16
Xagħra Scout Group Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta Paġna 1 minn 16 www.xaghrascouts.com Iż-żmien igħaddi u ma jistenna lil ħadd. Niftakar qisu ‘l bieraħ l-ewwel darba li mort l-iScouts! Ma tantx kelli idea ta’ x’inhu dan il- moviment. Kont naħseb li dawn jieħdu sehem biss f’xi parati. Illum naf li dan mhux l-skop aħħari tal-iScouts. Sa ftit xhur ilu kont leader fis-section tal- Pack. Illum għandi rwol differenti - dak tal-Group Scout Leader. Ma kinitx deċiżjoni faċli. Hi sfida li tirrikjedi mhux biss ippjanar tal-grupp iżda responsabilita’, enerġija, kuraġġ, entużjażmu u ħin bla limitu. Sibt ruħi f’posiżżjoni ta’ responsabilita’ meta l-grupp kien qed jitlef ħafna leaders minħabba ċirkustanzi oħra f’ħajjithom. Din il-bidla kienet ta’ test għall-grupp tagħna. Erba’ leaders minn tal-bidu siefru għal perjodi differenti - min fuq studju u min fuq xogħol. Illum kburija ngħid li l-grupp baqa’ jaħdem u jistinka. Il-leaders u l-helpers meddew għonqhom għax-xogħol. Is-sezzjonijiet baqgħu jiffunzjonaw kollha b’mod tajjeb u eżemplari. Dawk l-leaders li marru barra minn xtutna, xorta baqgħu jgħinu u jagħtu s-sapport tagħhom kif setgħu. Il-Grupp baqa’ miexi ‘l quddiem bis-saħħa ta’ l-għadqa u l-commitment li wrew l-leaders, helpers u l-membri tal-kunsill tagħna. F’Novembru attendejt ċerimonja bħala Asst. Cub Commissioner, fejn Leaders minn Malta u Għawdex ingħataw ċertifikati għal tliet korsijiet varji li jwasslu biex wieħed ikun leader ittrenjat. Bi pjaċir kbir ngħid li l-Leaders tal- Grupp tagħna rċevew 10 ċertifikati. Dan ikompli juri l-commitment tal-leaders lejn t-tfal u lejn il- Grupp. Il-Kunsill tal-Grupp ukoll jaħdem bla heda. Jagħmlu ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi. Dan jgħin biex inkunu nistgħu nixtru l-apparat li jkollna bżonn u spejjeż oħra. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kunsill li tul dawn l-aħħar snin taw servizz lill-grupp. Fl-istess waqt nawgura lill-kunsill il-ġdid ħidma siewja għas- snin li ġejjin. Wara ħidma sħiħa għal diversi snin, fl-20 ta’ Diċembru 2012, f’isem ix-Xagħra Scout Group iffirmajt l-kuntratt għall-post tal-gvern. Post li l-Grupp ser inkunu qed nużawh bħala Head Quarters - post għall-iscouts fix-Xagħra, gwadan ieħor għar-raħal tagħna. F’isem il-grupp, minn qalbi nixtieq nirringrazzja lis-sinjuri Vince Vella, Fr Jesmond Gauci u Carmel Attard għal ħidma siewja għal dan il-proġett. Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg ...jkompli f’pagna 3 Firmar tal-Kuntratt tal-HQ Gdid

L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Embed Size (px)

DESCRIPTION

The fifth edition of L-iScout Xaghri, a magazine published in Maltese by Xaghra Scout Group. XSG is part of The Scout Association of Malta and forms part of the Gozo District. www.xaghrascouts.com

Citation preview

Page 1: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

Paġna 1 minn 16www.xaghrascouts.com

Iż-żmien igħaddi u ma jistenna lil ħadd. Niftakar qisu ‘l bieraħ l-ewwel darba li mort l-iScouts! Ma tantx kelli idea ta’ x’inhu dan il-moviment. Kont naħseb li dawn jieħdu sehem biss f’xi parati. Illum naf li dan mhux l-skop aħħari tal-iScouts.

Sa ftit xhur ilu kont leader fis-section tal-Pack. Illum għandi rwol differenti - dak tal-Group Scout Leader. Ma kinitx deċiżjoni faċli. Hi sfida li tirrikjedi mhux biss ippjanar tal-grupp iżda responsabilita’, enerġija, kuraġġ, entużjażmu u ħin bla limitu.

Sibt ruħi f’posiżżjoni ta’ responsabilita’ meta l-grupp kien qed jitlef ħafna leaders minħabba ċirkustanzi oħra f’ħajjithom. Din il-bidla kienet ta’ test għall-grupp tagħna. Erba’ leaders minn tal-bidu siefru għal perjodi differenti - min fuq studju u min fuq xogħol.

Illum kburija ngħid li l-grupp baqa’ jaħdem u jistinka. Il-leaders u l-helpers meddew għonqhom għax-xogħol. Is-sezzjonijiet baqgħu jiffunzjonaw kollha b’mod tajjeb u eżemplari. Dawk l-leaders li marru barra minn xtutna, xorta baqgħu jgħinu u jagħtu s-sapport tagħhom kif setgħu. Il-Grupp baqa’ miexi ‘l quddiem bis-saħħa ta’ l-għadqa u l-commitment li wrew l-leaders, helpers u l-membri tal-kunsill tagħna.

F’Novembru attendejt ċerimonja bħala Asst. Cub Commissioner, fejn Leaders minn Malta u Għawdex ingħataw ċertifikati għal tliet korsijiet varji li jwasslu biex wieħed ikun leader ittrenjat. Bi pjaċir kbir ngħid li l-Leaders tal-Grupp tagħna rċevew 10 ċertifikati. Dan ikompli juri l-commitment tal-leaders lejn t-tfal u lejn il-Grupp.

Il-Kunsill tal-Grupp ukoll jaħdem bla heda. Jagħmlu ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi. Dan jgħin biex inkunu nistgħu nixtru l-apparat li jkollna bżonn u spejjeż oħra. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kunsill li tul dawn l-aħħar snin taw servizz lill-grupp. Fl-istess waqt nawgura lill-kunsill il-ġdid ħidma siewja għas-snin li ġejjin.

Wara ħidma sħiħa għal diversi snin, fl-20 ta’ Diċembru 2012, f’isem ix-Xagħra Scout Group iffirmajt l-kuntratt għall-post tal-gvern. Post li l-Grupp ser inkunu qed nużawh bħala Head Quarters - post għall-iscouts fix-Xagħra, gwadan ieħor għar-raħal tagħna. F’isem il-grupp, minn qalbi nixtieq nirringrazzja lis-sinjuri Vince Vella, Fr Jesmond Gauci u Carmel Attard għal ħidma siewja għal dan il-proġett.

