kkumbatta l-ereżija tal-Katari.

Miet wara li ħassu ħażin fuq il-pulptu, waqt priedka l-iktar imħeġġa fil-Katidral, nhar it-18 t’April, 1176.

Wara San Ambroġġ u San Karlu Borromeo, hu l-iktar isqof qaddis ta’ Milan, meqjum mill-Milaniżi.

Riflessjoni: “Trid idduq ġismu biex ikollok il-ħajja ta’ dejjem. Araw b’liema mħabba jħobbna Ġesù, tana saħansitra ġismu u demmu biex jinvadina kuljum bl-istess imħabba tiegħu. U m’hemmx triq oħra jekk aħna rridu s-salvazzjoni u l-eternità; irridu nieklu ġismu u nixorbu demmu. Dan huwa l-mod kif hu jibqa fina u aħna fih.”

Mitt Minuta mal-Mulej – Fr. Charles Fenech O.P.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 54, it-2 punt

The effects of Holy Communion are so admirable and procure such great good for our souls that we ought to be especially committed to approach it often. This divine sacrament, says Saint Bernard, produces two considerable effects in us: it diminishes our susceptibility to the approach of slight sins, and it prevents us from consenting when we are tempted to serious sins. If anyone, adds this Father, is not at present assailed by movements of anger, envy, impurity, and the like, you ought to give thanks to the body and blood of Jesus Christ, because this is the effect of the power of the sacrament of the Eucharist operating in you. Because you cannot find a more prompt and efficacious remedy for your temptations and falls than the reception of the body of Jesus Christ, receive it often, so that by this means your soul may fall less easily into any sin.

TALBA fuq L-Ewkaristija Ejjew nitolbu lill-Mulej biex jagħtina l-għajnuna

biex nifhmu dal-misteru hekk sabiħ u tant profond, biex inħobbuh aktar u aktar

u fih, inħobbu aktar lill-Mulej innifsu. Nitolbuh biex nersqu aktar lejh

fit-Tqarbin Imqaddes. Nitolbuh biex jgħinna

ma nżommux ħajjitna għalina nfusna imma nagħtuha lilu, u hekk naħdmu miegħu

biex il-poplu jsib il-ħajja; dik il-ħajja vera li tista’ tiġi biss

minn dak li hu tassew It-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ammen Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Page 41: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 41

Il-Ġimgħa, 19 ta’ April Santa Emma tas-Sassinja – armla

Beatu Ġakbu Duckett – martri San Ljun IX – Papa

San Espeditu ta’ Militene – martri San Elfego – isqof ta’ Canterbury

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 9: 1-20 Hu għodda magħżula minni biex iwassal ismi quddiem il-

ġnus.

2. Salm 116:1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.

3. Ġwanni 6: 52-59 Ġismi huwa ikel tassew u demmi hu tassew xorb.

BEATU ĠAKBU (JAMES) DUCKETT - martri (†1602) Ġakbu Duckett kien minn Westmorland, l-Ingilterra. Trabba fir-reliġjon

protestanta u sar apprentista ma’ stampatur f’Londra. Meta rrifjuta li jattendi servizzi reliġjużi protestanti għax daħlulu dubji dwar il-

protestantiżmu, hu kien mitfugħ il-ħabs fejn inżamm għal sentejn. Meta ħareġ, beda jitgħallem il-fidi kattolika mingħand saċerdot u sar kattoliku.

Hu ddedika ruħu li jxerred il-fidi kattolika permezz tal-istampar ta’ kotba kattoliċi u jqassamhom, u wara li hu żżewweġ armla kattolika, hu kellu jgħaddi disa’ snin mit-tnax li ġew wara fil-ħabs minħabba l-attivitajiet tiegħu.

Ġie akkużat minn ċertu Peter Bulloch, li ġieli llegalu xi kotba. Hu kien akkużat li stampa l-ktieb tas-Supplicationis ta’ Fr. Southwell - li filfatt ma kienx il-każ - u fuq akkużi oħra. Meta James Duckett ammetta li kellu kotba kattoliċi fil-pussess tiegħu, hu ġie kkundannat għall-mewt.

Meta martu marret iżżuru fil-ħabs, hu ħeġġiġha biex tibqa’ qaddejja ta’ Alla “u fl-għaqda mal-Knisja ta’ Alla, u jiena nkun nista’ nagħmel miegħek aktar ġid, issa li sejjer għand ir-re tar-rejiet.”

James Duckett kien mgħallaq, fit-Tyburn, nhar id-19 ta’ April tas-sena 1602. Flimkien miegħu ġie maqtul ukoll it-traditur tiegħu Peter Bulloch, li hekk kif kienu t-tnejn flimkien fuq il-forka, il-Beatu urieh li kien ħafirlu għal dak li għamillu.

Il-Papa Piju XI iddikjarah beatu fl-1929. Riflessjoni: “Fil-bdil tal-ħobż u l-inbid fil-ġisem u d-demm tiegħu, Ġesù ħabbar il-mewt tiegħu, jaċċettaha f’qalbu u jibdilha f’sura ta’ mħabba. Dak li minn barra kien jidher bħala vjolenza kiefra – il-Kruċifissjoni – minn ġewwa kienet att ta’ għotja totali ta’ mħabba. Din kienet il-bidla li seħħet fl-aħħar ċena li kienet destinata biex toħloq sensiela ta’

Page 42: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

42 SIGNUM FIDEI

bidliet li wasslet għall-bidla fid-dinja meta Alla kien kollox u għal kulħadd. Il-poplu, fil-qiegħ ta’ qalbu dejjem stenna xi bidla fid-dinja. Hawnhekk issa tinsab dik it-transformazzjoni li ġedded lid-dinja: il-vjolenza nbidlet fi mħabba u l-mewt f’ħajja ... Ġesù jqassam ġismu għax tassew jagħti lilu nnifsu.”

Papa Benedittu XVI, Omelija waqt Quddiesa fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, 2005

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 114: L-1 punt The gentleness and wisdom of Saint Leo were admirable and won for him the esteem and veneration of infidels, even the most uncivilized. These qualities of the saint had led the Pope and the emperor to make use of him in settling a dispute between two generals of the Roman imperial army, a mission that he concluded successfully. Later, when Leo became Pope, the emperor begged him to meet and to plead with Attila, King of the Goths, encamped before Rome and ready to besiege it, in order to convince him to give up his plan. The saint acquitted himself of this mission with so much wisdom, eloquence, and success that this barbarian prince was led to withdraw and to leave Italy in peace. Is it in this way, by your gentleness and your wisdom, that you lead those entrusted to your care to give up bad habits and disorderly conduct and to devote themselves to piety? These two means, joined to prayer, are often more effective on souls than any other method you could imagine.

TALBA Alla, Alla tiegħi int; lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jiena, bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja,

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. Għalhekk imbierkek tul ħajti kollha;

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek. Salm 63: 2-5

Missierna ...

Page 43: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 43

Is-Sibt, 20 ta’ April Santa Anjeże ta’ Montepulciano Beata Kjara Bosatta – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 9: 31-42 Il-Knisja kienet dejjem tikber u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna

tal-Ispirtu s-Santu.

2. Salm 115 : 12-17 Xi rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi?

3. Ġwanni 6: 60-69 Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’

dejjem.

SANTA ANJEŻE TA’ MONTEPULCIANO - (1268-1317) Din ir-reliġjuża Dumnikana twieldet fi Gracchiano-Vecchio, qrib Montepulciano,

l-Italja u kienet ġejja mill-familja għanja Segni. Minn kmieni ħafna kellha ġibda għat-talb u kienet tgħaddi ħin twil f’rokna tgħid

ir-Rużarju għarkupptejha. Meta kien għad kellha biss disa’ snin, niesha daħħluha f’kunvent ta’ sorijiet ta’ ħajja awstera f’Montepulciano, imsejħin Sacconi għax kienu jilbsu lbies tax-xkora. Minkejja l-età żgħira tagħha hija kienet mudell tal-virtujiet insara għall-oħrajn.

