8
Il-Ħadd, 24 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ f’Malta u f’Għawdex Iċ-ċentru tar-restawr f’Bighi jgħin fi proġetti ta’ restawr tal-wirt storiku Il-fatti qed jiċċaraw: min kien tassew involut fl-iskandlu taż-żejt ii iii vii FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Hekk jixirqilhom il-Maltin u l-Għawdxin u hu għalhekk li l-Gvern, bosta drabi anki bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, wettaq sensiela twila ta' inizjattivi biex itejjeb il- prodott Malti. Anki t-turisti li jżuru l-gżejjer Maltin japprezzaw id-dehra isbaħ ta' pajjiżna. Illum il-ġurnata kulħadd jaf kif pajjiżna qed jattira ammonti rekord ta' turisti u bla dubju ta' xejn li parti importanti li qed tikkontribwixxi biex pajjiżna jattira dan il-volum ta' turisti hi d-dehra tiegħu. Fost il-proġetti importanti li twettqu u qed ikomplu jsiru f'pajjiżna hemm ir-restawr, it-tiswija u r-riabilitazzjoni tas- swar li jdawru l-Belt Valletta, lit-tlett ibliet tal-Kottonera, lill-belt l-antika tal-Imdina u liċ-Ċittadella f'Għawdex. Il-Gvern investa mat-€30 miljun biex ta ħajja ġdida lis-swar tal-Belt Valletta. Dan il-proġett ta’ restawr wassal biex kienu restawrati b’mod komplut is-Swar ta’ Sant’Andrija u s-Swar ta’ Santa Barbara, filwaqt li għaddej ukoll xogħol fuq is-Swar ta’ San Kristofru, San Pietru u San Pawl. Minbarra r-restawr fuq is- swar infushom, tnedew għadd ta’ proġetti oħra, fosthom dak tal-ftuħ taċ-Ċentru għall- Informazzjoni dwar is-Swar fi Biagio Steps. Ta’ min ifakkar kif il- Gvern tul is-snin ħadem biex illum nistgħu ngawdu aħjar il-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna, fosthom il-ftuħ ta’ ġonna taħt is-sur tal-Imdina u fejn qabel kien hemm l-Oil Depot fil-Kalkara, se jsir ġnien b’tema dwar l-Assedju l-Kbir. Bla dubju ta’ xejn li dawn il-proġetti ta’ tisbiħ u restawr juru d-determinazzjoni tal-Gvern li jipproteġi l-patrimonju kulturali tal- gżejjer Maltin, hekk kif tul din il-leġiżlatura saru bosta proġetti intiżi li jħarsu dan il-patrimonju u jwassluh san lilna l-Maltin u l-Għawdxin u lit-turisti li jżuruna. Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal f’pajjiżna Qasam li fih pajjiżna għamel avvanzi kbar f’dawn l-aħħar ħames snin hu dak tad-dehra tiegħu. Pajjiżna llum ingħata dehra sabiħa kif jixraqlu u grazzi għall-proġetti kbar li imbarka fuqhom il-Gvern, dawn il-proġetti wasslu biex kull belt u raħal għandhom dehra ferm isbaħ Grazzi għas-sensiela twila ta' proġetti ta' restawr, konservazzjoni u riabilitazzjoni – proġetti li ħolqu għadd ġmielu ta' opportunitajiet tax-xogħol – il-Gvern qed jirnexxilu jagħti futur lill-passat glorjuż ta' pajjiżna. Ilkoll naqblu li pajjiżna għandu storja rikka li writna mingħand missirijietna li ħallewlna ġojjelli imprezzabbli mhux biss fil-belt kapitali tagħna, iżda f'kull belt u raħal kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Il-Gvern tul din il- leġiżlatura ħadem u stinka biex wettaq kemm felaħ inizjattivi ta' restawr. Xogħol importanti f'dan ir-rigward qed isir miċ-Ċentru tar- Restawr f'Bighi. Jekk wieħed jagħti titwila lejn ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni li saru jsib il-proġett ta' Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta, il- Victoria Gate, għadd kbir ta' knejjes u znieter, bereġ, il-Palazz tal-Gran Mastru u l-Berġa ta' Kastilja. Saru wkoll proġetti ta' pavimentar ġdid u toroq fejn ma jgħaddux karozzi biex hekk dawn jistgħu jitgawdew aħjar min-nies. Imma x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni ma kienx limitat għall-Belt Valletta biss. Prattikament f'kull belt u raħal saru xogħlijiet importanti. Proġetti ta' kwalità li l-Gvern wettaq b'suċċess u li permezz tagħhom ħoloq l-opportunitajiet tax- xogħol, filwaqt li kabbru l-attività ekonomika fiz-zoni turistiċi fejn sar it-tisbiħ, bħalma sar fix-Xatt ta' Marsaxlokk u l-pavimentar f'Paceville. Nagħtu futur lill-passat tagħna... u noħolqu aktar xogħol

Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment il-Ħadd 24 ta' Frar 2013

Citation preview

Page 1: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 24 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ f’Malta u f’Għawdex

Iċ-ċentru tar-restawr f’Bighi jgħin fi proġetti ta’ restawr tal-wirt storiku

Il-fatti qed jiċċaraw: min kien tassew involut fl-iskandlu taż-żejtii iii viiFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAGħżEL ħAżIN

Hekk jixirqilhom il-Maltin u l-Għawdxin u hu għalhekk li l-Gvern, bosta drabi anki bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, wettaq sensiela twila ta' inizjattivi biex itejjeb il-prodott Malti. Anki t-turisti li jżuru l-gżejjer Maltin japprezzaw id-dehra isbaħ ta' pajjiżna.

Illum il-ġurnata kulħadd jaf kif pajjiżna qed jattira ammonti rekord ta' turisti u bla dubju ta' xejn li parti importanti li qed tikkontribwixxi biex pajjiżna jattira dan il-volum ta' turisti hi d-dehra tiegħu.

Fost il-proġetti importanti li twettqu u qed ikomplu jsiru f'pajjiżna hemm ir-restawr,

it-tiswija u r-riabilitazzjoni tas-swar li jdawru l-Belt Valletta, lit-tlett ibliet tal-Kottonera, lill-belt l-antika tal-Imdina u liċ-Ċittadella f'Għawdex.

Il-Gvern investa mat-€30 miljun biex ta ħajja ġdida lis-swar tal-Belt Valletta. Dan il-proġett ta’ restawr wassal biex kienu restawrati b’mod komplut is-Swar ta’ Sant’Andrija u s-Swar ta’ Santa Barbara, filwaqt li għaddej ukoll xogħol fuq is-Swar ta’ San Kristofru, San Pietru u San Pawl.

Minbarra r-restawr fuq is-swar infushom, tnedew għadd ta’ proġetti oħra, fosthom dak tal-ftuħ taċ-Ċentru għall-Informazzjoni dwar is-Swar fi

Biagio Steps.Ta’ min ifakkar kif il-

Gvern tul is-snin ħadem biex illum nistgħu ngawdu aħjar il-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna, fosthom il-ftuħ ta’ ġonna taħt is-sur tal-Imdina u fejn qabel kien hemm l-Oil Depot fil-Kalkara, se jsir ġnien b’tema dwar l-Assedju l-Kbir.

Bla dubju ta’ xejn li dawn il-proġetti ta’ tisbiħ u restawr juru d-determinazzjoni tal-Gvern li jipproteġi l-patrimonju kulturali tal-gżejjer Maltin, hekk kif tul din il-leġiżlatura saru bosta proġetti intiżi li jħarsu dan il-patrimonju u jwassluh san lilna l-Maltin u l-Għawdxin u lit-turisti li jżuruna.

Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal f’pajjiżnaQasam li fih pajjiżna għamel avvanzi kbar f’dawn l-aħħar ħames snin hu dak tad-dehra tiegħu. Pajjiżna llum ingħata dehra sabiħa kif jixraqlu u grazzi għall-proġetti kbar li imbarka fuqhom il-Gvern, dawn il-proġetti wasslu biex kull belt u raħal għandhom dehra ferm isbaħ

Grazzi għas-sensiela twila ta' proġetti ta' restawr, konservazzjoni u riabilitazzjoni – proġetti li ħolqu għadd ġmielu ta' opportunitajiet tax-xogħol – il-Gvern qed jirnexxilu jagħti futur lill-passat glorjuż ta' pajjiżna.

Ilkoll naqblu li pajjiżna għandu storja rikka li writna mingħand missirijietna li ħallewlna ġojjelli imprezzabbli mhux biss fil-belt kapitali tagħna, iżda f'kull belt u raħal kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.

