3
AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma kienx liebes boots li setghu isahhnulu riglejh u wara kollox anqas ma kellu par, hlief ghal- papocc irqieq mimli toqob li zgur ma kienx qed jaqdi xoghlu biex itaffilu l-ksieh. Kien hemm jipprova jahseb x'seta' jixtri bhala rigal tal-Milied ghal ommu. Meta qata' qalbu huwa qal bejnu u bejn ruhu: " Kollu ghalxejn anke jekk tigini xi idea ghaliex ma ghandix flus biex nixtrilha wiehed." Minn mindu miet missieru tlett snin qabel, il-familja ta' hamsa kienet tissielet biex tghix. Mhux ghax l-omm ma kienx jimpurtaha, izda ghax qatt ma kien ikun hemm bizzejjed ghal hames ihluq. Hija kienet tahdem l-iljieli gewwa l-isptar imma il- paga kienet baxxa u, iggebbidha kemm iggebbidha qatt ma kienet bizzejjed. Dak li l-familja kien jonqosha fi hwejjeg materjali u fi flus, kienet tpatti ghalih bl- imhabba u l-ghaqda li kienet tirrenja fil- familja ta' Jack. Jack kellu zewg hutu bniet ikbar minnu u ohra izghar minnu, li meta ommhom kienet tkun nieqsa mid- dar kienu jiehdu hsieb huma fit-tmexxija. Hutu l-bniet kollha kellhom ir-rigal lest ghal ommhom. Lejlet il-Milied kien maghhom u huwa kien ghad ma kellu xejn imhejji ghaliha. Mesah demgha minn ghajnejh u Jack taha daqqa ta' sieq lis-silg u beda miexi tul it-triq

AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. - christmaspage TAGHTI MILLI TIRCIEVI.pdfAHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma

  • Upload
    others

  • View
    40

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. - christmaspage TAGHTI MILLI TIRCIEVI.pdfAHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma

AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI.

Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma kienx

liebes boots li setghu isahhnulu riglejh u wara kollox anqas ma kellu par, hlief ghal-

papocc irqieq mimli toqob li zgur ma kienx qed jaqdi xoghlu biex itaffilu l-ksieh. Kien

hemm jipprova jahseb x'seta' jixtri bhala rigal tal-Milied ghal ommu. Meta qata' qalbu

huwa qal bejnu u bejn ruhu: " Kollu ghalxejn anke jekk tigini xi idea ghaliex ma ghandix

flus biex nixtrilha wiehed."

Minn mindu miet missieru tlett snin qabel, il-familja ta' hamsa kienet tissielet biex tghix.

Mhux ghax l-omm ma kienx jimpurtaha,

izda ghax qatt ma kien ikun hemm

bizzejjed ghal hames ihluq. Hija kienet

tahdem l-iljieli gewwa l-isptar imma il-

paga kienet baxxa u, iggebbidha kemm

iggebbidha qatt ma kienet bizzejjed.

Dak li l-familja kien jonqosha fi hwejjeg

materjali u fi flus, kienet tpatti ghalih bl-

imhabba u l-ghaqda li kienet tirrenja fil-

familja ta' Jack. Jack kellu zewg hutu

bniet ikbar minnu u ohra izghar minnu, li

meta ommhom kienet tkun nieqsa mid-

dar kienu jiehdu hsieb huma fit-tmexxija.

Hutu l-bniet kollha kellhom ir-rigal lest ghal ommhom. Lejlet il-Milied kien maghhom u

huwa kien ghad ma kellu xejn imhejji ghaliha.

Mesah demgha minn ghajnejh u Jack taha daqqa ta' sieq lis-silg u beda miexi tul it-triq

Page 2: AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. - christmaspage TAGHTI MILLI TIRCIEVI.pdfAHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma

fejn kien hemm il-hwienet ghadhom mimlija rigali. Kemm kien sfortunat li missieru kien

nieqes ghax kieku seta' jaqsam il-problema mieghu.

