15

Ġejja x-Xita

  • Upload
    vuminh

  • View
    232

  • Download
    3

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ġejja x-Xita
Page 2: Ġejja x-Xita
Page 3: Ġejja x-Xita

Ġejja x-Xita

ta’ Mary Meilak

Vincienne Zammit

Page 4: Ġejja x-Xita

Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa,Ħalla s-sema u ġie jbus l-art,Ġewwa l-qliel in-naħal

trekken,Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.

Page 5: Ġejja x-Xita

Il-qattusa ħiemda f’rokna,Togħrok, togħrok lil widnejhaU t-tiġieġa tgerfex tgerfexSħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

Page 6: Ġejja x-Xita

Il-bebbux sejjer jistaħbaĠewwa t-toqob qalb il-blatU l-kelb tħaxken maġenb sidu,Qalbu sewda, nofs skantat.

Page 7: Ġejja x-Xita

Ġej il-gawwi, riesaq liebetGħal ġo rdoss lejn ix-xtajtietU t-tfief hemm minn ġol-għelieqiQed itellaq “in-nanniet”.

Page 8: Ġejja x-Xita

Il-balluta lil xuxithaNokkli nokkli qed tagħmilha,F’dar in-nemel ma nafx x’ġara,Fixla u għawġ donnu daħlilha.

Page 9: Ġejja x-Xita

Il-qażquż fit-trab jitmiegħek,Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieqU kultant żrinġ kbir, imżattat,Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.

Page 10: Ġejja x-Xita

In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni,Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduk jidden flgħaxija,Kollu mgħaxxex id-dubbien.

Page 11: Ġejja x-Xita

L-isponsun: Witt! witt! witt! witt!Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar…Nies ta’ Malta, xita għandna!Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.

Page 12: Ġejja x-Xita
Page 13: Ġejja x-Xita
Page 14: Ġejja x-Xita
Page 15: Ġejja x-Xita