Mill-Group Scout Leader...GSL Loraine Borg

...jkompli f’pagna 3

Firmar tal-Kuntratt tal-HQ Gdid

Page 2: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 2 minn 16

Waslet ħarġa oħra tal-Iscout Xagħri, miżgħuda b’artikli nteressanti u varjati għall-aħħar. F’din il-ħarġa għandna żewġ artikli miktubin bl-Ingliż,miġburin mingħand ammiraturi tagħna fejn tħajru huma wkoll biex jiktbu f’dan il-magazine.

Din is-sena għandna erba’ leaders li qed ikomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-qalba tal-Ewropa, u dawn qegħdin iwasslulna l-esperjenzi tagħhom ma’ għaqdiet oħra ta’ Scouts Ewropej. Żgur li kuntatti bħal dawn ikomplu jgħinu biex ikabbru l-formazzjoni personali tal-Leaders tagħna u mbagħad igħaddu l-esperjenzi tagħhom lill-Iscouts tagħna.Minn hawn nawgurawlhom mill-qalb u ngħidulhom biex ma jdumux ma jiġu lura.

Aħbar li mliet lil kulħadd bil-ferħ u entużjażmu kienet dik li ftit ġranet ilu, aħna x-Xagħra Scout Group, iffirmajna l-Kuntratt ma’ l-Awtoritajiet Governattivi , fejn akkwistajna post qadim biex nirranġawh ħalli jservi bħala H/Q tagħna għall-futur. Aħbar li ilna nistennew, u li issa seħħet. Ma rridx ninsa nirringrazzja lil kull min għin u tħabat biex din il-ħolma ssir realta’. Jeħtieġ issa li nxammru l-kmiem ħalli nibdew nirranġaw dan il-post kemm jista’ jkun malajr.

Waqt li nagħti x-xewqat sbieħ għal sena ġdida li għadha kemm bdiet, nixtieq nagħmel appell qawwi biex kull min jista’ jgħin ma joqgħodx lura ħalli nlestu il-post għat-tfal tagħna l-iscouts, fl-iqsar żmien possibli

Grazzi ħafna mill-qalb, tiegħi u ta’ kull membru tax-Xagħra Scout Group.

Kontenut tal-MagazinPg 1 - Mill-Group Scout Leader

Pg 2 - Mill-Editur

Pg 3 - Mic-’Chaplain’

Pg 4 - Il-Kamp tas-Sajf 2012

Pg 5 - Il-Beaver Scout Colony

Pg 6 - Il-Cub Scout Pack

Pg 7 - It-Truppa

Pg 8 & 9 - Achievements Gone Home

Pg 10 sa 13 - Rokna Internazzjonali

Pg 14 & 15 - L-iStorja tax-XSG

Pg 16 - Sponsors____________________________Maħruġ f’isem ix-Xagħra Scout Group, Distrett t’ Għawdex, Scout Association ta’ Malta, bl-għajnuna ta’ ħafna membri speċjalment l-Editur Carmel Attard, Assistenta Editriċi Sabrina Portelli u il-Graphical Designer Josmar Azzopardi.

Xagħra Scout Groupc/o 32B

Xerri’s Grotto Street,Xagħra, Gozo

[email protected]

Mill-Editur...Mr Carmel Attard

Page 3: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 3 minn 16

Mic-’Chaplain’...Mons. Arċipriet Carmelo Refalo

Be Prepared! Dan hu l-motto tal-Iscouts kif maħsub u programmat mill-Fundatur Robert Baden Powell. Forsi tistaqsini preparat għal xiex? It-taħriġ li t-truppa bl-iscout tagħtik tgħinek tgħix dan l-idejal. Meta xi persuna jkollha inċident u inti tkun imħarreġ fl-ewwel għajnuna, inti tista’ ssalva ħajja. Baden Powell ma kellux f’moħħu dan biss, jiġifieri l-għajnuna li wieħed jagħti f’kas ta’ emerġenza! L-iskop tal-Iscout huwa dak li jifforma l-karattru, li jaqsam il-ferħ mal-oħrajn, u jitħejja quddiem l-isfidi u l-iebes tal-ħajja b’qalb soda jkun x’ikun it-taħbit li wieħed irid iħabbat wiċċu miegħu.

Li tkun preparat għall-ħajja, jfisser li tgħix b’tali mod li xejn ma jkun jiddispjaċik għall-fatt li tkun għamilt dak kollu li stajt tagħmel.

X’Inhi l-missjoni tagħna? Aħna naħdmu sabiex tfal u żgħażagħ jitħejjew quddiem għażliet morali, etiċi u ta’ valuri biex f’ħajjithom jissawru fit-tajjeb. Niftakar fil-wegħda solenni li kull scout jieħu: jiġifieri dik li jwettaq dmiru quddiem Alla u quddiem art twelidu biex igħin lil oħrajn u li f’kull mument ta’ ħajtu l-iscout jieħu ħsieb li jżomm ruħu fiżikament, mentalment u moralment qawwi.

Ir-riċetta li tħawwar kull membru ta’ dan il-moviment għandha twassal għal riżultat pożittiv ħafna. Hemm 12-il ingredjent li għalihom il-membri għandhom jaħdmu.

X’jagħmel Scout ta’ veru?1. Li jkun bniedem ta’ min jafdah,2. leali,3. kapaċi jgħin,4. ħabib ta’ kulħadd,5. bniedem edukat,6. qalbu tajba7. ubbidjenti8. ferrieħi9. ma jberbaqx flusu10. nadif11. kuraġġjuż, u12. bniedem ta’ rispett.

L-isfida mhix żgħira, imma madankollu l-idejal tal-Iscouts huwa sinsla tad-dahar għal kull ċiviltà għax bniedem preparat hu bniedem armat!

“BE PREPARED”. Nawguralkom u nitlob fuqkom il-barka t’Alla.

Kull għajnuna - kemm professjonali, manwali u finanzjarja - hija waħda essenzjali biex isir tibdil strutturali fil-post li ser iservi ta’ Head Quarters tagħna. Għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex inħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu jgħinuna b’xi mod biex jikkuntatjawni.

Kif tistgħu taraw, il-perspettiva tiegħi rigward l-iScouts inbidlet maż-żmien. L-iScouts saru għalija t-tieni familja tiegħi għax permezz

tagħhom ħajti nħossha tagħmel aktar sens f’li nagħti u f’li nirċievi. Illum, fl-iScouts nara prinċipji u valuri sodi, tagħlim, esperjenzi u stil ta’ ħajja pożittiva.

Nappella lil nies li huma nteressati jsiru aktar midħla ta’ dan il-moviment biex ma jiddejqux jiġu u jesperjenzaw magħna din it-tip ta’ ħajja. B’hekk maż-żmien flimkien naħdmu għal soċjeta’ aħjar.

jkompli mill-GSL minn pagna 1...