Ftit żmien wara, meta s-sorijiet fetħu kunvent ġdid fi Proceno, raħal żgħir ħdejn Viterbo, Anjeże ntbagħtet f’dik il-komunità. Kontra qalbha, hija kienet maħtura badessa, imma kien meħtieġ il-permess tal-Papa Nikola IV għax hi kien għad kellha biss 15-il sena.

Il-qaddisa kienet tgħix ħajja mgħakksa għall-aħħar: għal 15-il sena kienet issum ħobż u ilma, u torqod għall-qiegħa tal-art, imma kellha tibdel dan il-mod ta’ ħajja wara marda qalila. Hija esperjenzjat viżjonijiet u estasijiet, u jingħad li wettqet mirakli biex titma’ lis-sorijiet tagħha fi żmien ta’ ġuħ. Imma minkejja l-fama tal-mirakli, il-qdusija tagħha kienet mibnija fuq ħajja sempliċi u mħabba kbira lejn Ġesù u ommu Marija.

Il-fama tal-qdusija tagħha waslet f’Montepulciano u n-nies riduha tmur lura fosthom. Kienet ilha nieqsa 22 sena minn pajjiżha, u kellha tmur u twaqqaf monasteru ġdid ta’ sorijiet taħt ir-Regola ta’ Santu Wistin (1306). Aktar tard, bl-esperjenza li kisbet fil-komunitajiet li kienet qabel u konvinta kemm benefiċċji jistgħu jiġu jekk tkun affiljata ma’ ordni reliġjuż kbir u rikonoxxut, il-qaddisa qiegħdet għal kollox dan il-monasteru taħt l-Ordni Dumnikan.

Taħt it-tmexxija tagħha, il-kunvent mar ħafna ’l quddiem fl-għadd ta’ membri u fil-ħajja qaddisa. Lejn tmiem ħajjitha sofriet ħafna bil-mard u lil ħutha s-sorijiet kienet tgħidilhom: “Jekk tabilħaqq tħobbuni, għandkom tifirħu li ma ndumx ma mmur ningħaqad mal-għarus tiegħi. Titnikktux għat-tluq tiegħi. Tindunaw li jiena mhux se nabbandunakom, u jiena nkun tagħkom għal dejjem.”

Page 44: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

44 SIGNUM FIDEI

Santa Anjeże ta’ Montepulciano mietet fl-20 ta’ April 1317 ta’ madwar 50 sena. Qabarha sar ċentru ta’ pellegrinaġġi u fost dawk li marru jżuruha nsibu lill-imperatur Karlu IV u Santa Katerina ta’ Siena. Kienet iddikjarata qaddisa mill-Papa Benedittu XIII fl-1726.

Riflessjoni: Ġesù qed jagħtina kelma ta’ kuraġġ u ta’ fejqan. Jgħidilna x’inhi l-missjoni tiegħu. Huwa ġie għall-midinbin jiġifieri ġie għad-dinja kollha. Għax min mhux midneb? Ġesù jrid li aħna lkoll nagħrfuh li huwa qed isejħilna biex ifejjaqna, biex ma jħalliniex nitmermru minn dak li jseħħ madwarna u li naċċettaw kollox b’ħalqna miftuħ.

Mitt Minuta mal-Mulej – Fr. Charles Fenech O.P.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, it-2 punt

We can attribute to obedience what Solomon says of Wisdom, that all good things come to us along with it. Indeed, whoever obeys in a spirit of religion possesses all the virtues: he is humble, because he must be humble to submit to another; he is gentle, because no matter how irksome the thing commanded may be, he does not complain; he is silent, because the truly obedient man has lost the use of his tongue and knows only how to do what is ordered without making any reply; he is patient, because he endures everything and bears all the burdens imposed on him; he is charitable beyond measure, because obedience makes him undertake all things for the good of his neighbor.

TALBA

Alla tal-paċi, li ġibtilna lura mill-mewt

lil sidna Ġesù biex sar ir-ragħaj il-kbir tal-merħla, li b’demmu ssiġilla l-patt ta’ dejjem,

agħmel li nkunu lesti biex nagħmlu r-rieda tiegħu f’kull ħidma tajba li nwettqu.

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 45: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħadd, 21 ta’ April Ir-raba’ Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 13: 14,43-52 Aħna se nduru għal fuq il-pagani. 2. Salm 99: 2,3,5 Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-merħla tiegħu. 3. Apokalissi 7: 9,14b-17 Il-Ħaruf ikun ir-ragħaj tagħhom. 4. Ġwanni 10: 27-30 Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Din is-silta hi fil-fatt ir-risposta ta’ Ġesù għall-mistoqsija tal-mexxejja tal-poplu Lhudi “Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Ġw. 10:24. Ġesù jgħid dan il-kliem wara li n-nies kienu għadhom kif rawh jerġa’ jagħti d-dawl lill-għami, kif kien għadhom mistagħġbin b’dak li ġara, u hekk seta’ jiddikkjara li hu l-uniku ragħaj tal-merħla t’Alla, ir-ragħaj it-tajjeb.

Kien diġa qalilhom li dawk li kienu ġew qablu kienu kollha ħallelin, imma n-nagħaġ ma semgħux leħenhom.

Kieku dan kien qiegħed jiġri llum in-nies kienu jistaqsuh affarijiet simili. Illum ngħidu li biex tkun mexxej tajjeb trid tgħaqqad flimkien formazzjoni personali, teoloġika serja u profonda u programm pastorali bi skopijiet ċari. Kliem konkret u ċar li meta nqabbluhom ma dawk misterjużi tar-Rabbi ta’ Nażaret dawn tal-aħħar jidhru vagi u astratti. Li r-ragħaj jagħraf in-nagħaġ, jagħti ħajtu għalihom u min-naħa l-oħra n-nagħaġ jagħrfu leħnu kollu huwa suġġestiv ħafna iżda għal min hu mdorri jagħti l-ordnijiet u jikkmanda dak li jgħodd hu li jkun hemm idejat ċari li jsiru direttivi preċiżi. Ħasra li llum bħal f’dak iż-żmien spiss jiġri li l-merħla ma tkunx konvinta mid-diskorsi u l-għażliet tal-kapijiet tagħha fil-qasam politiku kif ukoll f’dak reliġjuż u b’hekk titferrex.

Illum spiss niltaqghħu ma nies li jħarsu l-liberta individwali tagħhom b’tant ħerqa u jiddefenduha akkost li jinagħlqu fid-dalma ta’ eżistenza mingħajr ebda referenza barra minnhom infushom. Nies li m’għandhom l-ebda ħajra li jingħaqdu mal-merħla t’Alla għaliex iridu jkunu tagħhom infushom biss; nies li biex ma jemmnux f’Alla u biex ma joqogħdux għall-Kelma tiegħu jaslu biex jemmnu u jobdu kull direttiva basta tkun tal-moda.

Ir-riżultat ta’ dan ir-rifjut ta’ mexxejja u gwidi huwa dak li jiddeskrivi Nietzche “L-ebda ragħaj u merħla waħda, kulħadd irid l-istess affarijiet, kulħadd hu l-istess min jaħsibha mod ieħor imur minn rajh f’ manikomju.”

Fi żmienna Ġesù jixtieq ikun ragħaj għal dawk in-nagħġiet ribellużi u mitlufa imma biss wara li jaċċetta li jkun Hu stess il-Ħaruf t’Alla li biex jiġbor u jipproteġi l-merħla tal-umanita uża kull ħsieb, kull kelma u kull għemil tiegħu sa ma wasal għall-ikbar sagrifiċċju l-għotja sħiħa ta’ ħajtu.

Page 46: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

46 SIGNUM FIDEI

Hu tassew Ragħaj għax għex sal-aħħar bħala l-Ħaruf tal-merħla, hu s-sid tad-dinja u tal-istorja, għaliex għex għal kollox l-ubbidjenza ta’ qaddej t’Alla.

Ġesù huwa r-ras tal-ġisem tal-Knisja għax ta ġismu u demmu biex aħna jkollna l-ħajja. Hu l-Imgħallem għax jaħsel saqajn l-appostli u jitlobhom jagħmlu l-istess sal-aħħar taż-żmien.

