16
FINANZJAMENT GĦALL-ĦIDMA FIL-KAŻINI TAL-BANDA Linji Gwida | 2018

),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

1

FINANZJAMENTGĦALL-ĦIDMA

FIL-KAŻINI TAL-BANDA

MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURAU GVERN LOKALI

Linji Gwida | 2018

Page 2: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

2

Introduzzjoni 4

Għan 4

Il-Proġett fil-Qosor 6

Regolamenti tal-Iskema 7

Kriterji li fuqhom jiġu magħżula l-Proposti 8

Iffinanzjar tal-Inizjattivi 11

Obbligi tal-Parteċipanti Msieħba 12

Kuntatti 14

Timeline tal-Proġett 15

Page 3: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

3

Is-soċjetajiet mużikali fi ħdan il-lokalitajiet tagħna għandhom rwol essenzjali biex isaħħu u jdakkru t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna kif ukoll ixerrdu l-imħabba lejn il-mużika. Dan ix-xogħol huwa għal qalb ta’ ħafna minn dawk li jiffurmaw parti minn dawn is-soċjetajiet, xogħol li jsir b’mod volontarju mill-membri. Permezz ta’ dan il-proġett, li huwa amministrat mill-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti fi

ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, dawn is-soċjetajiet fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda jistgħu jibbenefikaw minnu sabiex ikomplu jsaħħu l-valuri tradizzjonali ta’ pajjiżna. L-istrateġija tagħna hija li s-settur kulturali jkun aċċessibbli u inklussiv u permezz ta’ proġett bħal dan qegħdin nimirħu biex insaħħu dan is-settur, kif ukoll nipprovdu legat għal dawk ta’ warajna. Dawn is-soċjetajiet jagħmlu ħafna xogħol bżonnjuż għal komunitajiet ta’ pajjiżna u d-dmir tagħna huwa li nkomplu nsaħħuhom u nassistuhom fix-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.

OWEN BONNICIMinistru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

MESSAĠĠ MILL-MINISTRU

Page 4: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

4

INTRODUZZJONIIl-Kunsill Malti għall-Arti jagħraf l-importanza li għandhom is-soċejtajiet mużikali fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda, fit-tkattir tal-kultura mużikali kif ukoll fil-ħarsien u t- tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjizna. Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk sabiex tisaħħaħ il-ħidma ta’ dawn is-soċjetajiet, qed iniedi l-proġett “Finanzjament għall-Ħidma fil-Każini tal-Banda” bħala parti mill-Programm ta’ Kollaborazzjoni u Tisħiħ Implimentattiv. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-Għaqda Każini tal-Banda bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan l-istess Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

GĦAN F’bosta bliet u rħula, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, il-Każini tal-Banda huma parti integrali mit-tessut soċjali u kulturali ta’pajjizna. L-attività ta’dawn il-każini ma tieqaf qatt u barra li l-għan prinċipali tagħhom huwa t-tagħlim tal-mużika li jingħata kollu mingħjar ħlas lil ħafna tfal u żgħażagħ, huma kontinwament għaddejjin b’attivitajiet oħra ta’ natura kulturali u anke tradizzjonali bħal kunċerti mużikali, tisbiħ fil-kazini tagħhom, wirjiet fi żminijiet differenti tas-sena marbutin mal-festi Kattoliċi, tnedijiet ta’ produzzjonijiet mużikali kemm dawk funebri u anke ta’ marċi tradizzjonali, u l-pubblikazzjoni tal-annwali tagħhom. Madankollu l-qofol tal-attività tagħhom jibqgħu l-festi li jiġu organizzati fl-ibliet u rħula. Il-Każini tal-Banda, li huma reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat, għandhom

Page 5: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

5

ukoll binijiet li wħud minnhom huma antiki u li fihom għandhom ħafna oġġetti ta’ valur storiku.