Parata tas-7 ta’ Settembru Compliments of foto jjpzammit ©

Page 4: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 4 minn 16

Kollox beda meta Antoine Spiteri u Deborah Sultana ddeċidew li jorganizzaw il-kamp tas-Sajf sabiex b`hekk jiffinalizzaw il-kors tagħhom bħala leaders. Bħala camp chiefs huma kellhom jippreparaw dak kollu meħtieġ sabiex jittella l-kamp. Wara li għażlu l-isem tal-kamp bħala Greek Greatness, organizzaw ukoll l-attivitajiet biex tiġi kkumplimentata din l-istess tema.

Il-kamp beda fit-13 ta` Lulju, meta fis-sitta ta` filgħodu xi leaders telqu għar-Ramla bit-trakkijiet ippakjati tined u oġġetti oħra. Kienet ġurnata tipika sajfija, fejn xemx u sħana tremenda ma naqsitx. Iżda fi tmiem il-ġurnata, l-leaders kienu sodisfatti li kollox mexa kif kien ippjanat.

L-għada s-Sibt waslu l-Beavers flimkien mat-Truppa. It-Truppa kellhom bosta attivitajiet ippreparati għalihom. Fosthom kellhom ic-challenge li jtellgħu t-tined tagħhom, jibnu rafts u kif ukoll attivitajiet fejn riedu juru l-ħiliet tagħhom bħala scouts. L-Beavers għaddew n-nofs ta` nhar tagħhom jesploraw il-campsite u jitgħallmu dwar it-tema tal-kamp. Huma nteressaw ruħhom jisemgħu l-istorja taż-żiemel ta` Trojja, u wara ma naqasx li jagħmlu kraft dwar dan l-istess żiemel. Wara ppruvaw il-ħiliet tagħhom fit-tafal fejn minflok vażuni Griegi spiċċaw jaqbżu fl-istess tafal.

Il-Ħadd bdejna b`quddiesa ċċelebrata taħt il-Marquee. Issa kien imiss lil Cubs sabiex jinżlu sal-kamp. Huma waslu kollha eċitati għat-tlett ijiem ta` esperjenza tagħhom. Attivitajiet bħall hikes,

krafts, night games u mud games, bħas-soltu dawn ma naqsux. Din il-ġurnata spiċċat b`attivita’ għall grupp kollu fejn sabiex jidħlu aktar fit-tema tal-kamp, iċ-ċinima niżlet ir-Ramla u flimkien raw il-cartoons Hercules.

Il-ġurnata tat-Tnejn ma naqsitx milli tkun ippakjata b`attivitajiet għal-cubs u t-truppa. Iżda l-highlight kien filgħaxija meta l-Marquee ingħata derha differenti u fih ġie organizzat festin bi stil Grieg. Ovjament kull membru kellu l-isfida sabiex jikreja l-kostum Grieg tiegħu mil-liżar li ġabu magħhom u kif ukoll mill-materjal provdut . Hawn nista’ nassigurakom illi l-krejattivita ma naqsitx!

Suċċess ieħor kien il-campfire u l-Fundraising BBQ li ġie mtella bil-għajnuna tal-kunsill tal-grupp tagħna. Il-Cubs u t-Truppa animaw is-serata b`kant u skits oriġinali li ħafna minnhom qasmu lil kull min kien hemm preżenti bid-daħk. Ma nistax ma nsemmix ukoll il-leader games fejn il-leaders inqasmu f`żewġ timijiet u

ikkompetew kontra xulxin f`diversi obstacle courses u mud games. Dawn kienu ta` l-akbar suċċess u nista’ nieqaf billi nikwota l-qawl Malti fejn jgħid li “darbtejn insiru tfal”. U hekk baqgħu għaddejjin l-attivitajiet sal-Gimgha 20 ta` Lulju fejn ma’ kull ġurnata li bdiet tgħaddi l-membri preżenti komplew jingħaqdu aktar bħala familja waħda.

Il-Kamp tas-Sajf 2012BSL Antoine Spiteri

Page 5: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 5 minn 16

“Iz-żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd,” u ma` din il-ħarġa nindunaw li reġgħu għaddew sitt xhur oħra; sitt xhur ta` ħidma, tagħlim, logħob u ħbiberija. Fil-fatt sebgħa mit-tfal għamlu pass ieħor f` ħajjithom bħala membri fil-Moviment Dinji tal-Iscouts u telgħu mal-Cubs. F`dawn is-sentejn li għamlu magħna nispera li tgħallmu xi ħaġa ġdida għal ħajjithom. Iżda fuq kollox, aħna l-leaders ċerti li huma għamlu l-aktar ħaġa importanti li setgħu jagħmlu; imxew mal-mottow li nħaddnu aħna, dak li “Nagħmlu Ħbieb”. Huwa tal-akbar sodisfazzjon għalina li narawhom mexjin ‘il quddiem sabiex ikunu ċ-ċittadini ta` għada. Nixtieq nieħu din l-opportunita` sabiex ngħid grazzi lill-ġenituri tagħhom tas-sapport u l-fiduċja li dejjem urew fina.

Bidu ġdid kien ukoll għal dawk l-erba` Beavers li ngħaqdu magħna ftit tax-xhur ilu. Hekk kif sellimna u awgurajna lil Moving On Beavers, aħna lqajna fostna lill-oħrajn ġodda għal din l-avventura ġdida ta` ħbiberija u enerġija. Ninsab sodisfatt ngħid li fi żmien hekk qasir, dawn irnexxielhom isiru parti mill-familja kbira tagħna, u lkoll flimkien qed naħdmu sabiex insiru nafu aktar lil xulxin f`ambjent differenti minn dak tal-iskola.

Ma nistax ma nsemmix il-bidu ġdid ta` tnejn mill-leaders Deborah Sultana (Keeo) u jiena, Antoine Spiteri (Rusty). Minbarra l-fatt li ftit tax-xhur ilu aħna ikwalifikajna bħala leaders, kien hemm ukoll xi tibdil fl-irwoli tagħna. Deborah kellha tħalli l-kariga tagħha bħala leader sabiex tkompli l-istudji tagħha ġewwa l-Ungerija, filwaqt li jien ħadt postha sabiex titkompla t-tmexxija f`din l-istess sezzjoni tal-Beavers. Wara erba` snin

fil-grupp, it-telfa ta` Deborah inħasset kemm mil-leaders u kif ukoll mit-tfal infushom li hija tant kienet iddedikat ħin għalihom. Iżda filwaqt li nistennew bil-ħerqa r-ritorn tagħha lura, dan ma jfissirx li kollox mitmum, iżda huwa biss bidu ġdid.