Madankollu l-iktar ħaġa straordinarja hi li propju aħna, l-merħla diżordinata ta’ nagħaġ mitlufa, aħna r-rigal li Alla l-Missier jagħti lil Ġesù, id-don prezzjuż li l-Mulej b’imħabba infinita jħares u ma jħalli lil ħadd jaħtafulu minn idu. Bħal David Ġesù jtenni: “Il-qaddej tiegħek kien għadu jirgħa n-nagħaġ ta’ missieru, u meta kien jiġi xi ljun jew ors jaħtaf xi waħda mill-merħla, jien kont nagħmel għal warajh, nidorbu u naħtafhielu minn ħalqu.” 1 Sam17:34. Għalhekk kif ifakkarna Georges Bernanos “is-Sinjur iżomm il-ħabel u ma jifdlilna xejn x’nagħmlu ħlief li nimxu warajh ubbidjenti bħal ħrief.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 34, it-2 punt A second difference between worldlings’ joy and the joy of God’s servants is that the former is only superficial, whereas the latter is very deep. This difference is seen in our Lord’s words. The world will rejoice, he tells us, whereas for the servants of God, he says, Your hearts will rejoice. This shows us that the joy of the former is only apparent. The world knows only the pomp and the outward show of joy, but when God’s servants have joy, it is their hearts that rejoice. The heart is the source of life in a person because it is the last thing in the person to die. The joy of the just, according to our Lord, will be unshakable and not easily subject to change because it is founded on what sustains the life of grace in them, namely, the love of God and union with God by prayer and the reception of the sacraments. In this way God maintains and nourishes their joy; it is solidly based because it is based on God. Your joy is genuine if you rejoice in the midst of suffering and all the most painful trials. But if you make your joy consist in sensual pleasures, ah, how true it is that your joy is completely superficial, for it has the same nature as its object, in this case, a fragile and perishable good!

TALBA Mulej, nitolbuk għal dawk li jxandru il-kelma tiegħek tal-ħajja,

biex ikunu dawl għail dawk li jinsabu fid-dlam; għal dawk li jxandru il-kelma tiegħek tal-paċi,

lil dawk li jinsabu lsiera tal-biża’; għal dawk li jxandru il-kelma tiegħek tal-imħabba,

lil dawk li jinsabu fil-bżonn tal-faraġ. Mulej tal-imħabba, Mulej tal-paċi,

Mulej tal-qawmien tal-ħajja mill-imwiet, ħa jkun magħruf li permess tal-ħajja tagħna u l-qawwa tiegħek,

Kristu l-Mulej, illum qam mill-imwiet. Ammen. Missierna ... http://www.faithandworship.com/prayers

Page 47: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 47

It-Tnejn, 22 ta’ April San Anselmu

San Korradu minn Parzham - religjuż Beata Maria Gabriella Segheddu - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 11: 1-18 Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja. 2. Salm 41: 2,3; 42:3,4 Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj. 3. Ġwanni 10: 1-10 Il-bieb tan-nagħaġ huwa jien. SAN KORRADU MINN PARZHAM - reliġjuż (1818-1894)

Kien jismu Ġwanni Bindorfer u twieled f’Parzham, fil-Bavarja (il-Ġermanja) fl-1818. Daħal ajk mal-patrijiet Kapuċċini u tawh l-isem ta’ Korradu.

Dan il-qaddis qatta’ 40 sena purtinar tal-kunvent tal-Kapuċċini ta’ Altötting maġenb is-santwarju famuż tal-Madonna.

Kull min ltaqa’ miegħu, dieħel u ħiereġ, ħa mingħandu kelma tajba kif jafu jgħidu l-qaddisin. Ġie msejjaħ il-“missjunarju tal-bieb” u bir-raġun għax Korradu l-apostolat tiegħu wettqu hemm għax għalih dak il-bieb kien sar il-pulptu tiegħu minn fejn għallem il-bxara t-tajba.

Kien jimpressjona lil kulħadd bl-umiltà tiegħu u l-prattika tal-preżenza ta’ Alla. Kien iħobb jgħid: “Is-salib huwa l-ktieb tiegħi …, ħarsa waħda lejh tgħallimni x’għandi nagħmel f’kull sitwazzjoni li nkun fiha.”

Korradu miet ta’ 76 sena fil-21 ta’ April tas-sena 1894. Il-Papa Piju XI ikkanonizzah fl-20 ta’ Mejju tas-sena 1934, nhar l-Għid il-

Ħamsin. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum taħt l-altar maġġur tal-knisja ddedikata lilu ġewwa

Altötting. BEATA MARIA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939)

Din il-beata twieldet f’Dorgali, qrib il-belt ta’ Nuoro, f’Sardinja, minn familja ta’ rgħajja, nhar is-17 ta’ Marzu tas-sena 1914.

Għaddiet għall-konverżjoni wara l-mewt ta’ oħtha favorita, daħlet fl-Azzjoni Kattolika u saret attiva ħafna fil-katekeżi taż-żgħażagħ u s-servizz għall-anzjani, u ġeddedt il-ħajja tagħha ta’ talb.

Ta’ 21 sena ħalliet Sardinja, u daħlet mas-Sorijiet Trappisti ta’ Grottaferrata, qrib Ruma. Fil-monasteru tgħallmet tħobb dejjem aktar il-Knisja, u kienet titnikket għall-fatt li l-insara kienu mifrudin minn xulxin.

Dan seħħ l-aktar wara sejħa lis-sorijiet klawstrali mill-qassis Franċiż Paul Couturier biex jitolbu u joffru sagrifiċċju għall-għaqda fost l-insara, skont ix-xewqa ta’ Ġesù “li kollha jkunu ħaġa waħda”.

Gabriella tant ħaditu bis-serjetà dan l-appell li, bil-permess tal-badessa tagħha, hi offriet ruħha għal dan il-għan. Il-Mulej Ġesù laqa’ t-talba tagħha u dakinhar

Page 48: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

48 SIGNUM FIDEI

stess li offriet ruħha, mardet u mietet wara ħafna tbatijiet nhar it-23 ta’ April 1939, wara biss erba’ snin ta’ ħajja fil-monasteru.

Kien il-Papa Ġwanni Pawlu II li ddikjaraha beata fil-25 ta’ Jannar 1983, l-aħħar jum tal-Ottovarju ta’ Talb li jsir kull sena għall-għaqda bejn l-insara.

Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 Ktieb: Kap. 37 X’uħud jerħu ruħhom f’idejn Alla, tabilħaqq; imma jżommu xi teftifa għalihom. Dawn issibhom dejjem jaħsbu fl-affarijiet tagħhom, għax ma jkollhomx vera tama f’Alla. Oħrajn ukoll l-ewwel joffru ruħhom għal kollox, imma mal-ewwel tentazzjoni li tiġihom jerġgħu għal li kienu; u dawn ftit jistgħu jgħaddu ’l quddiem fil-virtù. Dawn ma jistgħu jkollhom qatt qalbhom maħlula, u anqas qatt ma jgawdu l-ħlewwa li ġġib il-grazzja tiegħi, meta tgħammar fil-qalb tal-bniedem. Hemm bżonn li jerħu ruħhom f’idejja għal kollox, u qabel xejn joffru ruħhom lili kuljum bħala vittma, għax inkella ma nistax, u la issa u la qatt, insir ħaġa waħda magħhom.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 111 lil reliġjuża

Frequently spend time in prayer, and during periods of aridity try to find your consolation in it, for it is there that you will find God most surely. In periods of dryness and darkness when you feel no attraction, remain constantly faithful to prayer. This is a good frame of mind to be in and a very sanctifying one. Prayer, made the way I have taught you to make it, will lead you in a short time and effortlessly to live mindful of the presence of God. Prayer is to be preferred to everything. After the Divine Office you should consider it an essential point of Rule. Prayer of suffering is best of all, and when God lets you experience it, you must look upon it as most fortunate for you.