Il-Gvern tul din il-leġiżlatura ħadem u stinka biex wettaq kemm felaħ inizjattivi ta' restawr. Xogħol importanti f'dan ir-rigward qed isir miċ-Ċentru tar-Restawr f'Bighi.

Jekk wieħed jagħti titwila lejn ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni li saru jsib

il-proġett ta' Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta, il-Victoria Gate, għadd kbir ta' knejjes u znieter, bereġ, il-Palazz tal-Gran Mastru u l-Berġa ta' Kastilja.

Saru wkoll proġetti ta' pavimentar ġdid u toroq fejn ma jgħaddux karozzi biex hekk dawn jistgħu jitgawdew aħjar min-nies.

Imma x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni ma kienx limitat għall-Belt Valletta biss. Prattikament f'kull belt u raħal saru xogħlijiet importanti. Proġetti ta' kwalità li l-Gvern wettaq b'suċċess u li permezz tagħhom ħoloq l-opportunitajiet tax-xogħol, filwaqt li kabbru l-attività ekonomika fiz-zoni turistiċi fejn sar it-tisbiħ, bħalma sar fix-Xatt ta' Marsaxlokk u l-pavimentar f'Paceville.

Nagħtu futur lill-passat tagħna... u noħolqu aktar xogħol

Page 2: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

100proġett ta’ tisbiħ u aktar f’Malta u f’Għawdex

12-ilzuntier ingħataw id-dehra

sabiħa li tixirqilhom

Fatti u Ċifri

23funtana ngħataw il-ħajja mill-ġdid

20proġett

ta’ restawr u aktar fil-Belt Valletta

Pajjiżna jgawdi minn patrimonju uniku u mill-aktar

imprezzabbli. Il-Gvern ma jixxaħħaħx mal-kultivazzjoni

ta’ wirt missrijietna u jagħmel dak kollu li jista’ biex iħares

il-patrimonju Malti

13-ilkappella kienu restawrati

u llum huma mħarsa u użati

Inkomplu nwettqu l-pjan tagħna fil-qasam tat-turiżmu billi ninvestu mill-anqas €215-il miljun oħraInżidu aktar rotot lejn Malta u minnha u naħdmu sabiex jinfetħu swieq ġodda

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

15. Is-settur tal-kreattività

i. Jitwaqqaf fond biex jipprovdi start-up grants u kapital ta’ bejn €25,000 u €50,000 lil start-ups fl-industrija ġdida tad-digital gaming.

ii. Jiġu żviluppati creative clusters f’Malta u Għawdex għal games, media, design, crafts u performing arts biex jippromwovu t-twaqqif ta’ start-ups, l-imprenditorija fis-settur tal-kreattività u l-innovazzjoni u sabiex iżidu l-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż.

iii. Jingħataw inċentivi fiskali għas-settur tal-kreattività u b’mod partikolari dawk imwaqqfa jew li jgħixu fil-Belt Valletta.

iv. Inkomplu nattiraw kumpaniji internazzjonali tad-digital games billi noffru inċentivi ġodda.

v. Jitwaqqaf Fond għall-Wirt Kulturali.vi. Inżidu d-Digital Games Fund. vii. Titwaqqaf skema ta’ apprendistat li

tippermetti placements ta’ taħriġ u xogħol fis-settur tal-kreattività.

16. Lejn aktar rekords fit-turiżmuWara s-snin ta’ rekords fil-qasam tat-turiżmu nkomplu nwettqu l-pjan tagħna fil-qasam tat-

turiżmu billi ninvestu mill-anqas €215-il miljun fis-settur sabiex, fost l-oħrajn, nieħdu dawn l-inizjattivi: i. Inżidu aktar rotot lejn Malta u minnha u

naħdmu sabiex jinfetħu swieq ġodda;ii. Issir ħidma mal-linji tal-ajru, operaturi

turistiċi u lukandiera sabiex ikompli jiżdied it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa u dan billi niżviluppaw il-kunċett ta’ city break destination u billi jiżdied ir-reklamar fix-xitwa permezz ta’ joint marketing schemes;

iii. Jittieħdu miżuri sabiex jinġiebu f’Malta konferenzi kbar u noffru postijiet pubbliċi sabiex jintużaw waqt dawn il-konferenzi;

iv. Intejbu u nkabbru l-faċilitajiet fil-Port il-Kbir sabiex inkunu nistgħu nattiraw aktar cruise liners lejn pajjiżna filwaqt li nħajru aktar kumpaniji tal-cruises sabiex jużaw lil Malta għal home porting;

v. Inkomplu norganizzaw, ngħinu u nippromwovu l-attivitajiet kulturali u popolari fosthom il-Karnival, il-Jazz Festival, il-Malta Arts Festival, l-Isle of MTV, in-Notte Bianca u l-attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali, sabiex nattiraw aktar turiżmu kulturali lejn pajjiżna.