Jack dar il-hwienet kollha mimlija daqs bajda bir-rigali. Kollox kien jidher sabih imma

xejn ma kien hemm ghall-but tieghu ghax flus ma kellux. Beda jraxxax id-dlam u Jack

telqilha qalbu sewda lejn id-dar meta wara ftit metri li kien mexa jara xi haga tleqq tah il-

bankina. Tbaxxa u sab li kienet munita gdida ta' 50 centezemu.

Dak il-hin hassu sinjur zghir u n-nifs li ha ‘l gewwa wera li l-ghoqla li kellu fuq l-istonku

ghabet ghal kollox. Dahal go l-ewwel hanut li sab u staqsa lill-bejjiegh x'jista' jixtri

b'hamsin centezmu. Imma t-twegiba kienet: "Xejn."

Dahal f'hanut tal-fjuri u qaghad jistenna wara min imissu. Meta tal-hanut staqsieh jekk

jistax jghinu Jack qallu jistax jixtri warda hamra biex jaghtiha lil ommu bhala rigal tal-

Milied. Tal-hanut hares lejn Jack u l-munita li kellu, pogga idejh fuq spallejn Jack u talbu

biex jistenna ftit halli jara kif jista' jaqdih. Jack hares u tpaxxa lejn dawk il-fjuri sbieh u t-

tama li jkun jista' johorg ta' nies bhala hutu beda' jaraha realta'.

L-hoss tal-bieb jinghalaq wara li l-ahhar xerrej inqeda, gab lil Jack f'sensih. Beda' jibza'

hemm wahdu ma' dak ir-ragel. Tal-hanut hareg mill-kamra ta' gewwa b'mazz ward

ahmar bi zkuk twal u weraq frisk u sabih maghhom. Kienu marbutin b'zigarella tal-fidda.

Qeghdhom f'kaxxa twila bajda u tahomlu.

"Dawk kollha jiguk 50 centezmu precizi," qallu tal-hanut filwaqt li hareg idejh biex jilqa' l-

flus. Jack ma setghax jemmen lil ghajnejh. Qatt ma basar li xi hadd seta' jaghtih dak il-

mazz fjuri tant sbieh ghal 50 centezmu biss. "Iva, kelli xi ftit ward ahmar bi prezz

baxx ta' hamsin centezmu it-tuzzana. Tridhom?," staqsieh tal-hanut meta ra lil Jack

ghadu jahsibha jekk jaghtihx il-flus.

Jack ra li din kienet realta' li qed isehh quddiemu meta tal-hanut poggielu l-kaxxa bil-fjuri

f'idejh. Meta sid il-hanut fetahlu l-bieb biex johrog qallu: " Il-Milied it-tajjeb, ibni."

Hekk kif dahal lura gewwa, martu qaltlu: " Fejn huma dawk il-ward u ma min kont qed

titkellem?"

Tefa' harstu ‘l barra mit-tieqa u mesah demgha li gelbnet ma' haddejh. Wegibha: "Haga

stamba gratli filghodu. Hekk kif kont qed nhejji biex niftah, hassejt min jghidli biex

nwarrab tuzzana ward mill-isbah bhala rigal specjali. Ma kontx cert minni niffsi pero'

Page 3: AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. - christmaspage TAGHTI MILLI TIRCIEVI.pdfAHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI. Jack kien bilqieghda fil-bitha bl-art mimlija silg. Saqajh kienu keshin ghaliex ma

xorta wahda warrabthom. Imbaghad ftit tal-hin ilu tfajjel dahal fil-hanut u talabni biex

jixtri fjura b'munita ta' hamsin centezmu."

" Meta haristx f'ghajnejh, rajt lili niffsi tant snin ilu. Jiena wkoll kont fqir minghajr ma kelli

anqas centezmu wiehed u xtaqt nistri rigal ghall-Milied lil-ommi. Ragel bil-baffi li jiena la

qatt kont naf u anqas qatt ma rajt waqqafni fit-triq u qalli li ried jaghtini ghaxar euro.

Meta rajt lil dak it-tifel illejla fhimt ta' min kienet dik il-vuci u warrabt tuzzana mill-isbah

ward li kelli."

Sid il-hanut u martu fehmu x'jigifieri tferrah qalb ta' wiehed iddisprat u dak kien l-isbah

ferh li setghu igarrbu fil-Milied. Ahjar taghti milli tircievi.