TALBA O Alla, ir-ragħaj tagħna,

inti tieħu ħsieb il-merħla tiegħek kemm jekk tinsab f’xi deżert,

kif ukoll jekk tinsab f’xi lok mudlam, bl-interċessjoni ta’ Marija Verġni,

fittex u reġġa’ lura lil dawk kollha li ntilfu mat-triq, biex inkunu nistgħu ninġabru

lkoll flimkien fil-glorja tas-saltna ta’ Ibnek irxoxt,

il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li jgħix u jsaltan

miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 49: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 49

It-Tlieta, 23 ta’ April San Ġorġ - martri

San Adalbertu - isqof u martri Beata Elena minn Udine - terzjarja Agostinjana

Beatu Eġidju minn Assisi – reliġjuż Beata Tereża Marija tas-Salib - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 11:19-26 Bdew ikellmu wkoll lill-Griegi u jxandrulhom l-Evanġelju tal-

Mulej Ġesù. 2. Salm 86 : 1-3,4-7 Faħħru ’l-Mulej, intom ġnus kollha. 3. Ġwanni 10: 22-30 Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.

SAN ĠORĠ MARTRI († C. 303) Kulma nafu b’ċertezza dwar dan il-qaddis martri famuż, hu, li hu sofra l-martirju fil-bidu tas-seklu 4,

f’Diospolis (jew Lidda) fil-Palestina, aktarx taħt Dijokleżjanu. M’hemmx dubju dwar l-eżistenza tiegħu.

Il-qima lejh verament ġejja mill-qedem – fuq il-Lvant tal-Baħar tal-Galileja, skrizzjoni tas-sena 367 diġà tirreferi għalih. Il-Griegi dejjem żammew lejn San Ġorġ devozzjoni partikulari bħala patrun tas-suldati u jsejħulu l-Megalo-Martri (il-kbir martri).

Fil-Punent hu kien popolari ħafna bħala l-Kavallier-Martri. Nibtu ħafna leġġendi dwaru imma m’għandhomx valur storiku.

San Ġorġ hu wieħed mill-14-il qaddis protettur Awżiljatur u hu l-patrun tal-Ingilterra, Portugal, Ġermanja u tal-bliet ta’ Ġenova u ta’ Venezja. Hu l-patrun wkoll tal-Boyscouts.

Fil-gżejjer Maltin hu meqjum b’mod speċjali fil-parroċċi ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u fir-Rabat, Għawdex, u hu wieħed mill-qaddisin protetturi ta’ Għawdex.

Riflessjoni: “Il-kelma ta’ Alla pereċċellenza hija Ġesù Kristu, Alla u bniedem. L-iben ta’ Alla huwa l-Kelma Eterna, li kien minn dejjem ma’ Alla, għax huwa stess huwa Alla: “Fil-bidu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet ma’ Alla, u l-Kelma kienet Alla’ (Ġw 1: 1) ... Il-kliem u l-għemejjel kollha, imniżżla fl-Iskrittura Mqaddsa mill-awturi spirati u mħarsa b’fedeltà mit-tradizzjoni tal-Knisja, jiltaqgħu flimkien fil-persuna tal-Mulej Ġesù, il-kelma ta’ Alla”. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 115, l-1 punt When he was fifteen, Saint Anselm resolved to devote himself to God and asked to be given the religious habit; however, the abbot of the monastery to which he applied, fearing that the youth’s father might object, refused his request. This discouraged the young man so much that he took on the spirit of the world and

Page 50: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

50 SIGNUM FIDEI

abandoned himself to dissolute living. Oh, how little it takes to change the goodwill of children and young people! This example teaches those who are young that when they wish to consecrate themselves to God in the way of virtue, they must not be discouraged by any obstacles and difficulties that they encounter. After they have committed themselves and made it known to those who are responsible for them, those in charge must act so wisely in their regard that nothing in them or in their conduct is able to give these youths any dislike for the service of God or to cause them to deviate even slightly from their duties. Is this one of your main concerns in your work? The progress your disciples can make in piety and the benefit you can derive from instructing them depend very much on this kind of care.

TALBA

Mulej la titlaqnix fid-dell. Saħħaħ il-fidi fqira tiegħi sabiex nagħmel il-qalb

u nħabbat it-tajjeb, dak il-bieb li jinfetaħ li jagħti fuq

id-dawl u l-verità tiegħek. Dak il-bieb li minnu tgħaddi mħabbtek

għal ġo qalbi u li tgħinni nkun aktar disponibbli għal dawk li qed ibatu.

Mulej! Iftaħli dan il-bieb b’fidi li ma ċċedix!

Bro. Louis Missierna ...

L-Erbgħa, 24 ta’ April San Fidiel minn Sigmaringen - presbiteru u martri

Santa Marija Ewfrasja Pelletier San Egberth ta’ Northumbria - raħeb

Santa Benedettu Menni - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Atti 12: 24 – ;13: 5a Agħżluli malajr lil Barnaba u lil Sawl. 2. Salm 66 : 2,3,5,6 u 8 Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. 3. Ġwanni 12: 44-50 Jien huwa d-dawl li ġejt fid-dinja.

Page 51: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 51

SANTA MARIJA EWFRASJA PELLETIER - (1796-1969) Din il-qaddisa hija l-fundatriċi tas-sorijiet tal-Bon Pastur. Roża Virġinja twieldet

fuq il-gżira ta’ Noirmontier fuq il-kosta tal-Brittanja (Franza) fejn il-ġenituri kienu marru biex jeħilsu mill-ġlied tar-Rivoluzzjoni Franċiża.

Bagħtuha tistudja f’Tours, fejn Roża saret taf bil-kunvent Santa Marija tal-Karità tar-Refuġju. Dan kien ta’ kongregazzjoni reliġjuża mwaqqfa minn San Ġwann Eudes, biex jgħinu nisa li żbaljaw u biex iħarsu oħrajn li jkunu fil-periklu.

Roża bdiet in-novizzjat hawnhekk fl-1814, meta kellha 18-il sena, u ħadet l-isem ta’ Marija Ewfrasja.

Madwar 11-il sena wara, meta kien għad kellha biss 29 sena, hi ġiet magħżula superjura. Hi waqqfet kunventi ġodda f’Angers, u marret hi nnifisha biex tmexxi dar tar-rifuġju li kienet teżisti hemm bl-isem tal-Bon Pastur (Ragħaj it-Tajjeb). Kellha suċċess meraviljuż, imma kellha titlaq minn hemm u marret lura fil-kunvent tagħha ta’ Tours.

Sa issa dawn id-djar tar-rifuġju kienu kull waħda minnhom indipendenti mill-oħra. Ewfrasja ħabirket li ġġibhom taħt amministrazzjoni waħda, taħt superjura ġenerali waħda u jkun hemm novizzjat wieħed, u hekk tkun tista’ tqassam is-sorijiet minn kunvent għall-ieħor skont il-bżonnijiet.

Sabet ħafna diffikultajiet, imma Ewfrasja baqgħet soda għax rat li b’hekk il-ħidma tagħhom tkun aktar koordinata u aktar effettiva.

Minkejja li kienet bniedma umli u tirrispetta l-awtorità, is-superjura żagħżugħa, li xi ħadd dwarha qal li “kellha kapaċità anki tmexxi renju”, irnexxielha, bil-għajnuna tal-providenza, li toħloq f’Angers dak li jista’ jissejjaħ stitut ġdid u d-djar kollha li bdew jinfetħu bdew jissejħu tal-Bon Pastur.

L-approvazzjoni tal-Papa waslet fl-1835. F’din il-kongregazzjoni ġdida saru ħafna żviluppi fi żmien qasir, u l-ġid immens li kien qed isir kien qed jidher f’kull dar ġdida li bdiet tinfetaħ.

Fil-ħafna provi u diffikultajiet tagħha, fosthom akkużi li kienet tagħmel tibdil bla ħsieb ta’ xejn, ta’ ambizzjoni personali, u ta’ nuqqas ta’ paċenzja fl-awtorità, Santa Marija Ewfrasja Pelletier uriet qawwa erojka, baqgħet sal-aħħar iżżomm il-karattru ferrieħi tagħha u tama kbira f’Alla.

Mietet fl-24 ta’ April tas-sena 1868 fl-età ta’ 71 sena. L-aħħar kelmiet lil sħabha kienu – “Ħobbu s-salib u s-salvazzjoni tal-erwieħ”.