Page 3: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 24 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemNiċċa importanti fil-qasam tal-edukazzjoni hi ċ-ċentru tar-restawr f’Bighi fejn studenti jitgħallmu l-professjoni tar-restawr. Ir-riżultati li qed joħorġu huma inkoraġġanti ħafna, tant li, f’din il-leġiżlatura, ingħatat spinta kbira lir-restawr ta’ patrimonju importanti f’Malta u f’Għawdex

Il-ħarsien tal-patrimonju MaltiIl-patrimonju Malti hu mimli wirt storiku, importanti mhux biss għalina iżda wkoll għall-eluf kbar ta’ turisti li jgħixu barra minn xtutna iżda għandhom interess fih.

Fost il-wirt dinji li għandna nsibu t-tempji, fosthom tal-Imnajdra u l-Ġgantija. Dawn ilhom weqfin aktar minn 5,000 sena u għadhom joffru attrazzjoni unika lill-familji tagħna, lit-turisti li jżurna iżda fl-istess ħin iwasslu messaġġ edukattiv u kulturali.

Il-Gvern investa ħafna f’dawn is-siti tant li rrestawrahom u tagħhom dehra mill-isbaħ. Permezz tal-konservazzjoni tagħhom dawn se jservu għal tul ta’ snin, b’mod speċjali bit-tinda li ngħatatilhom.

Dehra differenti u aktar ħajja tas-siti storiċiĦafna postijiet li nirfsu fihom ta’ kuljum huma siti storiċi. Il-post jista’ jkun xi post bħall-kunsilli lokali, ministeri jew każini tal-għaqdiet tal-baned.

Matul din il-leġiżlatura permezz tal-ħidma tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista saru b’suċċess diversi skemi u xogħlijiet favur ir-restawr tant li ħafna faċċati tal-każini u siti storiċi oħra, fosthom bereġ, ġew restawrati mill-ġdid u ngħataw dehra aktar ċara u ġdida li wieħed jista’ josservaha fid-dettall.

Fosthom insibu l-bereġ fil-Belt Valletta u dik ta’ Kastilja li d-dehra tagħhom hi kompletament differenti u aktar ħajja.

Investiment fir-restawr, investiment fina, fi wliedna u f’ta’ warajnaGħawdex ra ġid kbir fil-qasam tar-restawr speċjalment dak relatat maċ-Ċittadella hekk kif is-swar ingħataw ħajja ġdida li hi tant neċessarja fil-qasam turistiku.

Is-swar, għalkemm huma kbar u forsi wieħed jaħseb li l-elementi naturali jagħmlu inqas ħsara fuqhom, xorta jkollhom ħsarat u jekk wieħed ma joqgħodx attent, il-ħsarat tant jikbru li mbagħad ikunu irriversibbli.

L-attenzjoni li ngħataw is-swar, kemm taċ-Ċittadella kif ukoll dawk f’diversi postijiet f’Malta, tfisser investiment fit-tfal tagħna, fina u f’dawk ta’ warajna.

Il-Gvern saħħaħ id il-Kunsilli fil-qasam tar-restawrIl-Gvern ftit tas-snin ilu welled il-kunċett tal-Kunsilli Lokali u matul din il-leġiżlatura kompla jsaħħilhom idejhom. Dan it-tisħiħ kompla jagħti identità lill-kultura u l-identità tal-lokal.

Dan sar permezz ta’ skemi varji li l-Kunsilli approfittaw minnhom u rrestawraw diversi siti storiċi fosthom niċeċ u statwi li kieku tħallew kif kienu, kienu se jiddeġeneraw u jitkissru tant li saħansitra kienu jintilfu.

Bir-restawr dawn saru aktar aċċessibbli għan-nies biex jarawhom u jieħdu l-informazzjoni minnhom u b’hekk il-kultura reliġjuża ta’ din il-gżira tkompli tinżamm.

Riżorsa umana ikbar fil-qasam tar-restawrIċ-Ċentru ta’ Bighi li l-Gvern tant investa fih matul din il-leġiżlatura qiegħed jagħti l-frott meħtieġ, frott bżonjuż fil-qasam tar-restawr mhux biss fil-preżent iżda anke fil-futur.