L-esperjenzi ġodda u laqgħat b`differenza ma naqsux. Sabiex iġibu d-Discovery Challenge Badge żorna diversi pajjiżi madwar id-dinja. Dan għamilnih permezz tal-passaport magħmul b`mod speċjali għall-Beavers. Fost il-pajjiżi li tgħallimna dwarhom kien hemm Franza, l-Eġittu u ċ-Ċina. Il-laqgħat ta` ħdejn il-baħar fis-sajf kienu fost l-aktar popolari. Fil-fatt ninsab żgur illi l-Beavers ser jgħożżu l-memorji tal-briju li għamlu bl-ilma u kif ma qagħdux lura milli jxarrbu lil-leaders infushom. Il-kamp tas-sajf huwa attivita` mistennija ta` kull sena minn kull membru fil-grupp. Ma jistax jonqos l-entużjażmu tal-Beavers sabiex iqattgħu nofs ta’ nhar b`differenza qalb is-sema ċara u r-ramel jaħraq tar-Ramla. Dakinhar marru lura fiż-żmien u esperjenzaw it-tema tal-kamp – “Greek Greatness”. B`hekk, saru familjari wkoll maż-żiemel ta` Trojja. Tgħallimna wkoll kif nistgħu nagħmlu strumenti mużikali u kif inħaddmu jdejna fil-kċina. Tistgħu taħsbu l-konfużjoni li kellna sabiex għamilna l-coconut balls. Il-fatt li dawn ittieklu kollha f` ħin tant qasir ma jħallili xejn aktar xi ngħid. Barra minn hekk, il-krafts originali u magħmula b`tant dedikazzjoni mill-Beavers infushom ma naqsu qatt.

Għalkemm ħafna drabi sena ġdida tfisser bidu ġdid, aħna l-Beaver Scout Colony ser inkomplu fejn ħallejna – jiġifieri ser inkomplu nitgħallmu u nieħdu gost flimkien sabiex ikollna dinja aħjar.

Il-Beaver Scout ColonyBSL Antoine Spiteri

Ilkoll ferħana bil kraft li għamlu

Il-Beavers waqt il-kamp tas-sajf 2012

Page 6: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 6 minn 16

Għaddiet sena oħra, sena fejn il-Pack kellu bosta avventuri sbieħ li żgur mhux se jintesew malajr! Waħda mill-isbaħ memorji li kellna f’dawn l-aħħar sitt xhur hi bla dubju dik tas-Summer Camp. Dan il-kamp kien organizzat mil-leaders Deborah Sultana u Antoine Spiteri għall-kors tal-Woodbagde tagħhom. It-tema ta’ dan il-kamp kienet il-mitoloġija Griega fejn flimkien mal-cubs morna hikes, għamilna crafts bit-tajn, ikkreajna kostumi, kif ukoll żfinna mal-mużika waqt party esklussiv li sar għalina mill-Allat Zeus u Athena, fost ħafna attivitajiet oħra. Tant ħadna gost, li fi tmiem il-kamp ma ridniex immorru lura għar-rutina ta’ kuljum.

Matul is-sajf il-Pack ma naqasx milli jkompli bil-laqgħat regolari tiegħu. Għat-tlett xhur tas-sajf organizzajna ‘beach meetings’ fejn il-cubs iltaqgħu mal-beavers ġewwa l-bajja tar-Ramla biex flimkien inqattgħu l-ħin tagħna nilagħbu, nibnu kastelli kbar, ngħumu u mhux b’inqas inxarrbu lil-leaders. Fi tmiem Awissu, wara l-‘beach meeting’ stedinna lill-ġenituri tat-tfal biex jingħaqdu magħna għall-BBQ fejn għaddejna ħin sabiħ kollha ma’ xulxin ħdejn il-baħar.

Barra minn hekk kien ikollna s-‘Six Saturdays’ fejn kull nhar ta’ Sibt kien jattendi Six differenti għall-‘meeting’ fejn flimkien mal-cubs konna ngħaddu ‘scouting skills’, insajru u nilagħbu ma’ xulxin.

Attivita’ oħra li mhux se ninsew hija dik tal-isleepover! Din saret fl-Azzjoni Kattolika u għaliha attenda numru sabiħ ta’ cubs. L-isleepover saret

biex dawk il-cubs li kienu għadhom ġodda fil-pack u dawk li qatt ma attendew kamp iduqu ftit mill-esperjenza li jorqdu barra mid-dar u b’hekk ma jiddejqux jingħaqdu mal-kumplament ta’ sħabhom f’kampijiet futuri.

Apparti minn hekk, din l-attivita’ saret ukoll biex ħafna mill-cubs jaħdmu fi gruppi żgħar biex iġibu l-‘Cook’s badge’ fejn minn ġimgħa qabel, preparaw il-menu’ ta’ l-ikel, ftehmu bejniethom min se jixtri l-ingredjenti u min se jġib l-għodda tat-tisjir. Barra minn hekk kellhom ukoll, jipreparaw l-mejda ta’ l-ikel u bl-għajnuna tal-leaders isajru l-ikel li ppjanaw. Matul l-lejl rajna l-film ‘The Lorax’, film li minnu kollha kemm aħna ħadna xi tagħlima jew oħra u filgħodu qomna nagħmlu ftit Yoga ma’ Akela.

Matul dawn l-aħħar sitt xhur kellna ukoll ‘night hike’ li beda minn fejn Ta’ Frenċ, għaddejna mill-Wied ta’ Marsalforn u lura lejn il-Pjazza tax-Xagħra fejn temmejna l-mixja. Barra minn hekk żewġ sixes kellhom iċ-ċans li jattendu għall-‘joint activities’ li saru Malta għall-korsijiet tat-training tal-leaders Akela u Shada. Ma’ Akela, il-cubs tagħna ltaqgħu mal-Pack ta’ l-Imtarfa Scout Group u marru sal-Buskett fejn kellhom ħafna logħob u sfidi nteressanti. U l-attivita’ ta’ Shada saret ma’ cubs mill-Pack tal-Mosta Scout Group, fejn kellhom mawra nformattiva sa’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Kemm it-tfal kif ukoll il-leaders kienu kuntenti wara dawn iż-żewġ attivitajiet.

Għal-aħħar ta’ din is-sena, morna sa’ Ta’ Mena, fejn is-Sur Joe Spiteri kellu l-pjaċir li jdawwarna ma’ l-għelieqi tal-madwar, ikellimna u jgħallimna dwar xi frott, siġar u pjanti. Kellna l-opportunita’ li nitimgħu l-ħobż lill-papri, u forsi għal xi uħud rajna t-tiġieġa Maltija mdawra bil-

Il-Cub Scout Packa/ ACSL Loraine Rapa

Fi triqtna biex niltaqgħu ma’

Medusa.Summer Camp 2012

Dolly ħadet gost titfissed mill-cubs

Page 7: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 7 minn 16

Komplejna s-sena 2012 billi komplejna naħdmu fuq is-sistema tal-Patrols. Waqt li konna qegħdin naħdmu fuq hekk, it-truppa attendiet għal ħafna attivitajiet kemm organizzati mill-grupp, mid-distrett kif ukoll attivitajiet nazzjonali.