Ġiet ikkanonizzata minn Piju XII fl-1940. Meta mietet Santa Ewfrasja Pelletier, is-sorijiet tal-Bon Pastur kienu ġa jlaħħqu

l-2,760 u d-djar tagħha wasslu għal 110 mad-dinja kollha, fosthom dik ta’ Malta f’Ħal Balzan fl-1858, jiġifieri din twaqqfet 10 snin qabel ma mietet il-qaddisa.

Riflessjoni: Li timxi fid-dawl jfisser li tagħraf tassew l-għemejjel tiegħek, anke id-dnubiet tiegħek, u titlob maħfra. U hawn huwa l-miraklu tal-konverżjoni li l-Mulej iwettaq fina billi jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minnhom. Il-ġlieda tagħna u l-isfida tagħna kuljum hija biex ma nidinbux iżda jekk nagħrfu li nqasna, il-Mulej qiegħed hemm biex

Page 52: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

52 SIGNUM FIDEI

jaħfrilna għax huwa diġà ħallas għal dnubietna bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Kif nistgħu aħna ma nagħtux kas? Kif nistgħu jien u inti ma nagħrfux id-dawl tal-maħfra? Kif nistgħu nibqgħu ngħixu fil-gideb?

Mitt Minuta mal-Mulej - Fr. Charles Fenech O.P.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 55, silta mit-3 punt

Because the Eucharist is a sacrament of love, in receiving it, we must have a tender love for Jesus Christ. This is why devotion is one of the main dispositions that we ought to bring to this action. How, then, some say, can I communicate so often, when I do not have any devotion? To receive Communion, it is not necessary to have a sensible fervor. You can be certain that the true and least suspect devotion consists in a great horror for sin. But when we go to Communion so often, must we not fear to receive Communion out of mere custom? Do you think such a custom is a bad one or that we ought also to forego attending daily Mass for fear of doing so out of custom? Take great care not to be misled by any of these reasons for excusing yourself from Communion, as long as you do not have any fundamental impediment.

TALBA O Alla, inti qiegħed fuq kollox, f’kollox u kullimkien. Iftħilna għajnejna biex naraw il-kobor ta’ madwarna;

iftħilna qalbna biex nagħrfu s-sabiħ ta’ ħutna; iftħilna xofftejna biex nagħtuk ġieħ bil-kant.

Reġġa’ l-poplu tiegħek fi xbiha tiegħek, li hu Ġesù Kristu, l-iben tiegħek u s-sinjur tagħna,

li jsaltan miegħek u l-Ispirtu s-Santu. Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 53: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 53

Il-Ħamis, 25 ta’ April San Mark - evanġelista

Santa Franka ta’ Piacenza - religjuża San Pedro de S. Josè de Betancur - saċerdot

Jum il-Vokazzjonijiet

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Pietru 5: 5b-14 Iselli wkoll għalikom Marku, li hu ibni. 2. Salm 88: 2,3,6,7,16,17 Tjubitek, Mulej, irrid dejjem ngħanni. 3. Mark 16: 15-20 Xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.

San Mark Evanġelista (l-1 seklu) Hu ġeneralment miżmum li Ġwanni Marku, li jissemma fl-Atti tal-Appostli, hu l-

istess wieħed li jsemmi San Pietru fl-ewwel ittra tiegħu (5,3) u San Pawl fil-Kolossin (4,10) u fit-tieni ittra lil Timotju (4,11) u Filemon (v24). Marku kien iben Marija, membru importanti fil-komunità nisranija ta’ Ġerusalemm, li kienet tilqa’ għandha (f’darha) l-ewwel miġemgħa nisranija.

L-ewwel darba li nisimgħu b’San Mark hu meta San Pawl u San Barnaba ħaduh magħhom f’Antijoka fis-sena 46 u mbagħad fl-ewwel vjaġġ apostoliku f’Ċipru. Hawn Mark infired minn Pawlu u Barnaba u mar lura f’Ġerusalemm.

San Pawl ma riedx li Mark jakkompanjah fit-tieni vjaġġ missjunarju. Minħabba f’hekk anki Barnaba nfired minn San Pawl. San Pawl mar għal rasu waqt li Barnaba u Marku (li kienu kuġini ta’ xulxin) reġgħu marru Ċipru. Imma ftit żmien wara Mark u Pawlu rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom u saru ħbieb. Għall-ħabta tas-sena 60, lil Mark insibuh Ruma ma’ dan l-appostlu kbir u kien qed jaħseb biex jirritorna fil-knejjes tal-Asja ż-Żgħira, fejn kien diġà sar magħruf ħafna għall-ħidmiet appostoliċi tiegħu.

Jidher li San Mark xandar l-evanġelju wkoll f’Aquilea, fit-tarf tat-tramuntana tal-Adrijatiku. Minn hemm telaq lejn l-Eġittu u jingħad li hu kien l-ewwel isqof ta’ Lixandra. Fis-sena 61, San Pawl kiteb lil Timotju f’Efesu, u talbu li jieħu miegħu lil Marku f’Ruma.

F’Ruma, bejn is-snin 60 u 70 wK, San Mark kiteb l-evanġelju tiegħu, li hu ġabar mit-tagħlim ta’ San Pietru, li tiegħu jidher li kien jagħmilha ta’ segretarju u interpretu – hi kitba għall-pagani konvertiti. San Pietru jsejjaħ lil Marku “ibni”. L-evanġelju tiegħu hu l-iqsar u l-eqdem mill-erba’ evanġelji li għandna.

San Mark hu l-patrun ta’ Venezja; hu l-qaddis protettur wkoll tan-nutara. Riflessjoni: Ibni, tinsiex it-tagħlim tiegħi, iżda żomm f’qalbek il-kmandamenti tiegħi; għax għomor twil u ħafna snin u risq tajjeb iġibulek. It-tjieba u l-fedeltà tħallihomx iħalluk; ma’ għonqok orbothom; iktibhom f’qalbek. Hekk issib xorti u isem tajjeb quddiem Alla u l-bnedmin. Proverbji 3: 1-4

Page 54: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

54 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 116, l-1 punt

Saint Mark, a disciple of Saint Peter, accompanied him in his travels and in preaching the holy Gospel. He was so faithful to Saint Peter and so beloved by him that this saint joins Mark’s name to his own in the greetings he addresses in his first Epistle. He calls him his son, as having begotten him in Jesus Christ and as having raised him in the faith and in the practice of Christianity. How fortunate this saint was to be instructed by so well-qualified a teacher! How clearly did his conduct show how much he profited by such an advantage, for he always remained an exact observer of the doctrine of this holy Apostle, which was none other than that of Jesus Christ. You can have the advantage of being instructed by the same teacher as Saint Mark if you often read the Epistles of Saint Peter and faithfully put into practice the holy maxims contained there, which are so consoling and instructive.

TALBA TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Il-Ġimgħa, 26 ta’ April

Il-Madonna tal-Bon Kunsill San Kletu u San Marċellinu - papiet martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 55: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 55

Qari: I. Atti 13: 26-33 Il-wegħda li Alla kien għamel temmha għalina billi qajjem lil

Ġesù mill-imwiet. 2. Salm 2: 6-11 Ibni int, jien illum nissiltek. 3. Ġwanni 14: 1-6 Jien hu t-triq, il-verita’ u l-ħajja.

Il-Madonna tal-Bon Kunsill Ix-xbiha tal-Madonna tal-Bon Kunsill, jiġifieri tal-Parir Tajjeb, tinsab meqjuma

fis-santwarju tagħha, dak tal-Patrijiet Agostinjani, f’Genazzano viċin il-belt ta’ Ruma, fejn ilha sa mill-1467. Skont it-tradizzjoni nġabet hawn minn Shkoder (skutari) fl-Albanija.

Is-santwarju ta’ Genazzano żaruh papiet u nies kbar oħra, fosthom diversi qaddisin, bħall-Papa Urbanu VIII, San Ġwann Bosco u oħrajn.

U l-Beatu Papa Giovanni Pawlu II żar mhux biss dan is-santwarju imma wkoll il-Katidral ta’ Shkoder fl-Albanija, fejn jingħad li kien hemm il-Kwadru tal-Bon Kunsill qabel.