L-għan ewlieni wara dan il-proġett huwa t-tnedija ta’ skema finanzjarja li tagħti spazju lill-Każini tal-Banda rispettivi sabiex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom jagħmlu:

• Restawr tal-oġġetti/opri li għandhom fil-bini uffiċjali tagħhom bħal arkviji mużikali, planċieri, strumenti antiki, standardi, eċċ;

• Tisħiħ, tisbiħ u restawr tal-infrastruttura eżistenti li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali;

• Isaħħu t-tagħlim mużikali fi ħdan l-organizzazzjoni tagħhom billi jassistu s-surmastrijiet u l-assistenti surmastrijiet u għalliema tagħhom fi programmi ta’ tagħlim u taħriġ mużikali fi ħdan istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell terzjarju ġewwa pajjizna;

• Tagħlim u xiri ta’ strumentatura bandistika bl-enfasi tkun fuq dik l-istrumentatura li ma tantx għadha tintuża u għandha importanza fit-titjib fl-eżekuzzjoni mużikali;

• Tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn il-Każin tal-Banda f’dak li għandu x’jaqsam mal-bandisti tagħhom;

• Jappoġġjaw b’mod konkret u prattiku lill-mużiċisti tagħhom sabiex jipparteċipaw f’formazzjoni bandistika nazzjonali;

• Isaħħu s-sistemi amministrattivi interni tagħhom relatati mal-banda u l-bandisti tagħhom;

• Jimplimentaw proġetti innovattivi li permezz tagħhom jespandu l-attività mużikali tagħhom kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.

Page 6: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

6

IL-PROĠETT FIL-QOSOR: MIT-TNEDIJA SAT-TMIEMIl-Każini tal-Banda interessati li jipparteċipaw iridu jagħmlu proposta billi jimlew formola li tinstab fis-sit artscouncilmalta.org u jissottomettuha skont id-data stipulata. Waqt dan il-proċess, il-Każini tal-Banda jistgħu wkoll jattendu għal laqgħa/t ta’ informazzjoni organizzati mill-Għaqda Każini tal-Banda b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti.

Wara li l-Għaqda Każini tal-Banda tirċievi l-proposti mibgħuta mill-Każini tal-Banda, jitwaqqaf Bord ta’ Għażla u monitoraġġ kompost minn rappreżentant tal-Għaqda, persuni tekniċi indipendenti u rappreżentant tal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex jintgħażlu l-proġetti skont il-kriterji stipulati u jħabbru l-proġetti magħżula li jiġu mogħtija l-fondi, skont id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għazla li tkun waħda finali.

Page 7: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

7

REGOLAMENTI TAL-ISKEMAEliġibilità:

Il-Każini tal-Banda kollha ta’ Malta u Għawdex li huma reġistrati bħala Organizazzjoni Volontarja mal-Kummissarju tal-Volontarjat kif ukoll jkunu konformi (compliant) mal-Liġi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet u membri attivi skont l-istatut tal-Għaqda Każini tal-Banda.

Il-Proposta:

Il-proposta tal-inizjattiva flimkien ma’ kwotazzjonijiet, fejn applikabbli, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill Malti għall-Arti sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 sa nofsinhar (12.00pm). Applikazzjonijiet wara dak il-ħin ma jiġux aċċettati.

L-inizjattiva proposta ma tistax tħalli qligħ.

Żmien ta’ implimentazzjoni:

L-inizjattivi magħżula jintemmu sa żmien sena mill-iffirmar tal-Kuntratt ta’ għotja. Madankollu f’każijiet eċċezzjonali biss jistgħu jintalbu estensjoni taż-żmien li jista’ ma jiġix aċċettat.

Page 8: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

8

KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI FUQHOM SE JIĠU MAGĦŻULA L-PROPOSTIKriterji

Proposti konkreti, sostennibbli u realistiċi li jirriflettu b’mod dirett l-għanijiet u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.

Proposti miktuba b’mod ċar u loġiku.

L-innovazzjoni, il-professjonalità u l-kreattività tal-inizjattiva fl-idea tal-proġett, fit-tagħlim u fl-implimentazzjoni tiegħu.

Pjan realistiku u ċar ta’ kif se titwettaq l-inizjattiva mingħajr repetizzjonijiet u similaritajiet ta’ xi inizjattivi passati.

Is-sostenibilità, il-kontinwazzjoni u l-benefiċċju li l-inizjattiva tħalli anke wara li jintemm il-perjodu ta’ din l-iskema u fil-każ ta’dawk il-każini li diġà bbenefikaw taħt skemi oħra minn xi aġenzija jew entità governattiva oħra jew mill-istess skema kif dan il-proġett jikkumplimenta direttament il-proġetti kollha preċedenti li bbenefikaw.

Baġit realistiku li juri li n-nefqa tirrifletti l-proġett sħiħ.

Page 9: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

9

Ma jkunx simili għal xi proġetti oħra taħt xi skema oħra amministrata minn xi aġenzija jew entità governattiva jew li jkunu amministrati jew imwettqa mill-Għaqda Każini tal-Banda.

