1
Il-pirati tas-Somalja ? Aqra u aħseb... Il-poplu Malti għandu ġrajja li kemm-il darba kienet marbuta mal- piraterija. Il-furbani ħabtu għal Malta diversi drabi. Il-Kavallieri ta’ Malta, mill-banda l- oħra, wettqu diversi atti ta’ piraterija fil- Is-Somalja huwa pajjiż fqir għall-aħħar u mkisser bil-gwerer u b’inkwiet ċivili intern. Għandu kosta kbira ħafna u allura hemm ukoll komunità li tgħix mis-sajd b’mezzi tradizzjonali, iżda li għall-anqas jaqilgħu F’dawn l-aħħar snin, fl-ibħra Somali bdiet tidħol il-piraterija tas-sajd biex jisirqu il-ħut (Pirate Fishing). Din il- piraterija tant kibret li f’dawn l-aħħar snin qed ikun hemm kontinwament madwar seba’ mitt (700) bastiment pirata jisirqu l-ħut. Dawn jinkludu trawlers u ‘factory ships’ minn pajjiżi Ewropej u miċ-Ċina. Il-qabdiet tagħhom huma qabdiet kbar. Fl-istess waqt, biex is-sajjieda Somali tkompli tiġihom ħażin, nibtet ukoll il-piraterija tar-rimi tal-iskart tossiku u nukleari. Diversi kumpaniji kbar qed ikollhom problemi kif jeħilsu minn skart tossiku u nukleari, allura bdew jibgħatu pirati jarmu dan l-iskart fl-ibħra tas-Somalja (Pirate Dumping). Ovvjament dan qed jagħmel ħsara kbira lill-ambjent u lill-għajxien tas-sajjieda fis-Somalja. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sajjieda Somali, diġà foqra, raw li l-għajxien tal-komunità tagħhom se jispiċċa. Għandhom il- familiji. Għandhom it-tfal x’jitimgħu. Jafu li l-gvern tagħhom ma jista’ jagħmel xejn biex jiddefendihom. Huma, allura, organizzaw ruħhom f’patrols mal-kosta biex iwaqqfu lill-pirati u jkeċċuhom ’il barra. Iżda l-pirati għandhom bastimenti kbar u b’saħħithom aktar mill-mezzi żgħar tas-sajjieda Somali. Wara dawn l-inċidenti, is-sajjieda sabu ruħhom f’sitwazzjoni ddisprata. Raw li triq waħda għandhom. Dik li jorganizzaw ruħhom fi gwerillieri u jaħbtu huma għal bastimenti merkantili li jbaħħru fl-ibħra tagħhom. Dan biex jilħqu żewġ oġġettivi. Biex ikollhom il-mezzi finanzjarji biex jgħixu lill-komunità u lit-tfal tagħhom u biex juru lill-pajjiż Is-sajjieda tas-Somalja li qed jaħtfu l-vapuri spiss qed jigu mpinġija bħala n-nies il-ħżiena... M’ilux fil-gazzetti Maltin kien hemm l-aħbar ‘Virtù Ferries new catamaran out-runs pirates’. Dawn il-‘pirates’ huma s-sajjieda tas-Somalja, li sa ċertu punt qed jaħdmu ta’ Robin Hoods!! TASK: Pinġi poster jew ikteb artiklu żgħir għall-gazzetta biex turi kif il-pajjiżi SINJURI

Il-Pirati Somali Worksheet

Embed Size (px)

DESCRIPTION

reconsidering somali pirates

Citation preview

Page 1: Il-Pirati Somali Worksheet

Il-pirati tas-Somalja ? Aqra u aħseb...

Il-poplu Malti għandu ġrajja li kemm-il darba kienet marbuta mal-piraterija. Il-furbani ħabtu għal Malta diversi drabi. Il-Kavallieri ta’ Malta, mill-banda l-oħra, wettqu diversi atti ta’ piraterija fil-Mediterran.

Is-Somalja huwa pajjiż fqir għall-aħħar u mkisser bil-gwerer u b’inkwiet ċivili intern. Għandu kosta kbira ħafna u allura hemm ukoll komunità li tgħix mis-sajd b’mezzi tradizzjonali, iżda li għall-anqas jaqilgħu x’jieklu.

F’dawn l-aħħar snin, fl-ibħra Somali bdiet tidħol il-piraterija tas-sajd biex jisirqu il-ħut (Pirate Fishing). Din il-piraterija tant kibret li f’dawn l-aħħar snin qed ikun hemm kontinwament madwar seba’ mitt (700) bastiment pirata jisirqu l-ħut. Dawn jinkludu trawlers u ‘factory ships’ minn pajjiżi Ewropej u miċ-Ċina. Il-qabdiet tagħhom huma qabdiet kbar.

Fl-istess waqt, biex is-sajjieda Somali tkompli tiġihom ħażin, nibtet ukoll il-piraterija tar-rimi tal-iskart tossiku u nukleari. Diversi kumpaniji kbar qed ikollhom problemi kif jeħilsu minn skart tossiku u nukleari, allura bdew jibgħatu pirati jarmu dan l-iskart fl-ibħra tas-Somalja (Pirate Dumping). Ovvjament dan qed jagħmel ħsara kbira lill-ambjent u lill-għajxien tas-sajjieda fis-Somalja.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sajjieda Somali, diġà foqra, raw li l-għajxien tal-komunità tagħhom se jispiċċa. Għandhom il-familiji. Għandhom it-tfal x’jitimgħu. Jafu li l-gvern tagħhom ma jista’ jagħmel xejn biex jiddefendihom. Huma, allura, organizzaw ruħhom f’patrols mal-kosta biex iwaqqfu lill-pirati u jkeċċuhom ’il barra. Iżda l-pirati għandhom bastimenti kbar u b’saħħithom aktar mill-mezzi żgħar tas-sajjieda Somali.

Wara dawn l-inċidenti, is-sajjieda sabu ruħhom f’sitwazzjoni ddisprata. Raw li triq waħda għandhom. Dik li jorganizzaw ruħhom fi gwerillieri u jaħbtu huma għal bastimenti merkantili li jbaħħru fl-ibħra tagħhom. Dan biex jilħqu żewġ oġġettivi. Biex ikollhom il-mezzi finanzjarji biex jgħixu lill-komunità u lit-tfal tagħhom u biex juru lill-pajjiż minfejn ġejjijn il-pirati tas-sajd u tar-rimi tal-iskart tossiku, li kif jgħid il-Malti “Iz-zalza se tiġihom ogħla mill-ħut”. (Mill-artiklu Il-Forzi Armati ta’ Malta pirati tan-NATO, ta’ Sammy Meilaq)

Is-sajjieda tas-Somalja li qed jaħtfu l-vapuri spiss qed jigu mpinġija bħala n-nies il-ħżiena... M’ilux fil-gazzetti Maltin kien hemm l-aħbar ‘Virtù Ferries new catamaran out-runs pirates’. Dawn il-‘pirates’ huma s-sajjieda tas-Somalja, li sa ċertu punt qed jaħdmu ta’ Robin Hoods!!

TASK: Pinġi poster jew ikteb artiklu żgħir għall-gazzetta biex turi kif il-pajjiżi SINJURI qed jabbużaw mill-pajjiżi l-FQAR bħalma qed jiġri f’dan il-każ u allura dawn jagħmlu atti ta’ piraterija...