Devot mill-ikbar tal-Madonna tal-Bon Kunsill kien il-kappillan qaddis ta’ Genazzano, il-Beatu Stiefnu Bellesini Agostinjan, li miet martri tal-imħabba tal-proxxmu meta ttieħed mill-marda tal-kolera u miet fit-3 ta’ Frar, 1840, u li l-fdal tiegħu jinsab meqjum f’dan is-santwarju.

Il-Papa Leone XIII żied l-invokazzjoni “Mater Boni Consilii” fil-Litanija tal- Madonna.

Il-Madonna tal-Bon Kunsill hi l-patruna prinċipali tal-Albanija. Santa Bernardetta qalet li x-xbiha tal-Madonna tal-Bon Kunsill kienet l-iktar waħda li tixbah lill-Madonna li dehritilha ġewwa Lourdes.

San Ġorġ Preca kien devot ħafna tal-Madonna taħt dan it-titlu. Kien spiss jitlob quddiem xbiha tagħha li kellu d-dar, biex iddawlu fid-diffikultajiet li kien jiltaqa’ magħhom. Huwa jgħid li waqt żmien ta’ tfixkil kbir kellmitu u qaltlu biex iżomm is-silenzju.

Nota: F’dawn l-aħħar mitejn sena l-ordni tal-Brothers, daħħlu l-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill fil-kalendarju tagħhom. Fil-‘Mother house’ tal-brothers, f’Ruma, hemm inkwadru kbir tal-Madonna tal-Bon Kunsill fis-sala fejn is-Superjur Ġenerali jlaqqa’ l- kunsilliera tiegħu. Riflessjoni - Ħsibijiet tal-Qaddisin fuq Marija:

Il-midneb, dineb kemm dineb, jekk isir devot tal-Madonna, ma jintilifx. San Ilarju (M.368)

Hekk kif Marija tat l-“iva” tagħha biex tkun omm Alla, hija stħaqqilha b’dan il-kunsens li ssir reġina tad-dinja u tal-ħlejjaq kollha.

San Bernardinu ta’ Siena (1380-1444)

Id-dinja ilha żmien li sfat meqruda, li kieku Marija ma daħlitx għaliha bl-interċessjoni qawwija tagħha. San Fulġenz (468-533)

Page 56: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

56 SIGNUM FIDEI

Kieku ħajjitna ma kinitx taħt il-ħarsien ta’ Marija, konna nitwerwru u naqtgħu qalbna li nsalvaw. San Pierre Julian Eymard (1811-68)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, l-1 punt ... The name Mary, by which we honor the Most Blessed Virgin, means star of the sea. It is, says Saint Bernard, very well given to her, because she is indeed a star that enlightens, guides, and leads us to a harbor in the stormy sea of this world. This holy Virgin, says the same saint, is for us the star that rose out of Jacob, whose ray, which is Jesus Christ, enlightens the whole world, for she conceived him in her virginal womb like a star that sends forth its rays without any corruption and enlightens all the world, as Saint Bernard expresses it, following Saint John’s Gospel. She is this clear and brilliant star, says Saint Bernard, rising above this great and spacious sea, shining by her merits, and enlightening by her example. You have, without doubt, a need for light in this life, where you are always as if upon a stormy sea at the risk of your salvation. Have recourse to Mary. She will enlighten you and help you know God’s will for you, because she shares in the light of Jesus Christ, her Son, who came into this world to enlighten everyone (even though many did not recognize him). She is a light shining in the darkness. Ask her often, then, to enlighten your mind and to make it docile to the truth. Because she knows the truth perfectly, it is easy for her to instruct you in the truth and to make you understand what you, who are only in darkness, cannot understand.

TALBA

Ftakar, ja l-iżjed ħanina Verġni Marija, li qatt ma nstema’

li xi ħadd intefa’ taħt il-patroċinju tiegħek, talbek l-għajnuna

jew fittex li inti tidħol għalih u inti ma smajtux.

Imqanqal minn dan il-ħsieb jien għal għandek niġi ja Verġni Omm tiegħi,

għal għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja Omm l-Iben t’Alla, magħmul bniedem.

La tistmerrx it-talb tiegħi iżda ismagħni u weġibni.

Ammen. Talba ta’ San Bernard

Missierna ...

Page 57: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 57

Is-Sibt, 27 ta’ April Santa Zita ta’ Lucca

San Xmun - isqof ta’ Ġerusalemm Beatu Nikol Roland

San Pietru Kanisju - presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Atti 13: 44-52 Aħna se nduru fuq il-pagani. 2. Salm 97 : 1,2,3abċd,4 L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’

Alla tagħna. 3. Ġwanni 14: 7-14 Min ra lili ra lill-Missier. IL-BEATU NIKOL ROLAND – (1642 – 1678) Twieled f’Reims - l-istess belt li fiha twieled S. Ġwann Battista de la Salle, fl-1642. Ordna saċerdot fl-1665, kien kanonku u teologu tal-Katedral San Remiġju f’Reims. Il-predikazzjoni, il-formazzjoni nisranija taż-żgħażagħ, u b’mod speċjali tal-kleru, kienu wisq għal qalbu. Intebaħ bil-miżerja kemm temporali kif ukoll spiritwali taż-żgħażagħ u għalhekk waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Bambin Ġesù, iddedikati għall-edukazzjoni nisranija tal-bniet fqar ta’ Reims. Nicolas kien kanonku, flimkien ma’ San Ġwann Battista de la Salle, tal-Katedral ta’ Reims, u kien ukoll id-direttur spiritwali ta’ Ġwanni de la Salle. Kien hu li ggwidah u ħeġġu biex jirċievi d-djakonat u jkompli biex jilħaq saċerdot. Bejn Roland u Ġwanni kien hemm differenza ta’ 11-il sena. Meta Roland beda jħoss l-għejja, talab lil Ġwanni de la Salle biex ikun l-eżekutur tat-testment tiegħu, u fdalu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb u jiggwida l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet li kien waqqaf. Roland miet ta’ 35 sena fis-27 ta’ April 1678. Riflessjoni: L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU

1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

l-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-Iskrittura

Għaliex jien daqshekk biered biex nemmen il-Kelma ta’ Ġesù? Wieħed nisrani tat-tieni seklu qal hekk: “Meta jisimgħuna nxandru l-kelma t’Alla, jibqgħu immeraviljati bis-sbuħija u l-qawwa ta’ din il-kelma;

Page 58: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

58 SIGNUM FIDEI

meta jaraw li din il-kelma ma tantx tagħmel effett fil-ħajja tagħna jgħadduna biż-żmien u ma jemmnuhiex aktar! Għax ma jarawx bidla!” Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

The Collection of Various Short Treatiises

As soon as you are awake, think of God, and from the first sound of the bell, imagine that Jesus Christ is addressing you in these words, “Awake, you who sleep, and arise from the dead, and Jesus Christ will enlighten you” [Eph 5:14], or as in the Song of Songs, “Rise up, and hasten, my spouse, my beloved, my dove” [Sg 2:10]. Comply with these sentiments, and answer from the bottom of your heart, “Now I will arise and search for him whom I love with all my heart” [Sg 3:2]. Rise promptly and fervently at the exact moment prescribed by the Rule. Do not hesitate a single instant. Dress quickly, thinking of God. While dressing, beg to be clothed with the Holy Spirit, saying from the bottom of your heart, “Clothe me with the new self, which is created according to God and in holiness” [Eph 4:24]. When completely dressed, remain before God like a newborn, acknowledging your Creator and sovereign Lord, who gives you life and preserves it only so that you can use it in his holy service.

TALBA

Verb Etern, Kelma ta’ Alla tiegħi,

irrid ngħaddi ħajti nisimgħek, irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Beata Eliżabetta tat-Trinità - Karmelitana

Missierna ...

Il-Ħadd, 28 ta’ April

JGĦIX ĠESÙ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 59: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 59

Il-5 Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 14:21b-27 Għarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom.