Permezz ta’ dan iċ-Ċentru l-Gvern ħarreġ għexieren ta’ studenti f’dan il-qasam. Dawn jużaw l-għodda meħtieġa biex jirrestawraw diversi tipi ta’ oġġetti, minn kotba u ħġieġ sa ħadid u siti storiċi li jkunu konservati u jitgawdew minna u minn dawk li se jiġu warajna.

Dan kollu hu ferm importanti għax issa mhux biss għandna r-riżorsi umani biex inkomplu nirrestawraw iżda fl-istess ħin qed isir xogħol akbar u aktar dejjiemi.

JOEMERcIEcAĦAD-DINGLI

JOhNNyBORGBIRKIRKARA

J. GREchĦAż-żEBBUġ

M.SAMMUTĦAL BALZAN

JOSEPhZAMMITBIRżEBBUġA

Page 4: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Pajjiżna jgawdi mhux biss baħar sabiħ, iżda wkoll baħar tassew nadif. Fil-fatt jirriżulta li l-baħar li jdawwar il-kosta Maltija hu l-aktar wieħed nadif fil-Mediterran.

Dan mhux b’kumbinazzjoni, imma għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura ħadem biex il-baħar tagħna jinżamm ħieles minn dawk

l-elementi li jistgħu jniġġsuh, fosthom id-drenaġġ li m’għadux jintefa’ l-baħar, imma qed ikun trattat f’impjanti apposta. Il-baħar nadif li ngawdu hu parti mill-prodott Malti offrut ukoll lit-turisti li matul dawn il-ħames snin żaruna f’ammonti rekord

Il-Gvern investa u se jkompli jinvesti f’aktar spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha.

It-tfal illum għandhom fejn imorru jiġru u jilagħbu f’ambjent sigur. Il-Gvern fetaħ

numru ta’ spazji pubbliċi ta’ rikreazzjoni u hu ppjanat li matul il-ħames snin li ġejjin ikomplu jsiru aktar proġetti ta’ dan it-tip

immirati għall-familja kollha

Għaliex għandna l-finanzi fis-sod ħarisna u seddaqna l-patrimonju u l-kultura li writna mingħand missirijietna

Page 5: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 24 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem u stinka biex mhux biss jitħares il-patrimonju Malti u dak

kollu li writna mingħand missirijietna, iżda biex dan ikun imseddaq u kkonservat. Għalhekk

ittieħdu diversi miżuri ta’ protezzjoni għall-wirt dinji li jinsab f’pajjiżna biex ngħadduh

lill-ġenerazzjonijiet futuri qawwi u sħiħ ħalli huma wkoll igawduh u jkunu kburin bih

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern imbarka fuq aktar minn mitt proġett ta’ tisbiħ imxerrda f’diversi bliet u rħula. Dawn il-proġetti ta’ tisbiħ mhux biss ħolqu ħafna xogħol, imma wasslu biex l-istess lokalitajiet issebbħu u komplew jingħataw il-karattru partikulari tagħhom. Ħafna mill-proġetti fil-bliet u fl-irħula saru id f’id bejn il-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali. Grazzi għal dan l-impenn illum kulħadd jaqbel li kibret il-kultura favur il-ħarsien ta’ dak kollu li hu Malti u Għawdxi

Page 6: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Le, fuq id-droga fil-każin Laburista ma’ kont naf xejn

Muscat jagħżel ħażin...

MUScAT JINQELA’ B’żEJTU

L-ogħla uffiċjaltal-finanzi

tal-Labour Partywara l-kumpaniji

involuti fl-iskandluta’ tixħim

għal xiri ta’ żejt

Jekk inħammeġlil ħaddieħor żgur nilħaq

l-ambizzjoni tiegħi...u fl-aħħar nistrieħ

Iva, daqqitli xi ħaġa, imma ħsibtha blokka silġ

Le, l-ogħla uffiċjal finanzjarju tagħna ma kellu x’jaqsam xejn mal-iskandlu tal-commissions għal xiri ta’ żejt, imma qed naċċetta r-riżenja tiegħu

...u tbati int

Page 7: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 24 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Wara ġimgħat jipprova jitfa’ t-tajn fuq ħaddieħor b’allegazzjonijiet foloz u oħrajn mill-aktar puwerili dwar il-Ministri Austin Gatt u Tonio Fenech, issa qed joħorġu l-fatti. Dawn huma l-fatti veri dwar il-mod kif il-Partit Laburista kellu l-ogħla uffiċjal fil-finanzi tiegħu, Joe Cordina, l-Amministratur Finanzjarju tal-Partit Laburista, involut fil-kumpanija Intershore Ltd li kienet is-sid uniku u għalkollox responsabbli tal-kumpanija Aikon Ltd li kienet qed tirċievi commissions illegali fil-kont tagħha f’bank fi New York għal xiri ta’ żejt mill-EneMalta.