Fix-xahar t’Awwissu, t-Truppa kellha ħafna attivitajiet. Fil-bidu tax-xahar kellna Fishing Activity. Iltqajna x-Xlendi fejn il-Patrols ikkompetu kontra xulxin, min jaqbad l-iktar ħut. F’Awwissu ukoll, l-a/ASL Josmar Azzopardi organizza l-kamp bit-tema ta’ Cave-Men flimkien mat-Truppa tal-Imtarfa Malta ġewwa il-bajja tar-Ramla bħala parti mil-Basic Leadership Course tiegħu.

Bħal kull sena, it-Truppa flimkien mal-grupp kollu, attendejna fil-parata tas-7 ta’

Settembru ġewwa l-pjazza tax-Xagħra. Waqt din l-attivita’, ix-Xagħra tfakkar ir-reħba tal-kavallieri kontra it-Torok. Wara din l-attivita’ waqafna mill-meetings u erġajna bdejna f’Ottubru. Waqt dawn il-meetings, il-Patrols ħadmu u għadhom jaħdmu fuq is-Survival Path u fuq il-Pioneer Path. Bħala parti mis-Survival Path tac-Cheetah Patrol, din il-patrol organizzat hike madwar Għawdex fejn tlajna l-għolja tas-Salvatur u l-Fanal tal-Ġordan filwaqt li nżilna Wied il-Għasri. Waqt dan il-hike t-Truppa ħadet ħafna gost u kien hemm sens kbir ta’ avventura.

F’Novembru ħames scouts attendew l-attivita’ nazzjonali The Falcon fejn waqt din l-attivita’ kien hemm bosta checkpoints bl-iscouting skills. L-iscouts ġew maqsumin f’patrols min kull grupp li attenda. Żewġ scouts mit-Truppa tagħna ġew l-ewwel u it-tieni post. Min-naħa tal-leaders nifirħulhom.

It-Truppaa/ ASL Kimberley Borg Marks

flieles tagħha għall-ewwel darba. Imma żgur li ħadd mhu se jinsa lil Ġorġ il-kelb u Dolly il-mogħża ta’ tlett xhur!

Apparti dan kollu, il-pack ħa sehem fil-Guard of Honour li l-grupp għamel lis-saċerdot il-ġdid Fr. Mark Bonello u fiċ-ċerimonja tas-7 ta’ Settembru li saru fil-pjazza tax-Xagħra, kif ukoll fil-festa tan-Nazzarenu. Uħud mill-cubs ħadu sehem ukoll fil-Joti, fejn tkellmu ma’ cubs tamparhom minn madwar id-dinja kollha. Il-programm tal-cubs ma jinvolvix dawn l-attivitijiet biss, imma ukoll Arrow Work, fejn il-cubs dejjem jitgħallmu affarijiet differenti u ġodda.

F’Diċembru li għadda kellna l-Going Up fejn wieħed mill-cubs oriġinali tal-grupp tagħna, Neil Curmi ngħaqad mat-truppa. Fl-istess

ċerimonja ngħaqdu mal-Pack seba’ cubs ġodda li telgħu mis-sezzjoni tal-beavers. Dawn huma, Alison Attard, Maria Attard, Scott Attard, Hayley Borg, Craig Carl Debono, Louanne Cini, u Hayden Teuma. Lil Neil nawgurawlu avventuri sbieħ mat-truppa fejn żgur se jieħu gost u jkompli jikber f’adoloxxent eżemplari, u lill-cubs il-ġodda nixtiqulhom erba’ snin mill-isbaħ magħna fejn żgur se nikbru u nieħdu gost ma’ xulxin!

Cubs @ JOTI 2012

Page 8: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 8 minn 16

AchievementsBeaver Colony

Discovery Challenge Attard Noah , Cardona Nigel , Muscat Ryan , Said Antoni, Said Lucia, Tabone Mariah, Xiberras Jerome.

Outdoor Challenge Attard Alison, Attard Maria, Attard Scott, Borg Hayley, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Tewma Hayden, Tabone Mariah.

Personal ChallengeAttard Alison, Attard Maria, Attard Noah, Attard Scott, Borg Hayley, Cardona Nigel, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Muscat Ryan, Tabone Mariah, Tewma Hayden.

Beaver Scout AwardAttard Alison, Attard Maria, Attard Noah, Attard Scott, Borg Hayley, Cardona Nigel, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Muscat Ryan, Tabone Maraih, Tewma Hayden

Eager Beaver Award 1

Attard Alison, Attard Maria, Attard Noah, Attard Scott, Borg Hayley, Cardona Nigel, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Grech Mareno, Muscat Ryan, Said Antoni, Said Lucia, Tabone Mariah, Tewma Hayden, Xiberras Jerome, Xuereb Luke

Eager Beaver Award 2Attard Alison, Attard Maria, Attard Noah, Attard Scott, Borg Hayley, Cardona Nigel, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Muscat Ryan, Tabone Mariah, Tewma Hayden.

Link Badge Attard Alison, Attard Maria, Attard Scott, Borg Hayley, Cini Louanne, Debono Craig Carl, Tewma Hayden.

Cub Scout PackProgramme BadgesTender Paw Borg MalcolmMowgli Xiberras Etienne

Baloo Attard Daniel, Formosa Jonathan, Farrugia Maria, Pisani Christiana, Portelli Lukas, Saliba Andrei, Zammit Katriel

Bagheera Muscat MichelaBronze Arrow Attard Rosie, Galea Luca, Muscat MichelaKaa Cutajar Carlos, Farrugia Jacob KyleRaksha Attard Rosie, Galea Luca, Muscat MichelaRama Curmi NeilShere Khan Attard AntoineLink Badge Curmi Neil

minn Jannar sa’ Diċembru 2012

Page 9: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 9 minn 16

Gone HomeIl-GSL flimkien mal-membri kollha tax-Xagħra Scout Group jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-iscouters u il-familjarji ta’:

Ian Dale Wilkinson , it-tifel tal-iScouter Tracy Wilkinson

Judith Formosa , omm l-iScouter Mark Formosa

Rosaria Spiteri, in-nanna tal-GSL Loraine Borg

li ħallew din id-dinja f’dan il-wied tad-dmugħ f’dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena.