2. Salm 144 : 8-13ab Imbierek ismek għal dejjem, Mulej.

3. Apokalissi 21: 1-5a Il-Mulej jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.

4. Ġwanni 13: 31-33a.34-35 Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Kif jista’ jkun li fl-istess waqt li Ġuda jitraddixxi ‘l Ġesù u jagħti bidu għall-passjoni billi jagħtih lis-setgħat tad-dlamijiet – fid-dinja tisplodi l-glorja tal-Missier u Ġesù jlissen l-għajta tar-rebħa tiegħu “Bin il-bniedem hu gglorifikat, u permezz tiegħu huwa igglorifikat Alla.”Ġw13:31

Madankollu t-tradiment ta’ Ġuda jibqa dak li hu – att tal-mistħija kontra l-ħbiberija u l-irġulija. Dan il-fatt ikraħ ma jfixkel xejn biex titwettaq l-istorja sħiħa: il-glorja t’Alla, ir-rivelazzjoni tal-imħabba tiegħu, fidila, sħiħa u mingħajr kundizzjoni li tibqa’ anki fost ħafna diffikultajiet, sakemm twassal għall-għan aħħari tagħha, is-sema ġdida u art ġdida kif jgħidilna t-tieni qari.

F’Ġesù bħala bniedem, Alla ma jsib ebda nuqqas għalhekk huwa l-ewwel wild tal-ħolqien il-ġdid. B’Ġesù bħala ħuna il-Glorja divina tixgħel ħajjitna u tixħet id-dawl tagħha waqt li xxejjen il-ħafna fallimenti tagħna.

Permezz ta’ Ġesù, il-glorja t’Alla tpoġġiet fi qlubna u nediet iż-żmien tal-Ispirtu, jiġifieri li l-imħabba tkun il-liġi unika u definittiva tal-eżistenza: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien …”. Ġesù merfugħ bejn sema u art iħalli bħala testment din il-liġi ġdida, dan l-uniku kmandament ir-regola definittiva għall-ħajja li biha jingħarfu li huma dixxipli tal-Mulej; l-imħabba reċiprokata. Kmandament ġdid? Ma jidhirx li hu hekk.

F’kull koppja, familja jew grupp ta’ ħbieb, din it-tip ta’ mħabba hija l-enerġija li tgħajjex u hi prattikata ħafna iktar milli fil-komunitajiet tagħna l-Insara, komunitajiet kultant magħluqa bi ftit djalogu jew saħansitra mifrudin. Fir-rejalta aħna ma noħolqux dinja ġdida f’ambjent fejn il-midinbin jiġu mħaġġra, isiru vendetti, tgħajjier u tradimenti bejn nies li jaqsmu l-istess ħobż u fejn il-gideb inqisuh verita.

Ġesù magħmul bniedem hu li joħloq il-ġdid, hu l-uniku fl-istorja tal-bniedem li hu kapaċi biss iħobb bil-forzi kollha tiegħu. Hu li jiddeċiedi li jħobb akkost ta’ kollox anke jekk din l-imħabba tiswielu ħajtu. Ġesù biss idur fuq dawk li se jittraduh u jsejħilhom b’tant ħlewwa “uliedi”; hu biss jiddefendi lil dawk li jikkundannawh quddiem il-ġustizzja t’Alla, hu biss jibqa’ jħobb fost il-mibgħeda tad-dinja li trid teqirdu. Qatt, fl-istorja tal-bniedem, ma ġrat biċċa bħal din u propju għalhekk fl-istorja tad-dinja tiġri ħaġa li qatt ħadd ma ra qabel: il-qawmien mil-mewt, il-glorifikazzjoni ta’ Bin il-Bniedem.

Page 60: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

60 SIGNUM FIDEI

Din il-ġrajja hi tiegħu biss u Ġesù ħallihielna bħala wirt. L-imħabba reċiproka, qabel ma saret l-impenn tagħna bħala Knisja, hi fil-fatt ir-rigal tal-Irxoxt. “Il-fraternita Kristjana mhix idejal li nippruvaw nilħqu imma rejalta maħluqa minn Alla f’Ġesù Kristu u li aħna ġejna mogħtija bħala rigal imprezzabbli u msejħa biex nipparteċipaw fiha.” Ma dan il-kliem mill-isbaħ ta’ Dietrich Bonhoeffer inżidu oħrajn fqajrin; jekk fihmnieh, almenu nippruvaw nimmeritaw ir-rigal ta’ dan il-wirt tant prezzjuż u li żgur ma jistħoqqilniex.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, it-2 punt

Seeing that his Apostles had been saddened when he announced that he would soon depart from them, Jesus Christ told them that it was better for them that he was leaving. Those who have given themselves to God often believe that God’s sensible presence is the only thing that can confirm them in piety. They think that when they experience interior difficulty and dryness, they have completely lost the degree of holiness to which God has raised them. Having lost a certain relish for prayer and a facility for praying, they imagine that they have lost everything and that God has completely rejected them. Their inner life is desolate, and they suppose that all paths leading to God are blocked before them. Such people ought to be told what Jesus Christ said to his Apostles: that it is better for them that God withdraws from them on a feeling level and that what they consider a loss is for them a great gain if they willingly endure this trial.

TALBA

Mulej, xejn ma rrid fid-dinja ħlief li nintrabat miegħek hekk tajjeb bit-talb u l-meditazzjoni, li xejn ma jkun jista’ jifridni minnek.

Ħalli li ’l-oħrajn jixtiequ għana u glorja; jiena ma nixtieqx ħlief li nkun marbut miegħek

u li npoġġi fik biss it-tama tal-hena tiegħi. Talba għad-don tal-Imħabba t’Alla

Missierna ...

Page 61: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 61

It-Tnejn, 29 ta’ April Santa Katerina ta’ Siena - duttur tal-Knisja u ko-patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Ġwanni 1: 5 – ; 2: 2 Id-demm ta’ Ġesù Kristu jnaddafna minn kull

dnub.

2. Salm 102: 1-4,8-9,13-14,17,18 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej.

3. Mattew 11: 25-30 Int ħbejt dawn il-ħwejjeġ lil min hu għaref, u

gżarrafthom liċ-ċkejknin.

SANTA KATARINA TA’ SIENA - verġni u duttur tal-Knisja (1347-1380) Santa Katarina twieldet fi Siena, l-Italja, fl-1347. Kienet l-iżgħar fost il-ħamsa u

għoxrin wild tal-familja Benincasa. Ta’ tmintax-il sena, ikkonsagrat lilha nnifisha ’l Alla, u daħlet Terzjarja

Dumnikana u mal-ħajja kontemplattiva ta’ meditazzjoni u talb, bdiet ħajja l-iktar attiva, billi bdiet tmur fl-isptarijiet iddur bil-morda u bix-xjuħ u tgħin lil kull min setgħet. Kienet tmur ukoll fil-ħabsijiet, u tkellem speċjalment lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.

Ħadmet u għenet ħafna ’l-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha. Fl-1377, ikkonvinċiet lill-Papa Girgor XI biex iħalli Avignon, Franza, u jmur Ruma. Ġara li meta miet, floku ġie elett il-Papa Urbanu VI f’Ruma, u f’Abignon ġie elett Papa ieħor bl-isem ta’ Klement VII, u warajh Benedittu XIII, li għal xi żmien kien appoġġat minn San Vinċens Ferrer, sakemm fl-1414, il-Konċilju ta’ Kostanza saħaq li Benedittu XIII għandu jirriżenja, u fl-1416 iddepożitah. Hi ħadmet bla heda biex tara ’l-Knisja magħquda mal-Papa leġittimu Urbanu VI.

Santa Katarina kitbet id-“Djalogu”, ktieb li jikkonsisti fi djalogi bejn Alla u r-ruħ; madwar erba’ mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta’ pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond tal-ispiritwalità u tal-għerf tagħha u kitbiet oħrajn.

Tlett xhur qabel mietet, mardet u sofriet ħafna. Kellha devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u kellha wkoll l-uġigħ tal-istigmata.