Jkunu attivi skont l-Istatut tal-Għaqda Każini tal-Banda u għandhom strutturi interni mwaqqfa u joperaw b’mod prattiku u realistiku fl-amministrazzjoni tal-banda tagħhom.

Preferenza tingħata lil dawk il-każini li ma jkunux ingħataw fondi fis-sejħa preċedenti u li l-proġett jilħaq l-kriterji u l-approvazzjoni tal-Bord tal-Għażla.

Kundizzjonijiet

Proposti li jkunu jittrattaw biss infiq kapitali fuq strutturi ġodda (inkluż iżda mhux biss fuq strumenti mużikali waħidhom) ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposta trid tinkludi wkoll baġit dettaljat u realistiku tal-infiq li għandu x’jaqsam mal-ħidma bandistika jew/u restawr ta’oġġetti antiki proprjetà ta’ dak il-każin.

Każini tal-banda li diġà bbenefikaw f’sejħiet preċedenti minn xi entità jew aġenzija governattiva huma mitluba jgħidu b’mod dettaljat x’għamlu u x’riżultati kisbu b’dawn is-sejħiet u jekk huma direttament relatati ma’ dak li huwa indikat fl-applikazzjoni tagħhom.

Page 10: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

10

L-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti għandhom id-dritt jagħmlu żjarat ta’ monitoraġġ fejn fihom issir evalwazzjoni tal-inizjattivi magħżula.

F’każ li l-infiq ma jkunx direttament relatat mal-proposta approvata, il-Bord tal-Għażla jista’ jirrifjuta li jħallas l-ammont dovut.

Tieħu sehem f’kull inizjattiva li l-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti jorganizzaw kemm jekk relatata ma’ din l-iskema kif ukoll fuq bażi nazzjonali.

Dawk il-każini li jkunu għadhom għaddejjin bil-proġetti minn sejħiet preċedenti taħt din l-iskema ma jikkwalifikawx;

Ma jiġux aċċettati proposti magħmula b’mod konġunt minn aktar minn żewġ każini flimkien li t-tnejn iridu jkunu reġistrati bħala Organizazzjoni Volontarja mal-Kummissarju tal-Volontarjat kif ukoll jkunu konformi (compliant) mal-Ligi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet u membri attivi skont l-istatut tal-Għaqda Każini tal-Banda.

Page 11: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

11

IFFINANZJAR TAL-INIZJATTIVADin l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000.

L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji:

Kategorija A: Inizjattiva li tiswa sa massimu ta’ €5,000.00

Jekk l-inizjattiva tiswa sa massimu ta’ €5,000.00 l-entitajiet li ser jamministraw dan il-fond jiffinanzjaw 85% tal-ispiża (sa massimu ta’ €3,500). L-15% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti oriġnali u fiskali tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

Kategorija B: Inizjattiva li tiswa sa massimu ta’ €10,000.00

Jekk l-inizjattiva tiswa minn €8,000.00 sa massimu ta’ €10,000, tiffinanzja 75% tal-ispiża (sa massimu ta’ €7,500.00) L-25% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti oriġinali u fiskali tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

L-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti ma jeskludux li l-każini li jippreżentaw proposti li jiswew aktar minn €10,000.00 ma jiġux ikkunsidrati madankollu, is-sussidju massimu li jingħata huwa dak indikat skond l-iskema li taħtha tkun saret l-applikazzjoni. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti originali u fiskali tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

Page 12: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

12

OBBLIGI TAL-PARTEĊIPANTI MSIEĦBAL-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti:

Jamministraw flimkien il-fondi u l-iskema;

Jippromwovu u jagħtu l-assistenza neċessarja lill-Każini tal-Banda;

Jagħmlu monitoraġġ tal-proġetti approvati u l-ispiża tagħhom;

Jaħtru Bord ta’ Għażla u moniteraġġ li jkun jinkludi membru maħtur mill-Għaqda Kazini tal-Banda u mill-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll persuna jew persuni tekniċi li jinħatru bi qbil bejn iż-żewġ partijiet sabiex jevalwaw il-proposti għall-inizjattivi mill-Każini tal-Banda rispettivi u jikklassifikahom f’ordni ta’ preferenza u jagħmel il-verifiki u l-monitoraġġ kollu necessarju;

Matul il-perjodu kollu tal-proġett, uffiċjali miż-żewġ entitajiet bl-għajnuna ta’ nies professjonali u tekniċi jagħmlu żjarat ta’ monitoraġġ skont il-bżonn fejn fihom issir evalwazzjoni tal-inizjattivi magħżula u verifiki kollha meħtieġa dwar l-ispiża u s-sostenibilità tal-proġetti magħżula;

Jippromwovu s-suċċess li jinkiseb minn dawn il-proġetti.