Ġrazzi talli għintna nagħmlu waħda mill-ħolmiet tagħna issir realta’!Tel: 2155 2219

Mob: 7955 [email protected]

Group Awards - 2012

Best Beaver Scout Ryan Muscat

Best Cub Scout Matthew Xuereb

Best Scout Christopher Galea

Interest and Proficiency BadgesCraftsman Muscat MichelaFirst Aid Portelli LukasOur Earth Attard Daniel

Pet Care Borg Malcolm, Farrugia Maria, Pisani Christiana, Portelli Lukas, Zammit Katriel

Computer Attard Daniel, Borg MalcolmAltar Boy Galea LucaAstronomer Galea LucaCyclist Pisani Christiana, Saliba AndreiHome Help Muscat Michela, Pisani ChristianaCook Muscat Michela

Scout Troop

Tenderfoot Borg Jake, Cassar Andre, Cutajar Theodore, Formosa Nathan,Muscat Stefan, Rapa Joseph, Refalo Daniel

Il-patrols komplew jaħdmu fuq il-Cooking in the Wild, Surviving the Wild u Pioneer Path biex b’hekk daqt jakkwistaw il-Pathfinder Level.

Page 10: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 10 minn 16

Mill-art tal-Kilts...Rokna Internazzjonali

Scouter Josmar Azzopardi

Qed nikteb dawn iż-żewġ kelmiet minn ġewwa kamarti fil-belt ta’ Glasgow fl-Iskozja, iżda sakemm tkunu qed taqrawhom nkun kważi gejt lura lejn gziritna. Issa ilni minn nofs Settembru hawnhekk nkompli nistudja l-inġinerija industrijali ġewwa l-Universita’ ta’ Strathclyde taħt l-iskema ERASMUS. L-ERASMUS hi skema fejn studenti jqattgħu semester jistudjaw f’universitajiet ewropej minflok dik ta’ darhom.

Peress li preżentament ngħix fiċ-ċentru ta’ Glasgow fejn ma joqogħdux familji, kull Scout Group kien ferrovija il-bogħod. Fuq suġġeriment tad-District Commissioner Lorrie Saliba iddeċidejt li nissieħeb ma’ 28th Glasgow (Giffnock) Scout Group. Meta Lorrie Saliba kien għadu żgħażugħ kien għamel ħbieb sewwa ma’ scout skoċċiż Gordon Ross. Iżjed tard Gordon laħaq l-GSL ta’ dan il-grupp u bħalissa dan l-grupp qed jitmexxa mit-tifel tiegħu Neil Ross.

It-truppa ta’ dan il-grupp hi iffurmata minn sittin scout u hi waħda fost l-ikbar fl-iSkozja. Il-Ħarifa u Xitwa Skoċċiżi huma kemm xejn kefrin, għalhekk kelli ċans nattendi biss indoor meetings fis-sħana tal-heaters. Xorta waħda kont immur bi ħġari ta’ kull nhar Ħamis biex nitlaq fi triqti lejn l-Scout Hall li ilha wieqfa mil-1936. F’dawn it-tlett xhur drajt nagħmel il-fall-in mdawwar bi scouts bil-kilts. Il-kilt hi id-dublett li tradizjonalment l-irġiel

skoċċiżi jilbsu kif tistgħu taraw fir-ritratti. Fi tlett xhur kelli diversi esperjenzi sbieħ iżda fosthom nixtieq nsemmi is-St Andrew’s Night u l-Banquet. St Andrew’s Night hija lejla f’ġieħ il-patrun ta’ l-iskozja fejn fit-Truppa kien organiżżat kompetizzjoni ta’ l-ikel skoċċiż. Grazzi t’hekk doqt għal-ewwel darba il-haggis: taħlita ta’ qalb, fwied, pulmun, basal u otameal mgħollija ġo stonku ta’ nagħġa. Ma tinstemax tajba, iżda nassigurakom li t-togħma hi tassew bnina! Il-Banquet kienet l-ikla tal-Milied għat-Truppa stess fejn l-iscouts kollha organizzaw ikla verament tajba mimlija diskorsi u cabaret ta’ ħiliet bħal drums, trums, etc. Fiha onorajna l-passat tat-truppa, xrobna tazza juice għall-preżent u awgurajna għall-futur tagħha.

Din kienet l-ewwel darba minn meta waqqafna l-XSG li ħallejtkom għal daqs tant żmien. Ma kinitx deċiżjoni ħafifa, iżda kont ċert u issa nikkonferma li kbirt personalment iżda issa wkoll għandi ideat oħra ta kif jaħdem l-iscouting . Kienet deċiżjoni għaqlija u li żgur mhu se jidispjaċini qatt li ħadta! Issa meta niġi lura, għandi ħafna x’nurikom u x’nipruvaw lkoll ma’ xulxin. Narakom fil-H.Q. ġdid tagħna!

Haggis, Patata u s-softdrink skoċċiz

Irn-Bru!

Page 11: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 11 minn 16

Bħalma xi wħud jafu, bħalissa jien ninsab ġewwa Londra biex inkompli l-istudji tiegħi. Ma kinitx deċiżjoni faċli, pero’ sibt hafna appoġġ mingħand il-familja kif ukoll mill-leaders l-oħra li ħeġġewni biex inkompli naħdem biex dak li dejjem xtaqt jirnexxi.

L-istudji tiegħi ġewwa l-universita’ ta’ Birkbeck University of London jinvolvi mhux biss studju fuq t-teknoloġija imma ukoll studju fuq l-entrapriża u kif dawn iż-żewġ oqsma jistgħu jiġu amalgamati flimkien. Fir-residenza li qed noqgħod fiha hemm sens qawwi ta’ komunita’ u tħossok qisek sibt familja oħra. Jiġu organizzati diversi attivitajiet, fosthom ħarġiet għall-postijiet storiċi, diversi laqgħat u anki parties ma jonqsux. Apparti li sseħibt

ma’ xi wħud minn dawn l-għaqdiet, ma setax jonqos li niprova nsib scout group viċin. Meta wasalt bdejt infittex mill-ewwel u wara ġimgħa rċivejt risposta li nista’ ningħaqad mal-8th Holborn Scout Group li jiltaqa’ ġewwa Coram’s Field, post li jinsab viċin ħafna tar-residenza.

Kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija nkun qed nistenna bil-ħerqa li jsir il-ħin biex immur għal-laqgħa. Qegħda nservi bħala assistant section leader mas-sezzjoni tal-cubs fejn bħalissa hemm madwar 30 cub. Apparti l-laqgħat, jiġu

o r g a n i z z a t i d i v e r s i o u t i n g s . A t t e n d e j t għal Lord Mayor’s Show li hi attivita’ annwali fejn ikun hemm defile’ ta’ karrijiet u karozzini kif ukoll suldati jimmarċjaw u baned idoqqu. Dakinhar żorna ukoll St Paul’s Cathedral li hu wieħed mill-aktar katidrali famużi ġo Londra u rnexxielna nitilgħu 528 tarġa biex naraw il-veduta mill-kampnar.

Mit-tokki tal-Big Ben...Rokna Internazzjonali

Scouter Sabrina Portelli

Page 12: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 12 minn 16

Fost it-Tulipani...Rokna Internazzjonali

Scouter Daniela Sultana

Iż-żmien itir bla ma jistenna lil ħadd. Qisu ilbieraħ li kont bilqegħda fl-art fil-grawnd tal-HQ tagħna ngħid lil cubs li Raksha se jkollha titlaq għal ftit snin. Għat-tfal, iż-żmien għandu definizzjoni differenti. Il-mistoqsijiet ta’ fejn se tmur u kemm se ddum ma waqfux. Tlett snin, għidtilhom jien, imbagħad nerġa’ niġi. Ir-risposta ma nftehmitx pero’ u l-mistoqsija nbidlet. ‘Kemm se jkollna ‘years’ meta tiġi lura?’ ‘Eleven’, għidtilhom jien, ‘tilħqu titilgħu Scouts!’.

F’Jannar li għadda ġejt infurmata li minn Frar kelli nibda nservi ġewwa l-Ambaxxata ta’ Malta fl-Olanda. Dawk il ftit ġimgħat kienu impenjattivi ħafna. Mingħajr dubju, l-aktar diffiċli kienet li nħalli l-familja, lil sħabi u lil Għawdex li tant inħobb. U min kellu jgħidli li kull nhar ta’ Sibt kont se nibqa’ nqum kmieni għax moħħi jaħseb li għandi l-Cubs? L-iScouts tant hu parti mportanti minn ħajti li sibt lili nnifsi xorta naqra kull e-mail li jintbagħat. U issa qed nara li m’għadhomx biss il-parents li jirrispondu l-emails; il-cubs qed jikbru!

L-iscouts, li darba kienu l-cubs tal-grupp qed jippjanaw il-meetings huma!

Fl-erba’ snin li kont attiva fil-grupp, tgħallimt ħafna. Tgħallimt inkun preparata, li naħseb għal quddiem u nippjana, u (ommi tgħid) sirt aktar responsabbli. Dan kollu kien t’ għajnuna għal dawk l-ewwel ftit xhur fejn trid tidra tkun independenti, fejn kull ġurnata ġġib magħha esperjenzi ġodda.

M’għadnix inqum kmieni nhar ta’ Sibt. Il-Pack meeting issa beda jsir nhar ta’ Tnejn, l-iscarf saret ħadra u vjola, il-cubs ġejjin minn kull kantuniera tad-dinja, u l-uniformi ħadet xejra differenti. Żgur mhux se nħoss sħana f’xi kamp tas-Sajf, għax-Xitwa jaqbilli naħseb għal hot water bottle! Is-salute bdejt nagħmilha hi u tielgħa l-bandiera Ingliża, pero’ f’qalbi għandi dik Maltija, ‘I swear allegiance to the Queen’ saret parti mill-wegħda, u ‘werqa’, dik il-logħba tant famuża mal-cubs tagħna, qed tintlagħab ġewwa l-Olanda! Bħalissa ninsab leader mal-1st The Hague Scout Group, pero’ fi ftit snin, l-badge li għandi fuq il-komma tal-uniformi terġa taqra Xagħra Scout Group!

Fis-Sajf inżilt ġimgħa Għawdex. Rajt il-cubs kollha puliti bl-uniformi għal-Guard of Honour tal-qassis il-ġdid Dun Mark Bonello. Cub minnhom saqsini, ‘Mela ġa għaddew it-tlett snin?’ Le, imma jgħaddu!

Page 13: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 13 minn 16

I first got involved with Scouting, very briefly, at the age of ten. I was in love with the uniform; the big hat and the neckerchief and the idea of camping in the countryside; singing round the camp fire and all that. So when I heard that there was a Scout troop at a church about half an hour`s walk away I couldn`t get there quick enough. I went for two meetings. Then my mother panicked about that half hour walk. Hull had been very badly blitzed in 1941 and 1942 and this was 1943. She was terrified that I might fall victim to some stray Luftwaffe pilot somewhere along the way and so, much to my disgust, she put her foot down and forbade my further scouting. It was not until 1946 and peace and me 13, that a Scout troop was started at our local church; the 2nd./14th. Hull Scout Troop. We were the 2nd./14th.because the prewar 14th. had been disbanded in 1939. `Skip` had spent the war as a POW in Poland. The Scoutmaster of the 14th. was the curate of the church. Our neckerchief was Cambridge blue in memory of the fact that he had been to Cambridge. He had spent the war in Changi Jail as a prisoner of the Japanese. He preached against the Japanese every Sunday. I`m ashamed to say I can`t remember his name.

Anyway we had a whale of a time in the 2nd/14th. We played British Bulldog and similar games every week. We learnt our knots and so on. We mounted a band with half a dozen bugles and drums and we paraded once a month. I remember that I banged the big drum. They used to have an Empire Youth Sunday in those days and we paraded with the rest of the Scout troops and Girl Guides and Boys Brigade groups though the city centre. And, of course, we camped!

We camped in a field at Bishop Burton, only a bike ride from Hull, where we built wooden bridges and had night hikes and we went by lorry every year for our annual camp at Dane`s Dyke near Whitby in the North York National Park. I shall always remember North York Moors, a mass of purple heather and I shall always remember the aroma of that heather. They called it Dane`s Dyke because the Danes tried to dig a ditch to isolate the end of a small peninsular to make a camp. They simply dug a rather deep dyke. The annual camp was memorable one year when we found ourselves camping in the next field to the Girl Guides. The Girl Guides had much better camping equipment than us and were much better organised, but we had them over for a campfire sing song. Ging gang gooly and so on.

That`s the main difference between now and then. Now you don`t have Girl Guides, you just have Girl Scouts. It would have been unthinkable for boys and girls to go camping together in the 1940`s. But the essentials of Scouting remain the same: self reliance, readiness to help others and patriotism. They still remain at the heart of Scouting. And long may it be so. Merry Christmas and a successful New Year`s Scouting.

Scouting: Now and ThenMr. Charles Coyne

Mr. and Mrs. Charles and Joyce Coyne are British residents living in our village. Since the re-activation of our group they have been keen supporters of Xaghra Scout Group through their words of encouragement, attendance of all fundraising activities and financial contributions. Thanks a lot!