Mietet fid-29 ta’ April 1380, f’Ruma, meta kellha 33 sena. Il-Papa Pawlu VI fl-4 ta’ Ottubru 1970 iddikjaraha “Duttur tal-Knisja” flimkien

ma’ Santa Tereża ta’ Avila. Hija wkoll waħda mill-patruni tal-Ewropa. Riflessjoni: Meta wieħed jibqa’ sħiħ fil-fidi kontra t-tiġrib, il-Mulej jagħtih is-sliem, u l-mistrieħ f’din il-ħajja u għal dejjem. Bro. Louis

Page 62: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

62 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 84, it-3 punt Saint Thomas demonstrated his faith with distinction when he brought the Gospel to the most distant lands and sealed it with his own blood. The profession of faith of this great Apostle was so effective that there are still many Christians in the country where he died who, to show that they are descendants of those who were formed as Christians by him, call themselves the Christians of Saint Thomas. In vain do you believe what Jesus Christ proposes to you in the holy Gospel if your actions do not give proof of your belief; in such a case, your faith is in vain. Make it known by your actions that you are guide as a child of those who were instructed by the holy Apostles in the truths of the faith. Are you ready, as they were, to die to prove the good quality of your faith? Or on the contrary, might you not be disposed to lose the grace of God and heaven in order to escape suffering? How do you show that you possess the Christian spirit?

TALBA

Għażiż Mulej, ma nistax nitlob. Ma nistax niskopri saħħa u paċi u mistrieħ ta’ moħħi.

Għalkemm inti batejt aktar minni, dan mhux ta’ għajnuna ...

Allavolja nipprova kemm nipprova, ħu dan il-qafas fraġli tiegħi.

Agħtini s-saħħa li għandi bżonn, sabiex bl-għajnuna tiegħek nirnexxi ...

Ħu din idi u ħallini naqbad miegħek u b’hekk, imqabbad miegħek, żgur li mhu ser jiġrili ebda deni.

Talba li tfajla sabet qalb il-kitbiet ta’ missierha wara l-mewt tiegħu.

Missierna ...

Page 63: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 63

It-Tlieta, 30 ta’ April Twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle (1651) -

saċerdot, teologu u fundatur tal-Frères tal-iskejjel insara San Piju V

Beatu Beneditt ta’ Urbino - presbiteru San Ġużeppi Benedittu Cottolengo (1786-1842)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: I. Atti 14: 19-28 Qagħdu jgħarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom. 2. Salm 144 : 10-13ab,21 Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ tas-saltna

tiegħek. 3. Ġwanni 14: 27-31a Nagħtikom is-sliem tiegħi. SAN ĠUŻEPPI BENEDITTU COTTOLENGO (1786-1842) Isem dan il-qaddis hu marbut mal-famuż sptar kbir li jġib ismu u li huwa xhieda

ħajja tal-Providenza ta’ Alla. Fit-2 ta’ Settembru 1827, il-qaddis kien mitlub jassisti omm żagħżugħa bi tliet ulied li kienet qed tmut u ma kienx hemm għaliha post fl-isptar. Hawn ġietu l-ispirazzjoni li jagħmel xi ħaġa għal dawk l-aktar foqra u abbandunati. Ħames snin wara ta bidu għal dik li hu sejjaħ Piccola Casa della Divina Providenza, li bir-raġun ġiet imlaqqma ċ-‘Cittadella del Miracolo’.

Il-qaddis twieled f’Mejju 1786, l-ewwel minn 12-il aħwa. Minn kmieni wera interess fil-foqra u l-batuti. Meta darba l-għelieqi ta’ missieru taw ħafna uċuħ aktar mis-soltu, it-tfajjel Ġużeppi qal lil missieru: “Aħjar, missier; aktar ma jkollna aktar ikollna xi nqassmu lill-foqra.” Darb’oħra, kif wasal lura d-dar wara minn ma’ ommu minn żjara fi sptar, beda jkejjel il-kmamar. Meta ommu staqsietu x’kien qed jagħmel, weġibha: “Ħalli nara kemm tesa’ sodod id-dar. ’Il quddiem għad nimlieha bil-morda foqra.”

Ordna saċerdot ta’ 25 sena (1811). Żewġ ħutu oħra ħaddnu s-saċerdozju, wieħed djoċesan u l-ieħor Dumnikan.

L-opra tal-Cottolengo, li għall-ewwel kienet tikkonsisti f’dar b’żewġ kmamar, f’qasir żmien kibret, u llum hi tant kbira li kien hemm min xebbaħha ma’ belt żgħira. Il-qaddis kellu fiduċja immensa fil-Providenza t’Alla li min-naħa tagħha qatt ma naqsitu.

Huwa waqqaf komunità ta’ saċerdoti reliġjużi, ta’ fratelli u ta’ sorijiet, kif ukoll monasteru ta’ sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva.

Ftit qabel miet, waħda mis-sorijiet staqsietu: “Għażiż missier, issa inti marid, u aħna x’se nagħmlu?” Hu weġibha: “Meta nkun il-ġenna naqbad mal-mant tal-Madonna u l-providenza qatt ma tonqoskom.”

Page 64: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

64 SIGNUM FIDEI

San Ġużepp Benedittu Cottolengo miet fi Chieti, fid-dar ta’ ħuh il-qassis, fit-30 ta’ April 1842 fl-età ta’ 56 sena.

Il-Papa Benedittu XV iddikjarah beatu fl-1917, u sbatax-il sena wara (1934) Piju XI niżżlu fl-album tal-qaddisin.

Riflessjoni: Xi drabi, jew ta’ spiss, lil Alla nitolbuh: “Ikun dak li trid INT”. Jekk neżaminaw lilna nfusna sew nintebħu li fil-fond ta’ qalbna nkunu qed ngħidu: “Agħtini dak li nixtieq jien!” Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 193, l-1 punt This is what God does by diffusing the fragrance of his teaching throughout the whole world by human ministers. Just as he commanded light to shine out of darkness, so he kindles a light in the hearts of those destined to announce his word to children, so that they may be able to enlighten those children by unveiling for them the glory of God. Because God in his mercy has given you such a ministry, do not falsify his word, but gain glory before him by unveiling his truth to those whom you are charged to instruct. Let this be your whole effort in the instructions you give them, looking upon yourselves as the ministers of God and the dispensers of his mysteries.

TALBA

Mulej int biss taf min jien fil-fond tiegħi nnifsi. Inti taqra l-ħsibijiet tiegħi, taf x’inhi x-xewqa tiegħi li naqdik.

U b’danakollu ... kemm-il darba tbiegħedt minnek? Kif kien possibbli li jien għext

il-bogħod minnek matul dak iż-żmien kollu? U mingħajr ma naħseb fik?

U ma xandartx l-isem imqaddes tiegħek? Ikollok ħniena minni Mulej !

Għinni nerġa’ lura għandek u bl-għajnuna li nagħti lill-proxxmu tiegħi, dawk ħuti, subien u bniet, infaħħrek u nirrigrazzjak.

Bro. Louis

Missierna ...

Page 65: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

SIGNUM FIDEI 65

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITA’, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-Għażiż. Amen Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw: M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira. Tel. 21317422, Mob. 79317422 E-mail: [email protected]

Tifkira tad-dħul fil-ħajja ta’ dejjem, ta’ San Ġwann Battista De La Salle, nhar is-7 ta’ April, 1719

Page 66: APRIL 2013 - WordPress.comż-żmien ta’ era tad-deheb għall-paċi tal-Knejjes Insara.” Bħala isqof ħadem bla mistrieħ biex jaqbeż u jgħin lil-Lhud li kienu qegħdin jiġu

66 SIGNUM FIDEI

Tifkira tad-dħul fil-ħajja

ta’ dejjem, ta’ San

Ġwann Battista De La

Salle, nhar is-7 ta’ April,

1719

II INTERNATIONAL ASSEMBLY

II INTERNATIONAL SIGNUM FIDEI

ASSEMBLY – 2013

Preliminary notice

Our Assembly will be held at the

Generalate in Rome over the course of

the following dates:

Monday, July 1, to

Friday, July 12, 2013:

Let us all pray for the success of this

Assembly

Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”

Mbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq

idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.”

Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Qallu Ġesù:

“Emmen għax rajtni! Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu.”

(Ġwanni 20: 26-29)