Page 13: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

13

Każini tal-Banda bi proposti magħżula

Iridu jkunu konformi mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni u matul il-perjodu kollu tal-proġett.

Ikunu attivi fl-Għaqda Każini tal-Banda skond l-istatut tal-istess Għaqda.

Iwettqu l-inizjattiva kollha skont id-dati stipulati.

Jipprovdu kull informazzjoni relatata mal-inizjattiva lill-entitajiet konċernati meta mitluba.

F’dawk il-każijiet fejn l-inzjattiva tkun ta’ tagħlim u xiri ta’ strumentatura bandistika b’enfasi tkun fuq dik l-istrumentatura li ma tantx għadha tintuża u għandha importanza fit-titjib fl-eżekuzzjoni mużikali irid isir reġistrazzjoni formali tal-mużiċisti li għalihom ser tinxtara l-istrumentatura u tagħlim mal-Għaqda Każini tal-Banda u din ir-reġistrazzjoni tibqa’ fis-seħħ għall-perjodu kollu ta’ ħames (5) snin li matulhom irid jkun hemm viżibilità tal-proġett.

Iħejju rapport finali dettaljat skond il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Malti għall-Arti u rendikont finanzjarju dettaljat flimkien mal-irċevuti fiskali oriġinali tal-inizjattiva kollha sabiex jingħataw ir-rifużjoni tal-ispejjeż konnessi. Mingħajrhom it-tnejn ma jsir ebda ħlas u rifużjoni tal-ispejjeż u jistgħu jintalbu l-fondi lura.

Page 14: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

14

Kull tip ta’ materjal li joħroġ b’konnessjoni ma’ dan il-proġett mill-Każini tal-Banda, irid jinkludi wkoll il-logo tal-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti għall-perjodu kontinwu ta’ tliet (3) snin.

Jallokaw paġna lill-inizjattiva fil-pubblikazzjoni tal-każin li toħroġ annwalment jew minn żmien għall-ieħor, jekk il-każin għandu rivista.

Tieħu sehem f’kull inizjattiva li tiġi mistiedna tipparteċipa b’numru ta’ mużiċisti mill-Għaqda Każini tal-Banda li tista’ anke flimkien ma’ entitajiet oħra jorganizzaw kemm jekk relatata ma’ din l-iskema kif ukoll f’inizjattivi oħra fuq bażi nazzjonali.

Jiffirmaw kuntratt relattiv għal dan il-proġett mal-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti.

DETTALJI TAL-PERSUNA BĦALA PUNT TA’ KUNTATT:-

GĦAQDA KAŻINI TAL-BANDA:

J. C Azzopardi – Segretarju E: [email protected]: 99830029

KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI

Kunsill Malti għall-Arti16, Triq Mikiel Anton VassalliVallettawww.artscouncilmalta.org

Page 15: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FINAN

ZJAMEN

T GĦ

ALL-ĦID

MA FIL-KAŻIN

I TAL-BAND

A

15

Tnedija tal-iskema u jibda ż-żmien li matulu jint-laqgħu l-applikazzjonijiet 27 ta’April 2018

Tingħata informazzjoni lill-Każini tal-Banda fuq l-iskema 15 ta’ Mejju 2018

Data ta’għeluq taż-żmien fejn jintlaqgħu l-proposti 15 ta’ Ġunju 2018

Jitwaqqaf Kumitat tal-Għażla Ġunju 2018

Jitħabbru l-inizjattivi magħżula Lulju 2018

Jiġi ffirmat il-kuntratt finanzjarju Lulju 2018

Jintlaqgħu r-rapporti finali tal-proġetti li jinkludu r-rapport finanzjarju. Lulju 2019

TIME LINE TAL-PROĠETT

Page 16: ),1$1=-$0(17*è$// è,'0$),/ .$8,1,7$/ %$1'$ FINANZJAMENT ... · Din l-iskema ser ikollha allokati fond ta’ minimu ta’ €150,000. L-inizjattiva tista’ taqa’ taħt waħda

FIN

ANZJ

AMEN

T G

ĦAL

L-Ħ

IDM

A FI

L-KA

ŻIN

I TAL

-BAN

DA

16