North York Moors National Park

Page 14: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 14 minn 16

Fl-10 ta’ Mejju 1936 saret l-inawgurazzjoni tas-Silver Jubilee Ground,(illum Gozo Stadium),mill-Gvernatur ta’ Malta, Lieutenant Sir Charles Bonham Carter u s-Sinjura tiegħu,u ġie mbierek mill-Eċċ. Tiegħu Mons.Mikiel Gonzi, Isqof ta’ Għawdex. Hekk kif Sir Charles Bonham Carter u s-sinjura tiegħu waslu fl-Imġarr fuq il-vapur ‘Melita’(fl-ewwel mawra taħhhom f’Għawdex),sabu jilqgħuhom studenti tfajliet, lebsin ilbies blu u anke tfal żgħar,kollha lebsin l-abjad.

Malli niżlu l-art,il-Banda ta’ Għajnsielem Sea Scouts flimkien mal-Banda tax-Xagħra Boy Scouts, laqgħuh bl-Innu Nazzjonali. Il-Gvernatur Bonham kien milqugħ mill-Kummissarju għal Għawdex, is-sur Borg Cardona, is-Supretendent tal-Pulizija, u Father Hersey O.F.M.li kien għadu kif inħatar bħala “Resident District Commissioner of the Boy Scouts, in Gozo”. Il-Gvernatur flimkien mal-Kurunell P.R. Worrall, l-Kummissarju tal-Scouts li kien qed jirtira,spezzjonaw il-Baned, u l-parata tal-iScouts,u anke waqaf ikellimhom.

Wara li ltaqa’ ma’ l-għola Dinjitarji tal-Gżira, fosthom l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mikiel Gonzi,Isqof ta’ Għawdex,il-Gvernatur Bonham Carter wasal fuq il-post biex jinawgura il-Ground il-ġdid. Hemm sab jilqgħuh lill-iScouts bl-Innu Nazzjonali, u tawh merħba mimlija entużjażmu kbir. Ta’ min igħid li dik is-sena (1936) kienu twaqqfu t-teams tal-football tax-Xagħra Scouts u ta’ Victoria Scouts, li mbagħad ħadu sehem fl-ewwel Kampjonat organizzat mill-Gozo Football Association li kienet għadha kemm ġiet iffurmata.

Wara li saret l-ispezzjoni tal-iScouts,il-Kurunell Worrall għamel diskors twil dwar il-progress tal-Moviment tal-iScouts ġewwa Għawdex, fejn faħħar ħafna lix-

Xagħra Boy Scouts. Dawn li ġejjin huma siltiet mid-diskors tiegħu f’dik l-okkażżjoni memorabbli, dikors li jitkellem waħdu.

Cononel Worrel qal:

“Your Excellency, Lady Bonham Carter Ladies and Gentlemen.

“I have the honour as the departing Commissioner of the Boy Scouts of Malta and Gozo to extend to Your Excellency , our Chief Scout, and to Lady Bonham Carter, on behalf of the Boy Scouts of Gozo, the warmest welcome to this little Island,-- Glorious Gozo.

‘This morning, I hope I may be allowed to give to your Excellency ,a short account of scouting in Gozo, and I think, Sir , you will agree that the achievements of Gozo with the Scouts and Territorials during the last year and a half are most remarkable, seeing that she can today boast of 120 Territorials and 450 Scouts.

In 1932---’four’ years ago--- there were no Scouts or Territorials in Gozo, and it was in 1933 that the first group of Boy Scouts was formed at Xagħra due to the good work of Mr. Camilleri -- the Head Teacher and these two brothers --the Rev. Canons Attard (Fr. Lowis and Fr. Victor), with Mr. Sultana as Group Scout Master.

In May 1934,our Association expressed a wish that we should endeavour to do our best to record 1000 Jubilee Scouts in Malta and Gozo by May 6th 1935 and further that the strength of the Association should be brought up to 3000 as a token of loyalty of these Islands in commemoration

L-iStorja tax-XSG...

Carmel AttardL-iScouts u l-ftuħ tas-Silver Jubilee Ground

Page 15: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Il-5 Edizzjoni - Jannar 2013

Paġna 15 minn 16

of the 25th Anniversary of the reign of our late beloved King.--His Majesty King George V.

When we started our appeal in May 1934 for 1000 Silver Jubilee Scouts, there were not 50 scouts in Gozo, but by May 1935 there were nearly 450, with Groups of Scouts at Xagħra, Għ’sielem, Victoria, Nadur, Xewkija and Għarb.

‘ One point I would particularly stress over Gozo’s loyal response is that the sacrifices made by the parents,--mostly by poor ones---of Boy Scouts in Malta and Gozo, was truly splendid. When it is realised that it costs 14/3 to clothe a scout and 6/9 a cub, and the proportion of the former was far greater than the latter, it will be found that the parents, assisted by the Committee and other loyal sons of Gozo, contributed nearly 250 pounds, to mark their loyalty and devotion to the Throne on the occasion of the Silver Jubilee of King George V.

All this was due, first and foremost to the personal interest in and inspiration from our late Governor and Chief Scout Sir David Campbell.

We have ,your Excellency, also to thank His Lordship, The Bishop of Gozo, for his lead and encouragement, and perhaps I may be allowed to again repeat what I said at Malta --- The Church and State working in unison are the pillars of the Boy Scout Movement, teaching Loyalty to God, King and Country.

‘The lead then given by Sir David and supported by Bishop Gonzi, was at once followed by all the people of Gozo -- the Priests, the leading inhabitants and the education authorities and Scout Committees, Scouters and Scouts all working to one end --- Character Training .

I would wish today to pay tribute to the late Commissioner for Gozo--Mr. Farrugia--his last

words to me were ,”you can always count on me as an ardent supporter of the Territorials and Boy Scouts”. He did much for us, but I feel sure that Mr. Borg Cardona will emulate him and carry on his good work.

‘Scouting, I am convinced will now go right ahead under the leadership of Father Hersey, as Resident District Commissioner of the Boy Scouts in Gozo, while we would thank him for all he has done and is doing.

And now, Your Excellency ,our Chief Scout, may I be permitted to say a few words of farewell.

‘ I feel, Sir, and the Association feels that their interests are your interests, and in Commander Price, my successor, I have complete confidence. I have only helped to lay the foundations , but I trust they are well and truly laid.

All you Scouts, and all those who have so whole heartedly helped me, I cannot adequately thank--it is impossible.

Lastly ,on behalf of my wife-- who throughout my 8 years in Malta has ever been my help and inspiration---I would thank all you Scouts for the truly beautiful Dgħajsa and lace centre piece, which you have so kindly given us. When we are told how many members of Committee and boys subscribed, we are indeed touched, and can only assure you that these will ever remind us of happy days amongst you all, and we would both thank you all very much indeed

Au revoir and keep the Scout flag flying”

The Gozo Scouts gave a splendid and spectacular display of Scouting, outstanding examples being erecting a flag mast with appropriate patriotic massage on completion, and life saving demonstrations.

Page 16: L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)