Il-fatti issa qed juru min kien tassew involut u paraventu fil-każ ta’ tixħim għal xiri ta’ żejt mill-Enemalta

Il-fatti dwar l-involviment tal-uffiċjal finanzjarju tal-Labour PartyIl-fatti ġew iċċarati bid-dokumenti u mhux bil-falsitajiet u l-allegazzjonijiet tat-tfal li jħobb jagħmel fuq kulħadd il-Partit Laburista. Meta l-MaltaToday żvelat din l-istorja, issemmiet kumpanija li jisimha Aikon Ltd u li kienet qed tirċievi commissions illegali mingħand il-kumpanija taż-żejt Trafigura.

Il-commissions li Trafigura kienet qed tħallas lil AikonIl-kumpanija taż-żejt u tal-gass Trafigura kienet qed tibgħat dawn il-commissions illegali fil-kont numru 700296 li Aikon

Ltd kellha fil-bank Wachovia fi New York.

Aikon tħobb tibdel l-ismijietIl-kumpanija Aikon Ltd għandha storja ta’ bdil ta’ ismijiet: fl-2002 bdiet bħala MO Services Ltd u mbagħad fl-2004 bidlet isimha darbtejn, l-ewwel għal Petrotek Ltd u ftit wara għal Aikon Ltd.

Il-kumpanija Intershore wara AikonIs-sid tal-kumpanija Aikon Ltd hu kumpanija oħra jisimha Intershore Fiduciary Services Ltd. Intershore Fiduciary Services Ltd kienet is-sid uniku, id-direttur uniku,

l-amministratur uniku u kellha r-rappreżentanza legali tal-kumpanija Aikon Ltd bejn l-2002 u l-2011. Għalhekk, Intershore Fiduciary Services Ltd għandha r-responsabbiltà kollha ta’ dak kollu li kienet qed tagħmel Aikon Ltd u kienet il-benefiċjarja tal-flus kollha li kienet qed tirċievi Aikon Ltd mingħand Trafigura f’dak iż-żmien.

L-ogħla uffiċjal tal-finanzi tal-PL involut fil-kumpanijiRiċerka f’dokumenti uffiċjali dwar Intershore Fiduciary Services Ltd turi li d-diretturi tagħha huma tliet persuni: Joe Cordina, Martin Fenech u Charles Xerri.

Joe Cordina sa nhar il-Ħamis li għadda, qabel irriżenja, kellu l-kariga ta’ Amministratur Finanzarju tal-Partit Laburista. Joe Cordina hu wkoll direttur fil-kumpaniji kollha tal-Labour Party: MLP Holdings Ltd, Sound and Vision Ltd u Consultancy and Research Ltd. Dan ifisser li wara l-kumpaniji mdaħħlin f’dan l-iskandlu hemm il-persuna li għadu kemm kien qiegħed imexxi l-finanzi tal-Partit Laburista. Joe Cordina mhux xi membru jew kandidat tal-Labour Party imma l-uffiċjal reponsabbli għall-finanzi tal-Partit Laburista.

L-ogħla uffiċjal tal-finanzi tal-Partit Laburista, Joe Cordina, flimkien mal-mexxej Laburista Joseph Muscat... issa ħiereġ kif Joe Cordina kien involut fil-kumpanija li serviet ta’ paraventu għal Aikon Ltd hi u tirċievi l-commissions illegali fil-kont tal-bank tagħha

Page 8: Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“hu diffiċli li wieħed isemmi l-proġetti ta’ tisbiħ u restawr li għamel il-Gvern tul din il-leġiżlatura. Proġetti li ħolqu x-xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin li wrew li huma kapaċi u bravi biex illum għandna pajjiż isbaħ minn qatt qabel. Madankollu tajjeb li jingħad li l-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam biex saru għadd kbir ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr li aħna kburin bihom kien kbir”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi